+Artikolu 42 Valutazzjoni tal-kalkoli tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni
---+Artikolu 42 1
---+Artikolu 42 2
---+Artikolu 42 3
---+Artikolu 42 4

Artikolu 42 Valutazzjoni tal-kalkoli tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1

1.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bc ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jivverifikaw jekk l-estimatur użat mill-istituzzjoni sabiex toħroġ estimu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni huwiex fil-prinċipju tajjeb u raġonevolment akkurat;

(b)

jivverifikaw jekk, meta tikkalkola l-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni

Formula

u

Formula

kif meħtieġ mill-Artikolu 325bc(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni tidentifikax perjodi ta’ likwidità effettivi tal-fatturi tar-riskju ta’ pożizzjoni partikolari, filwaqt li tqis il-maturità tal-pożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 325bd(4) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

jivverifikaw jekk, bħala parti mill-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni stabbilietx kriterji oġġettivi li huma xierqa għall-għażla tal-fatturi tar-riskju li jiffurmaw is-subsett ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli msemmijin fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;

(d)

jivverifikaw jekk il-fatturi tar-riskju li ma humiex parti mis-subsett tal-fatturi tar-riskju mudellabbli magħżulin mill-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 humiex miżmumin kostanti meta jiġu kkalkolati

Formula

u

Formula

;

(e)

jivverifikaw jekk it-tekniki użati għall-kalkolu ta’

Formula

Formula

u dawk użati għall-kalkolu ta’

Formula

humiex l-istess, ħlief għal dawk id-devjazzjonijiet neċessarji sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bc(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)

jivverifikaw jekk, meta tikkalkola

Formula

Formula

, l-istituzzjoni tużax data ponderata b’mod ugwali fil-perjodu ta’ osservazzjoni;

(g)

fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-perjodu ta’ stress, jivverifikaw jekk il-perjodi rotanti ta’ 12-il xahar ittestjati sabiex jiġi ddeterminat il-perjodu ta’ stress jibdewx tal-anqas mill-1 ta’ Jannar 2007 kif imsemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-politiki interni tal-istituzzjoni jispeċifikaw il-frekwenza tal-aġġornament tal-perjodu ta’ stress għall-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni, u l-kriterji applikabbli l-oħrajn li jwasslu għall-aġġornament tagħha.

Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiksbu ħarsa ġenerali lejn id-differenzi fit-tekniki użati mill-istituzzjoni meta jikkalkolaw il-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni kkalibrati fuq il-perjodu riċenti ta’ 12-il xahar u fuq il-perjodu ta’ stress, u jivverifikaw jekk dawk id-differenzi jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tinkiseb il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-finijiet tal-punt (g), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw, ukoll fuq il-bażi ta’ aġġornamenti tal-passat, jekk il-perjodu ta’ stress jiġix aġġornat tal-anqas bi frekwenza trimestrali u li l-istituzzjoni tkun segwiet kwalunkwe kriterju possibbli speċifikat fil-politiki interni.

Artikolu 42 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti:

(a)

għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni għażlet l-estimatur li tuża u l-analiżi li saret sabiex tappoġġa din l-għażla;

(b)

jivverifikaw jekk l-estimatur tan-nuqqas mistenni jikkorrispondix jew għall-integrali tal-estimatur għan-numri tal-Valur fir-Riskju msemmijin fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mifhumin bħala funzjoni tal-probabbiltà tat-tarf minn żero sa wieħed nieqes il-grad ta’ fiduċja rilevanti, u d-diviżjoni b’wieħed minus il-grad ta’ fiduċja rilevanti, jew għal għażla aktar konservattiva;

(c)

jistgħu jqabblu l-estimaturi tal-Valur fir-Riskju u tan-nuqqas mistenni użati mill-istituzzjoni mal-estimaturi inklużi fit-Tabella 1.

Tabella 1

Estimaturi tal-valur fir-riskju

Estikmaturi tan-nuqqas mistenni

Formula

Formula
;

Formula

Formula

Formula

Formula

Formula

Fejn:

Formula
tiddenota l-valur l-i l-aktar baxxa fil-kampjun
Formula
użat għall-estimu, jiġifieri
Formula
hija l-aktar telf sever f’kampjun ta’ profitt u ta’ telf u tipikament numru negattiv kbir;

N tiddenota l-għadd ta’ valuri fil-kampjun

Formula
użat għall-estimu;

α tiddenota l-probabbiltà tat-tarf, jiġifieri wieħed nieqes il-grad ta’ fiduċja;

Formula
tiddenota l-parti intiera ta’ argument;

Formula
u għan-nuqqas mistenni jekk wieħed jassumi
Formula
, jiġifieri l-kalkolu għal tarf tax-xellug ta’ kampjun;

Formula

Formula
u għan-nuqqas mistenni jekk wieħed jassumi li
Formula
, jiġifieri aktar minn telf wieħed ikun fit-tarf ta’ α ta’ kampjun ta’ profitt u ta’ telf;

Formula
.

(d)

meta l-kalkolu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni jkunu bbażati fuq simulazzjonijiet tat-tip Monte Carlo, jivverifikaw jekk in-numru ta’ simulazzjonijiet jiżgurax konverġenza lejn riżultati stabbli.

Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw it-testijiet imwettqin mill-istituzzjoni sabiex jistabbilixxu n-numru ta’ simulazzjonijiet, u t-testijiet statistiċi li jiżguraw li l-karatteristiċi aleatorji tas-sekwenzi użati sabiex tiġi ġġenerata s-simulazzjoni jkunu xierqa. Meta l-awtorità kompetenti tqis li dawk it-testijiet ma jkunux biżżejjed, hija tista’ tuża l-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.

Artikolu 42 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi l-iżball statistiku tat-tip Monte Carlo bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, u jivverifikaw jekk il-metodu użat għall-kejl ta’ tali żball statistiku jkunx tajjeb;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola l-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni b’diversi valuri inizjali differenti, bis-suppożizzjonijiet l-oħrajn kollha li jkunu ugwali;

(c)

jivvalutaw jekk id-differenzi fil-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni b’valur inizjali differenti li jirriżultaw mill-kalkolu f’konformità mal-punt (b) ikunux kompatibbli mal-iżball statistiku msemmi fil-punt (a).

(d)

meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu li r-riżultati msemmijin fil-punt (c) ma jkunux kompatibbli, jivvalutaw il-kawża ewlenija ta’ tali inkompatibbiltà, u jivvalutaw in-numru ta’ simulazzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw li l-iżball statistiku jkun anqas minn 5 %.

Artikolu 42 4

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jiksbu ħarsa ġenerali lejn il-fatturi tar-riskju magħżulin mill-istituzzjoni u jivverifikaw:

(i)

jekk il-kriterji jiżgurawx livell suffiċjenti ta’ kopertura fit-tipi ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli magħżulin meta mqabblin mas-sett sħiħ ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli li għalihom hija skoperta l-istituzzjoni;

(ii)

jekk il-kriterji jkunux tali li l-limitu msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunx mistenni li jinqabeż maż-żmien;

(iii)

jekk l-istituzzjoni tittestjax subsettijiet alternattivi ta’ fatturi tar-riskju mudellabbli sabiex tiżgura li l-għażla tagħha ma tissottovalutax ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;

(iv)

jekk l-istituzzjoni, fl-għażla tagħha, tiffavorixxix l-għażla ta’ fatturi tar-riskju li għalihom teżisti data fil-perjodu ta’ stress fuq il-fatturi tar-riskju li għalihom jintużaw indikaturi, u meta dan ma jkunx il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-raġuni għaliex l-istituzzjoni ma tkunx implimentat tali kriterju, u jekk għażla differenti twassalx għal titjib fil-kwalità tal-kejl tan-nuqqas mistenni mingħajr restrizzjoni u parzjali.

(b)

jivverifika jekk, meta l-pożizzjoni jkollha maturità ta’ anqas minn 10 ijiem, il-perjodu effettiv ta’ likwidità tal-fatturi tar-riskju kollha jkunx stabbilit għal 10 ijiem, u li tali pożizzjoni ma taffettwax il-kalkolu ta’

Formula

għal

Formula

;

(c)

meta l-pożizzjoni jkollha maturità ta’ Mat jiem, flimkien ma’

Formula

, jivverifikaw jekk:

(i)

il-fatturi tar-riskju kollha ta’ dik il-pożizzjoni b’perjodu ta’ likwidità

Formula

ġewx assenjati għal perjodu ta’ likwidità effettiv li jkun l-iqsar perjodu ta’ likwidità fost il-perjodi ta’ likwidità previsti fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkun akbar minn jew daqs Mat;

(ii)

il-pożizzjoni ma għandhiex impatt fuq il-kalkolu ta’

Formula

għal kull j li jikkorrispondi għal perjodu ta’ likwidità li jkun akbar mill-iqsar perjodu ta’ likwidità fost il-perjodi ta’ likwidità previsti fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkun akbar minn jew daqs Mat;

(d)

jivverifikaw jekk, meta l-pożizzjoni jkollha maturità ta’ Mat jiem, b’

Formula

, l-istituzzjoni tkun assenjat il-fatturi tar-riskju kollha ta’ dik il-pożizzjoni għal perjodu ta’ likwidità effettiv li jikkorrispondi għall-perjodu ta’ likwidità SubCatLH assenjat għall-fatturi tar-riskju;

(e)

jivverifikaw jekk, meta tikkalkola

Formula

, l-istituzzjoni żżomm kostanti dawk il-fatturi tar-riskju b’perjodu ta’ likwidità effettiv li jkun anqas mill-perjodu ta’ likwidità li jikkorrispondi għall-indiċi j.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta b’liema marġni l-istituzzjoni qabżet il-limitu fit-trimestri preċedenti.

Għall-finijiet tal-punt (a)(iii), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta jqisu li ma jkunx biżżejjed l-ittestjar ta’ subsettijiet alternattivi mwettaq mill-istituzzjoni, jirrikjedu li l-istituzzjoni tittestja subsettijiet alternattivi u tivvaluta jekk għażliet alternattivi jwasslux għal differenzi materjali f’termini ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.