+Artikolu 4 3

Artikolu 4 3

3.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti, fuq talba, l-informazzjoni kollha meħtieġa b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a)

l-istruttura ġenerali tas-sjieda tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, wara li tqis, b’mod partikolari, jekk azzjonijiet jew drittijiet ta’ sjieda ekwivalenti u drittijiet tal-vot, inkluż drittijiet potenzjali tal-vot kif imsemmi fl-Artikolu 5(5), jitqassmux bejn għadd kbir ta’ azzjonisti, sidien jew membri, jew jekk l-istituzzjoni hijiex l-azzjonist ewlieni, is-sid jew il-membru tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja;

(b)

jekk l-istituzzjoni taġixxix bħala sponsor billi tiġġestixxi jew tagħti pariri lill-istituzzjoni jew lill-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, tqiegħed it-titoli tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja fis-suq, jew tipprovdi titjib fil-likwidità u/jew fil-kreditu lill-istituzzjoni jew lill-istituzzjoni finanzjarja, jew jekk l-istituzzjoni hijiex investitur importanti fl-istrumenti ta’ dejn jew ta’ ekwità tagħha, jew jekk hemmx involviment kuntrattwali u mhux kuntrattwali ieħor li jesponi lill-istituzzjoni għar-riskji jew għal redditi simili għall-ekwità mill-assi tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata jew relatat mal-prestazzjoni tagħha;

(c)

jekk l-istituzzjoni hijiex effettivament involuta fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, il-grad sa fejn l-istituzzjoni teżerċita influwenza fuqu, jew jekk l-istituzzjoni jew l-istituzzjoni finanzjarja titqiesx bħala kkontrollata f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli;

(d)

jekk l-istituzzjoni tirċevix servizzi operazzjonali kritiċi mill-istituzzjoni jew mill-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata li ma jistgħux jiġu sostitwiti fil-ħin mingħajr spiża eċċessiva;

(e)

jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata hijiex ibbażata fuq il-klassifikazzjoni proprja tal-istituzzjoni;

(f)

jekk jeżistux karatteristiċi speċifiċi relatati mal-kompożizzjoni tal-bażi tal-investituri tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata, b’referenza partikolari għal jekk l-investituri l-oħrajn fl-istituzzjoni jew fl-istituzzjoni finanzjarja għandhomx relazzjoni kummerċjali mill-qrib mal-istituzzjoni, għall-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf jew għall-kapaċità tagħhom li jiddisponu mill-istrumenti finanzjarji tagħhom;

(g)

jekk l-istituzzjoni jew l-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata u l-istituzzjoni għandhomx bażi komuni ta’ klijenti jew humiex involuti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta’ xulxin;

(h)

jekk l-istituzzjoni u l-istituzzjoni jew l-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata għandhomx l-istess marka;

(i)

jekk l-istituzzjoni tkunx diġà pprovdiet appoġġ finanzjarju lill-istituzzjoni jew lill-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata f’każ ta’ diffikultajiet finanzjarji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0676
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.