|
+ANNESS |
ANNESS
ANNESS REKWIŻITI TEKNIĊI (ARTIKOLU 5) (1) Barra mir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Artikolu 5, ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin għandhom japplikaw għat-trasferiment ta’ krediti u ta’ tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett:
(a)
L-identifikatur tal-kont ta’ pagament msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) u (c) irid ikun l-IBAN.
(b)
L-istandard għall-format tal-messaġġi msemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (d) irid ikun l-istandard ISO 20022 XML.
(c)
Il-kaxxa tad-data tar-rimessa trid tippermetti 140 karattru. L-iskemi ta’ pagament jistgħu jippermettu għal għadd ogħla ta’ karattri, ħlief jekk it-tagħmir użat għall-informazzjoni tar-rimessa jkollu limitazzjonijiet tekniċi relatati man-numru ta’ karattri, f’liema każ japplika l-limitu tekniku tat-tagħmir.
(d)
L-informazzjoni ta’ referenza tar-rimessa u l-elementi tad-data l-oħra kollha pprovduti skont il-punti 2 u 3 ta’ dan l-Anness, irid jgħaddi bejn il-PSPs b’mod sħiħ u mingħajr alterazzjoni fil-katina tal-pagamenti.
(e)
Ladarba d-data meħtieġa tkun disponibbli f’forma elettronika, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament iridu jippermettu pproċessar awtomatizzat u elettroniku sħiħ fl-istadji kollha tal-proċess tul il-katina tal-pagamenti (ipproċessar awtomatiku mill-bidu sal-aħħar), li jippermetti li l-proċess sħiħ tal-pagamenti jitwettaq elettronikament mingħajr il-bżonn ta’ dħul mill-ġdid ta’ data jew intervent manwali. Dan irid japplika wkoll għall-immaniġġjar eċċezzjonali ta’ trasferiment tal-kreditu u ta’ tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett, kull fejn hu possibbli.
(f)
L-iskemi ta’ pagament ma għandhomx jistabbilixxu l-ebda livell minimu għall-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament li jippermettu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti iżda ma għandhomx l-obbligu li jipproċessaw tranżazzjonijiet ta’ pagament b’ammont żero.
(g)
L-iskemi ta’ pagament m’ humiex obbligati jwettqu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti li jaqbżu l-ammont ta’ EUR 999 999 999,99 . (2) Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt (1), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment tal-kreditu:
(a)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(a) huma dawn li ġejjin:
(i)
l-isem ta’ min iħallas u/jew l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas,
(ii)
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
(iii)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benifiċjarju,
(iv)
meta jkun disponibbli, l-isem tal-benefiċjarju,
(v)
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa.
(b)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(b) huma dawn li ġejjin:
(i)
l-isem ta’ min iħallas,
(ii)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas,
(iii)
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
(iv)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benifiċjarju,
(v)
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa,
(vi)
kwalunkwe kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-benefiċjarju,
(vii)
l-isem ta’ kwalunkwe parti ta’ referenza tal-benefiċjarju,
(viii)
kwalunkwe fini tat-trasferiment ta’ kreditu,
(ix)
kwalunkwe kategorija tal-fini tat-trasferiment ta’ kreditu.
(c)
Barra minn hekk, l-elementi tad-data obbligatorja li ġejjin għandhom jiġu pprovduti mill-PSPs ta’ min iħallas lill-PSP tal-benefiċjarju:
(i)
il-BIC tal-PSP ta’ min iħallas (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
(ii)
il-BIC tal-PSP tal-benefiċjarju (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
(iii)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament,
(iv)
id-data tas-saldu tat-trasferiment tal-kreditu,
(v)
in-numru ta’ referenza tal-messaġġ tat-trasferiment tal-kreditu tal-PSP ta’ min iħallas.
(d)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(c) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(i)
l-isem ta’ min iħallas,
(ii)
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
(iii)
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa. (3) Barra mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (1), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett:
(a)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(a)(i) huma dawn li ġejjin:
(i)
it-tip ta’ debitu dirett (rikorrenza, ta’ darba, l-ewwel, l-aħħar jew irriversjar),
(ii)
l-isem tal-benefiċjarju,
(iii)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li għandu jiġi kkreditat għall-ġbir,
(iv)
meta jkun disponibbli, l-isem ta’ min iħallas,
(v)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas li għandu jiġi ddebitat għall-ġbir,
(vi)
ir-referenza unika tal-mandat,
(vii)
meta l-mandat ta’ min iħallas jingħata wara 31 ta’ Marzu 2012, id-data li fiha ġie ffirmat,
(viii)
l-ammont tal-ġbir,
(ix)
meta l-mandat jittieħed minn benefiċjarju għajr il-benefiċjarju li ħareġ il-mandat, ir-referenza unika tal-mandat kif mogħtija mill-benefiċjarju oriġinali li ħareġ il-mandat,
(x)
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
(xi)
meta l-mandat jittieħed minn benefiċjarju li mhuwiex il-benefiċjarju li jkun ħareġ il-mandat, l-identifikatur tal-benefiċjaru oriġinali li ħareġ il-mandat,
(xii)
kwalunkwe informazzjoni ta’ rimessa mingħand il-benefiċjarju lil min iħallas,
(xiii)
kwalunkwe fini ta’ ġbir,
(xiv)
kwalunkwe kategorija tal-fini ta’ ġbir.
(b)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(b) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(i)
il-BIC tal-PSP tal-benefiċjarju (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
(ii)
l-BIC tal-PSP ta’ min iħallas (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
(iii)
l-isem tal-parti ta’ referenza ta’ min iħallas (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
(iv)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-parti ta’ referenza ta’ min iħallas (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
(v)
l-isem tal-parti ta’ referenza tal-benefiċjarju (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
(vi)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-parti ta’ referenza tal-benefiċjarju (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
(vii)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament,
(viii)
id-data tas-saldu tal-ġbir,
(ix)
ir-referenza tal-PSP tal-benefiċjarju għall-ġbir,
(x)
it-tip ta’ mandat,
(xi)
it-tip ta’ debitu dirett (rikorrenza, ta’ darba, l-ewwel, l-aħħar jew irriversjar),
(xii)
l-isem tal-benefiċjarju,
(xiii)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li għandu jiġi kkreditat għall-ġbir,
(xiv)
meta jkun disponibbli, l-isem ta’ min iħallas,
(xv)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas li għandu jiġi ddebitat għall-ġbir,
(xvi)
ir-referenza unika tal-mandat,
(xvii)
id-data tal-iffirmar tal-mandat jekk il-mandat jingħata minn min iħallas wara 31 ta’ Marzu 2012,
(xviii)
l-ammont tal-ġbir,
(xix)
ir-referenza unika tal-mandat kif mogħtija mill-benefiċjarju oriġinali li ħareġ il-mandat (jekk il-mandat ikun għadda għand benefiċjarju ieħor li mhuwiex il-benefiċjaru li jkun ħareġ il-mandat),
(xx)
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
(xxi)
l-identifikatur tal-benefiċjaru oriġinali li ħareġ il-mandat (jekk il-mandat ikun għadda għand benefiċjarju ieħor li mhuwiex il-benefiċjarju li jkun ħareġ il-mandat),
(xxii)
kwalunkwe informazzjoni ta’ rimessa mingħand il-benefiċjarju lil min iħallas.
(c)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(c) huma dawn li ġejjin:
(i)
ir-referenza unika tal-mandat,
(ii)
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
(iii)
l-isem tal-benefiċjarju,
(iv)
l-ammont tal-ġbir,
(v)
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa,
(vi)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|