+Artikolu 8
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.

Artikolu 8

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
F’kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji, l-Awtorità għandha tiżviluppa u żżomm metodoloġija superviżorja aġġornata u armonizzata tal-AML/CFT li tagħti dettalji dwar l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tal-entitajiet marbuta b’obbligu fl-Unjoni. Dik il-metodoloġija għandha tinkludi linji gwida, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet u miżuri u strumenti oħra kif xieraq, inkluż b’mod partikolari standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni, abbażi tal-għoti tas-setgħat stabbiliti fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 8 2.

Meta tkun qiegħda tiżviluppa l-metodoloġija superviżorja, l-Awtorità għandha tagħmel distinzjoni bejn l-entitajiet marbuta b’obbligu, inkluż abbażi tal-attivitajiet tagħhom u t-tip u n-natura tar-riskji tal-ML/TF li huma esposti għalihom. Il-metodoloġija superviżorja għandha tkun ibbażata fuq ir-riskji u għandu jkun fiha tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

il-parametri referenzjarji u metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-entitajiet marbuta b’obbligu f’kategoriji ta’ riskju abbażi tal-profil tar-riskju residwu tagħhom, separatament għal kull kategorija ta’ entitajiet marbuta b’obbligu;

(b) 

l-approċċi għar-rieżami superviżorju tal-awtovalutazzjonijiet tar-riskju tal-ML/TF tal-entitajiet marbuta b’obbligu;

(c) 

l-approċċi għar-rieżami superviżorju tal-politiki u l-proċeduri interni tal-entitajiet marbuta b’obbligu, inklużi l-politiki u l-proċeduri tagħhom dwar id-diliġenza dovuta tal-klijenti, f’konformità ma’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-prevenzjoni tal-ML/TF;

(d) 

l-approċċi għall-evalwazzjoni superviżorja tal-fatturi ta’ riskju inerenti tal-klijenti, ir-relazzjonijiet kummerċjali, it-tranżazzjonijiet u l-kanali ta’ konsenja tal-entitajiet marbuta b’obbligu, kif ukoll il-fatturi ta’ riskju ġeografiku, jew relatati magħhom.

Artikolu 8 3.
L-Awtorità għandha tiżviluppa kwestjonarji strutturati u għodod online jew offline oħra li għandhom jintużaw mill-Awtorità u mis-superviżuri għall-finijiet li jitolbu, jiġbru, jikkompilaw u janalizzaw id-data u l-informazzjoni mill-entitajiet marbuta b’obbligu, inkluża d-data li għandha tiġi invokata fl-applikazzjoni tal-elementi tal-metodoloġija superviżorja elenkati fil-paragrafu 2.

L-għodod żviluppati mill-Awtorità għandhom jiżguraw il-ġbir ta’ data u informazzjoni oġġettivi u komparabbli relatati mal-AML/CFT mill-entitajiet marbuta b’obbligu u jippermettu skambju effiċjenti u rapidu ta’ informazzjoni bejn is-superviżuri u l-Awtorità.

L-Awtorità għandha tagħmel ħilitha biex tiżviluppa dawk l-għodod hekk kif il-metodoloġija superviżorja tkun applikabbli fis-sistema superviżorja kollha tal-AML/CFT.

Artikolu 8 4.
Il-metodoloġija superviżorja għandha tirrifletti standards superviżorji għoljin fil-livell tal-Unjoni u għandha tibni fuq standards u gwida internazzjonali rilevanti. L-Awtorità għandha tirrieżamina u taġġorna perjodikament il-metodoloġija superviżorja tagħha, b’kont meħud tal-evoluzzjoni tar-riskji li jaffettwaw is-suq intern, inklużi r-riskji u theddid identifikati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u l-FIUs. Il-metodoloġija superviżorja għandha, sa fejn ikun possibbli, tqis l-aħjar prattiki u l-gwida żviluppati minn dawk li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.