|
+Artikolu 8 2. |
Artikolu 8 2.Meta tkun qiegħda tiżviluppa l-metodoloġija superviżorja, l-Awtorità għandha tagħmel distinzjoni bejn l-entitajiet marbuta b’obbligu, inkluż abbażi tal-attivitajiet tagħhom u t-tip u n-natura tar-riskji tal-ML/TF li huma esposti għalihom. Il-metodoloġija superviżorja għandha tkun ibbażata fuq ir-riskji u għandu jkun fiha tal-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
il-parametri referenzjarji u metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-entitajiet marbuta b’obbligu f’kategoriji ta’ riskju abbażi tal-profil tar-riskju residwu tagħhom, separatament għal kull kategorija ta’ entitajiet marbuta b’obbligu;
(b)
l-approċċi għar-rieżami superviżorju tal-awtovalutazzjonijiet tar-riskju tal-ML/TF tal-entitajiet marbuta b’obbligu;
(c)
l-approċċi għar-rieżami superviżorju tal-politiki u l-proċeduri interni tal-entitajiet marbuta b’obbligu, inklużi l-politiki u l-proċeduri tagħhom dwar id-diliġenza dovuta tal-klijenti, f’konformità ma’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-prevenzjoni tal-ML/TF;
(d)
l-approċċi għall-evalwazzjoni superviżorja tal-fatturi ta’ riskju inerenti tal-klijenti, ir-relazzjonijiet kummerċjali, it-tranżazzjonijiet u l-kanali ta’ konsenja tal-entitajiet marbuta b’obbligu, kif ukoll il-fatturi ta’ riskju ġeografiku, jew relatati magħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|