+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.

Artikolu 12

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Għall-finijiet li twettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 5(2), l-Awtorità, f’kollaborazzjoni mas-superviżuri finanzjarji, għandha twettaq valutazzjoni perjodika tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji, u tal-gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, meta joperaw, kemm jekk permezz ta’ stabbilimenti kif ukoll jekk taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, f’mill-anqas sitt Stati Membri, inkluż l-Istat Membru domiċiljari, irrispettivament minn jekk l-attivitajiet jitwettqux permezz ta’ infrastruttura fit-territorju kkonċernat jew remotament.
Artikolu 12 2.
L-awtoritajiet superviżorji, u l-entitajiet marbuta b’obbligu soġġetti għal valutazzjoni perjodika, għandhom jipprovdu lill-Awtorità bi kwalunkwe informazzjoni neċessarja biex twettaq il-valutazzjoni perjodika msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 12 3.
Il-profili tar-riskju inerenti u residwu tal-entitajiet marbuta b’obbligu vvalutati skont fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kklassifikati mill-Awtorità bħala baxx, medju, sostanzjali jew għoli, abbażi tal-parametri referenzjarji u skont il-metodoloġija stabbilita fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 7. Meta l-entità marbuta b’obbligu vvalutata tkun parti minn grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, il-profil tar-riskju għandu jiġi kklassifikat fil-livell tal-grupp kollu.
Artikolu 12 4.

Il-metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-profili tar-riskju inerenti u residwu għandha tiġi stabbilita separatament għal mill-anqas il-kategoriji li ġejjin ta’ entitajiet marbuta b’obbligu:

(a) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(b) 

bureaux de change;

(c) 

impriżi ta’ investiment kollettiv;

(d) 

fornituri ta’ kreditu għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(e) 

istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi;

(f) 

ditti ta’ investiment;

(g) 

istituzzjonijiet ta’ pagament;

(h) 

impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(i) 

intermedjarji tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(j) 

fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(k) 

istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

Artikolu 12 5.

Għal kull kategorija ta’ entitajiet marbuta b’obbligu msemmija fil-paragrafu 4, il-parametri referenzjarji għall-valutazzjoni tar-riskju inerenti fil-metodoloġija tal-valutazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kategoriji tal-fatturi ta’ riskju relatati mal-klijenti, il-prodotti, is-servizzi, it-tranżazzjonijiet, il-kanali ta’ konsenja u ż-żoni ġeografiċi. Il-parametri referenzjarji għandhom jiġu stabbiliti għal mill-anqas l-indikaturi li ġejjin ta’ riskju inerenti fi kwalunkwe Stat Membru li fih joperaw l-entitajiet marbuta b’obbligu:

(a) 

fir-rigward tar-riskju relatat mal-klijent: is-sehem ta’ klijenti mhux residenti minn pajjiżi terzi identifikati skont il-Kapitolu III, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2024/1624, il-preżenza u s-sehem ta’ klijenti identifikati bħala persuni politikament esposti;

(b) 

fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi offruti:

(i) 

is-sinifikanza u l-volum ta’ negozjar ta’ prodotti u servizzi identifikati bħala l-aktar vulnerabbli għar-riskji tal-ML/TFjew fil-livell tas-suq intern, fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, jew fil-livell tal-pajjiż, fil-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali;

(ii) 

għall-fornituri ta’ servizzi ta’ rimessa ta’ flus, is-sinifikanza tal-attivitajiet annwali aggregati ta’ emissjoni u riċeviment ta’ kull mittent fil-pajjiżi identifikati skont il-Kapitolu III, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2024/1624;

(iii) 

il-volum relattiv ta’ prodotti, servizzi u tranżazzjonijiet li joffru livell konsiderevoli ta’ protezzjoni tal-privatezza u l-identità tal-klijenti jew forma oħra ta’ anonimità;

(c) 

fir-rigward taż-żoni ġeografiċi:

(i) 

il-volum annwali ta’ servizzi bankarji korrispondenti u servizzi tal-kriptoassi korrispondenti, ipprovduti minn entitajiet tas-settur finanzjarju tal-Unjoni f’pajjiżi terzi identifikati skont il-Kapitolu III, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2024/1624;

(ii) 

l-għadd u s-sehem ta’ klijenti bankarji u klijenti tal-kriptoassi korrispondenti f’pajjiżi terzi identifikati skont il-Kapitolu III, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2024/1624.

Artikolu 12 6.
Għal kull kategorija ta’ entità marbuta b’obbligu msemmija fil-paragrafu 4, il-valutazzjoni tar-riskju residwu fil-metodoloġija ta’ valutazzjoni għandha tinkludi parametri referenzjarji għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ politiki, kontrolli u proċeduri interni stabbiliti mill-entitajiet marbuta b’obbligu biex jimmitigaw ir-riskju inerenti tagħhom.
Artikolu 12 7.

L-Awtorità għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu minn istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kemm jekk permezz tal-infrastruttura kif ukoll remotament, biex titqies li topera fi Stat Membru għajr dak fejn tkun stabbilita;

(b) 

il-metodoloġija bbażata fuq il-parametri referenzjarji msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għall-klassifikazzjoni tal-profili tar-riskju inerenti u residwu ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, jew gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, bħala baxx, medju, sostanzjali jew għoli.

L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji tagħha lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12 8.
L-Awtorità għandha tirrieżamina l-parametri referenzjarji u l-metodoloġija mill-anqas kull tliet snin. Fejn ikunu meħtieġa emendi, l-Awtorità għandha tissottometti abbozzi emendati ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.