+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/778 tat-2 ta' Frar 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta' funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta' negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
------+Artikolu 1 Suġġett
---------+Artikolu 1 (a)
---------+Artikolu 1 (b)
---------+Artikolu 1 (c)
---------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---------+Artikolu 2 (3)
---+KAPITOLU II DIFFERIMENT TA' KONTRIBUZZJONIJIET EX-POST
------+Artikolu 3 Differiment ta' kontribuzzjonijiet ex-post straordinarji
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
---------+Artikolu 3 4
---------+Artikolu 3 5
------+Artikolu 4 Valutazzjoni tal-impatt tad-differiment fuq l-insolvenza
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 5 Valutazzjoni tal-impatt tad-differiment fuq il-likwidità
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---+KAPITOLU III KRITERJI RELATATI MAD-DETERMINAZZJONI TA' FUNZJONIJIET KRITIĊI U LINJI EWLENIN TAN-NEGOZJU.
------+Artikolu 6 Kriterji relatati mad-determinazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi.
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
---------+Artikolu 6 4
---------+Artikolu 6 5
------+Artikolu 7 Kriterji relatati mad-determinazzjoni ta' linji ewlenin tan-negozju.
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
---+KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 8 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Financial Industry -

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/778 tat-2 ta' Frar 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta' funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta' negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/778

tat-2 ta' Frar 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta' funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta' negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 104(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post, imsemmi fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2014/59/UE, għandu jingħata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fuq it-talba ta' istituzzjoni sabiex tiffaċilita l-valutazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni li dik l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal differiment stipulati fl-Artikolu 104(3) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex twettaq valutazzjoni bħal din. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta' rekwiżiti ta' notifika.

(2)

Meta jiġi vvalutat l-impatt ta' ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post dwar is-solvenza jew il-likwidità ta' istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tanalizza l-impatt ta' pagamenti fuq il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni. L-analiżi għandha tassumi telf fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li tkun daqs l-ammont pagabbli fil-mument meta dan ikun dovut u tagħmel previżjonijiet tal-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjoni wara dan it-telf għal perjodu xieraq ta' żmien. Barra minn hekk, hija għandha tassumi ħruġ ta' fondi daqs l-ammont pagabbli fil-mument meta jkun dovut u għandha tivvaluta r-riskju tal-likwidità.

(3)

Il-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni jeħtieġu lill-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex ikunu jistgħu jidentifikaw u jiżguraw it-tkomplija ta' funzjonijiet kritiċi ta' istituzzjonijiet jew gruppi.

(4)

Il-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija waħda mill-għanijiet ewlenin tar-riżoluzzjoni. Din għandha l-għan li tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija reali, u għalhekk għandha rwol ewlieni fil-proċess ta' ppjanar ta' rkupru u riżoluzzjoni. Funzjonijiet kritiċi jistgħu jinkludu teħid ta' depożiti, self u servizzi ta' self, pagamenti, ikklerjar, kustodja u servizzi ta' ħlas, attivitajiet ta' finanzjament ta' swieq bl-ingrossa, u swieq kapitali u attivitajiet ta' investimenti.

(5)

Funzjonijiet kritiċi ta' istituzzjoni jew grupp huma stabbiliti fil-pjan ta' rkupru tagħha. Il-pjan ta' rkupru għandu jiġi vvalutat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u jifforma l-bażi tal-pjan ta' riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha twettaq l-evalwazzjoni tagħha stess ta' funzjonijiet kritiċi meta jiġi stabbilit il-pjan ta' riżoluzzjoni u għandha turi kif funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin tan-negozju jistgħu jiġu separati legalment u ekonomikament minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità malli tfalli l-istituzzjoni.

(6)

Meta jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu jekk l-istrateġija magħżula tiżgurax il-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi, u jekk is-setgħa sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà tirrigwardax funzjonijiet kritiċi. Bl-istess mod, f'xenarju ta' rikapitalizzazzjoni interna, l-obbligazzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni interna fejn l-esklużjoni tkun strettament neċessarja u tkun proporzjonali biex tinkiseb il-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi. Funzjonijiet kritiċi jsiru rilevanti wkoll fl-operat ta' għodda ta' bank tranżitorju minħabba li l-istituzzjoni tal-bank tranżitorju għandha żżomm il-funzjonijiet kritiċi.

