+Artikolu 23 L-għoti ta' informazzjoni lis-superviżuri
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
|
Artikolu 23 L-għoti ta' informazzjoni lis-superviżuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs jipprovdu lis-superviżuri, b'mod spontanju jew fuq talba, informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-finijiet tas-superviżjoni skont il-Kapitolu IV, inkluż mill-inqas informazzjoni dwar:
|
(a)
|
il-kwalità u l-kwantità ta' rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi ppreżentati mill-entitajiet marbutin b'obbligu;
|
|
(b)
|
il-kwalità u l-puntwalità tat-tweġibiet ipprovduti mill-entitajiet marbutin b'obbligu għat-talbiet tal-FIU skont l-Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1624;
|
|
(c)
|
ir-riżultati rilevanti tal-analiżijiet strateġiċi mwettqa skont l-Artikolu 19(3), il-punt (b), ta' din id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar ix-xejriet u l-metodi tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż ir-riskji ġeografiċi, transfruntiera u emerġenti.
|
|
|
Artikolu 23 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs jinnotifikaw lis-superviżuri kull meta l-informazzjoni fil-pussess tagħhom tindika ksur potenzjali mill-entitajiet marbutin b'obbligu tar-Regolament (UE) 2024/1624 u (UE) 2023/1113.
|
|
Artikolu 23 3
|
3. Ħlief fejn ikun strettament meħtieġ għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta mill-FIUs skont dan l-Artikolu ma jkun fiha l-ebda informazzjoni dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi speċifiċi u lanqas każijiet inkluż persuni fiżiċi jew ġuridiċi soġġetti għal analiżi jew investigazzjoni li tkun għaddejja jew li tista' twassal għall-identifikazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|