+Artikolu 18 2
|
Artikolu 18 2
2. Meta jivvalutaw l-adegwatezza ta’ xenarji ad hoc ta’ ttestjar tal-istress bħala parti mill-programmi ta’ ttestjar tal-istress imsemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-unità ta’ kontroll tar-riskji, meta tfassal ix-xenarji ad hoc ta’ ttestjar tal-istress ikkonċernati, tqisx il-kompożizzjoni, fl-aħħar data tar-rapportar, tal-portafoll tal-pożizzjonijiet inklużi fl-ambitu tal-mudell intern. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw:
|
(a)
|
jekk l-unità ta’ kontroll tar-riskji tużax ir-riżultati miksubin mill-analiżi tas-sensittività lejn fatturi tar-riskju uniċi, meqjusin individwalment u b’mod konġunt, sabiex tidentifika xenarji li jinkludu l-istress ta’ sett kombinat ta’ fatturi tar-riskju plawżibbli;
|
|
(b)
|
jekk l-unità ta’ kontroll tar-riskji tkunx qieset b’mod espliċitu l-elementi li ġejjin meta tkun qed tistabbilixxi x-xenarji tal-ittestjar tal-istress ad hoc:
|
(i)
|
l-illikwidità tas-swieq f’kundizzjonijiet ta’ stress fis-suq, il-gapping tal-prezzijiet, ir-riskju tal-konċentrazzjoni, u s-swieq f’direzzjoni waħda;
|
|
(ii)
|
event li jirriżulta f’żieda fil-korrelazzjoni bejn l-istrumenti jew il-fatturi tar-riskju, jew xenarju ta’ tibdil kbir fil-kambju, li jirriżulta minn kwalunkwe munita li tkun soġġetta għal peg, għal limitu massimu, jew għal limitu minimu fiż-żmien tar-rieżami, li jkunu qegħdin ikissru dawk ir-relazzjonijiet, meta avveniment bħal dan iseħħ fl-istess ħin bħal avveniment kif imsemmi fil-punt (i);
|
|
(iii)
|
riskji ta’ event għall-ekwitajiet u riskju ta’ inadempjenza immedjata (“jump-to-default”) għal pożizzjonijiet ta’ kreditu, billi titqies waħda mill-alternattivi li ġejjin:
|
(1)
|
erba’ inadempjenzi istantanji bi rkupru żero tal-pożizzjonijiet twal ta’ dejn fil-portafoll kurrenti bl-akbar skopertura u bl-akbar żewġ pożizzjonijiet twal ta’ ekwità fil-portafoll kurrenti;
|
|
(2)
|
ir-riskju ta’ avveniment li jirriżulta minn żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ekwità għall-akbar żewġ pożizzjonijiet qosra;
|
|
|
(iv)
|
it-tendenza mhux lineari tal-prodotti, billi tiġi applikata r-rivalutazzjoni sħiħa tal-pożizzjonijiet kollha sabiex jiġu riflessi b’mod akkurat l-effetti tat-tendenza mhux lineari, u billi jiġu applikati xokkijiet kbar biżżejjed sabiex jiġi skattat l-eżerċizzju ta’ xi opzjonijiet profondi sfavorevoli, b’mod partikolari opzjonijiet diġitali;
|
|
(v)
|
riskji ta’ eventi li jirriżultaw minn motivaturi tar-riskju ambjentali;
|
|
(vi)
|
riskji oħrajn li ma jistgħux jinqabdu kif xieraq fil-mudelli interni, inklużi riskji derivati mill-użu ta’ indikaturi u mill-allinjament ħażin potenzjali bejn indikatur u r-riskju sottostanti.
|
|
Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-unità ta’ kontroll tar-riskji tista’ tikkunsidra xokkijiet akbar sabiex tirrifletti l-impossibbiltà ta’ korrezzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-ħin, b’mod partikolari għal strumenti ta’ flus, li hija kkawżata mill-fatt li l-pożizzjonijiet huma kkonċentrati, jew li huma dovuti għal żieda qawwija fl-illikwidità tas-suq.
Għall-finijiet tal-punt (b)(iv), l-unità ta’ kontroll tar-riskji tista’, b’mod partikolari:
|
(a)
|
tivvaluta r-riskju potenzjali mġarrab meta l-pożizzjonijiet tal-iħħeġġjar jiġu valwati bl-użu ta’ indikatur;
|
|
(b)
|
tapplika l-movimenti tax-xenarju taħt stress għall-indikatur filwaqt li żżomm il-pożizzjonijiet illikwidi kostanti.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|