(7)

Funzjonijiet kritiċi għandhom jiġu identifikati fi proċedura b'żewġ stadji: l-ewwel, l-istituzzjonijiet iwettqu awtovalutazzjoni meta jistabbilixxu l-pjanijiet ta' rkupru tagħhom. It-tieni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jirrevedu b'mod kritiku l-pjanijiet ta' rkupru tal-istituzzjonijiet individwali biex jiżguraw konsistenza u koerenza f'approċċi użati mill-banek. Peress li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jibbenefikaw minn opinjoni ġenerali dwar liema funzjonijiet huma essenzjali biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja inġenerali, huma għandhom jieħdu d-deċiżjoni finali fir-rigward tal-ħatra ta' funzjonijiet kritiċi għall-fini tal-ippjanar ta' riżoluzzjoni u l-eżekuzzjoni.

(8)

Is-servizzi kritiċi għandhom ikunu l-operazzjonijiet, attivitajiet u servizzi sottostanti mwettqa għal unità ta' negozju waħda (servizzi ddedikati) jew entitajiet ġuridiċi (servizzi kondiviżi) fi ħdan il-grupp li huma meħtieġa biex jipprovdu funzjoni kritika waħda jew aktar. Servizzi kritiċi jistgħu jiġu mwettqa minn entità waħda jew aktar (bħal entità ġuridika separata jew unità interna) fi ħdan il-grupp (servizz intern) jew jiġu esternalizzati lil fornitur estern (servizz estern). Servizz għandu jitqies kritiku meta l-waqfien tiegħu jista' jkun ta' xkiel serju għal, jew tiġi mwaqqfa kompletament, il-prestazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi, peress li dawn huma marbuta b'mod intrinsiku mal-funzjonijiet kritiċi li twettaq l-istituzzjoni għal partijiet terzi. L-identifikazzjoni tagħhom issegwi l-identifikazzjoni ta' funzjoni importanti ħafna.

(9)

L-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jidentifikaw ukoll is-servizzi kritiċi fil-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni. Fejn is-servizzi kritiċi huma esternalizzati lil partijiet terzi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' tillimita l-evalwazzjoni tagħha għal dik li hija meħtieġa biex jiġi vverifikat jekk l-istituzzjoni għandhiex fis-seħħ pjan ta' kontinwità tan-negozju xieraq.

(10)

Id-determinazzjoni ta' servizz bħala ta' importanza kritika għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa ta' dawk is-servizzi billi jiġu pprovduti permezz ta' entitajiet jew unitajiet li huma reżiljenti meta tqum xi problema, jew l-istabbiliment ta' arranġamenti xierqa fejn huma fornuti minn fornitur estern.

(11)

Id-differenza ewlenija bejn funzjonijiet kritiċi u linji tan-negozju ewlenin hija l-impatt tal-attivitajiet ikkonċernati. Filwaqt li l-funzjonijiet kritiċi għandhom jiġu vvalutati mill-perspettiva tal-importanza tagħhom għall-funzjonament tal-ekonomija reali u s-swieq finanzjarji u għalhekk għall-istabbiltà finanzjarja inġenerali, linji ta' negozju ewlenin għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-importanza għall-istituzzjoni nnifisha bħalma hu l-livell tal-kontribut tagħhom lejn id-dħul u l-profitti tal-istituzzjoni.

(12)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' rkupru, dan għandu jkun fih deskrizzjoni dettaljata tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-linji tan-negozju ewlenin, barra minn hekk il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jkun fih immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi tal-istituzzjoni u l-linji tan-negozju ewlenin u dimostrazzjoni ta' kif funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin tan-negozju jistgħu jiġu separati legalment u ekonomikament minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità meta tfalli l-istituzzjoni. Fir-riżoluzzjoni, il-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin tan-negozju jistgħu jiġġustifikaw eżenzjoni ta' ċerti obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u jistgħu wkoll jiġġustifikaw it-trasferiment tagħha lil bank tranżitorju.

(13)

Filwaqt li l-linji tan-negozju ewlenin huma ta' spiss marbuta ma' kemm dawn jikkontribwixxu għar-riżultati finanzjarji tal-istituzzjoni, tali approċċ ma jistax jinkludi kompletament il-linji ewlenin tan-negozju minħabba li istituzzjoni tista' tipprovdi servizz li mhuwiex direttament profitabbli (jew jista' anke jiġġenera telf) iżda joħloq valur tal-franchise u għalhekk huwa importanti għan-negozju tagħha kollu kemm hu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
KAPITOLU II DIFFERIMENT TA' KONTRIBUZZJONIJIET EX-POST KAPITOLU II DIFFERIMENT TA' KONTRIBUZZJONIJIET EX-POST
KAPITOLU III KRITERJI RELATATI MAD-DETERMINAZZJONI TA' FUNZJONIJIET KRITIĊI U LINJI EWLENIN TAN-NEGOZJU. KAPITOLU III KRITERJI RELATATI MAD-DETERMINAZZJONI TA' FUNZJONIJIET KRITIĊI U LINJI EWLENIN TAN-NEGOZJU.
KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0778
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.