+Artikolu 42 1

Artikolu 42 1

1.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bc ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jivverifikaw jekk l-estimatur użat mill-istituzzjoni sabiex toħroġ estimu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni huwiex fil-prinċipju tajjeb u raġonevolment akkurat;

(b)

jivverifikaw jekk, meta tikkalkola l-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni

Formula

u

Formula

kif meħtieġ mill-Artikolu 325bc(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni tidentifikax perjodi ta’ likwidità effettivi tal-fatturi tar-riskju ta’ pożizzjoni partikolari, filwaqt li tqis il-maturità tal-pożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 325bd(4) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

jivverifikaw jekk, bħala parti mill-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni stabbilietx kriterji oġġettivi li huma xierqa għall-għażla tal-fatturi tar-riskju li jiffurmaw is-subsett ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli msemmijin fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;

(d)

jivverifikaw jekk il-fatturi tar-riskju li ma humiex parti mis-subsett tal-fatturi tar-riskju mudellabbli magħżulin mill-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 humiex miżmumin kostanti meta jiġu kkalkolati

Formula

u

Formula

;

(e)

jivverifikaw jekk it-tekniki użati għall-kalkolu ta’

Formula

Formula

u dawk użati għall-kalkolu ta’

Formula

humiex l-istess, ħlief għal dawk id-devjazzjonijiet neċessarji sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bc(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)

jivverifikaw jekk, meta tikkalkola

Formula

Formula

, l-istituzzjoni tużax data ponderata b’mod ugwali fil-perjodu ta’ osservazzjoni;

(g)

fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-perjodu ta’ stress, jivverifikaw jekk il-perjodi rotanti ta’ 12-il xahar ittestjati sabiex jiġi ddeterminat il-perjodu ta’ stress jibdewx tal-anqas mill-1 ta’ Jannar 2007 kif imsemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-politiki interni tal-istituzzjoni jispeċifikaw il-frekwenza tal-aġġornament tal-perjodu ta’ stress għall-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni, u l-kriterji applikabbli l-oħrajn li jwasslu għall-aġġornament tagħha.

Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu ħarsa ġenerali lejn id-differenzi fit-tekniki użati mill-istituzzjoni meta jikkalkolaw il-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni kkalibrati fuq il-perjodu riċenti ta’ 12-il xahar u fuq il-perjodu ta’ stress, u jivverifikaw jekk dawk id-differenzi jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tinkiseb il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-finijiet tal-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw, ukoll fuq il-bażi ta’ aġġornamenti tal-passat, jekk il-perjodu ta’ stress jiġix aġġornat tal-anqas bi frekwenza trimestrali u li l-istituzzjoni tkun segwiet kwalunkwe kriterju possibbli speċifikat fil-politiki interni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.