+ANNESS II

ANNESS II




ANNESS II

1   L-ILMIJIET TAL-WIĊĊ

1.1.   Karatterizzazzjoni ta' tipi ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ

L-Istati Membri jridu jidentifikaw il-post u l-fruntieri ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ u jridu jagħmlu karatterizzazzjoni inizjali ta' dawn it-tipi ta' korpi bi qbil mal-metodoloġija li jmiss. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu korpi ta' l-ilma tal-wiċċ flimkien għall-iskopijiet ta' din il-karatterizzazzjoni inizjali.

(i) 

Il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jrid jiġi identifikat li jaqa' fi ħdan kull wieħed mill-kategoriji ta' l-ilma tal-wiċċ li jmiss - xmajjar, lagi, ilmijiet temporanji jew ilmijiet tal-kosta - jew bħala korpi ta' l-ilma tal-wiċċ artifiċjali jew korpi ta' l-ilma tal-wiċċ modifikati ħafna.

(ii) 

Għal kull kategorija ta' l-ilma tal-wiċċ, il-korpi relevanti ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jrid ikun iddifferenzjat skond it-tip. Dawn it-tipi huma dawk imsemmija li jużaw jew “sistema A” jew “sistema B”, kif identifikati fis-sezzjoni 1.2.

(iii) 

Jekk sistema A hija użata, il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara l-ewwel irid ikun iddifferenzjat mill-ekoreġjuni relevanti bi qbil maż-żoni ġeografiċi identifikati f'sezzjoni 1.2 u li jidhru fuq il-mappa relevanti fl-Anness XI. Il-korpi ta' l-ilma fi ħdan kull ekoreġjun imbagħad irid ikun iddifferenzjat mit-tipi tal-korp ta' l-ilma tal-wiċċ skond id-deskritturi maħruġa fit-tabelli għal sistema A.

(iv) 

Jekk sistema B hija użata, l-Istati Membri jridu jiksbu ta' l-anqas l-istess grad ta' differenzazzjoni kif tista' tkun miksuba bl-użu tas-sistema A. Skond il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jrid jiġi iddifferenzjat f'tipi bl-użu tal-valuri għad-deskritturi obbligatorji u ċerta deskritturi ta' l-għażla, jew kombinazzjoni ta' deskritturi, kif huma meħtieġa biex jiżguraw li kundizzjonijiet ta' referenza bioloġika speċifiċi ta' tip jista' jkun f'sura ta' minn jorbot fuqu.

(v) 

Għal korpi artifiċjali jew modifikati ħafna ta' l-ilma tal-wiċċ id-differenzazzjoni trid tiġi marbuta bi qbil mad-deskritturi għal kull ilma tal-wiċċ li jixxiebaħ mal-korp artifiċjali jew modifikat ħafna konċernat.

(vi) 

Stati Membri jridu jaħgtu lill-Kummissjoni mappa jew mapep (b'format ta' GIS) tal-lokazzjoni ġeografikali tat-tipi konsistenti bil-grad ta' differenzazzjoni meħtieġa taħt sistema A.

1.2.   Ekoreġjuni u tipi ta'l-ilma tal-wiċċ

1.2.1.   Xmajjar



Sistema A

Tipoloġija fissata

Deskritturi

Ekoreġjun

Ekoreġjuni li jidhru fuq mappa A fl-Anness XI

Tip

Tipoloġija ta' altitudni

għoli: > 800 m

altitudni-medja: > 200 sa' 800 m

medda art baxxa: < 200 m

Tipoloġija tal-qies bażat fuq żona fejn jinqabat l-ilma tax-xita

żgħir: 10 sa' 100 km2

medju: >100 sa' 1 000  km2

kbir: > 1 000 sa' 10 000  km2

kbir ħafna: >10 000  km2

Ġeoloġija

tal-ġir

siliceous

organika



Sistema B

Karatterizzazzjoni alternattiva

Fatturi fiżiċi u kimiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tax-xmara jew parti mix-xmara u b'hekk għal kompożizzjoni u struttura ta' popolazzjoni bioloġika

Fatturi obbligatorji

altitudni

latitudni

lonġitudni

ġeoloġija

qies

Fatturi mhux obbligatorji

distanza minn sors ta' xmara

enerġija ta' tnixxija (funzjoni ta' tnixxija u tal-pożizzjoni inklinata)

wisa' medja ta' l-ilma

fond medju ta' l-ilma

pożizzjoni inklinata medja ta' l-ilma

forma tal-fond prinċipali tax-xmara

kategorija tal-ħruġ tax-xmara (tnixxija)

forma tal-wied

trasport ta' solidi

kapaċità ta' newtralizzazzjoni ta' l-aċtu

kompożizzjoni medja ta' substratum ta' l-ilma

kloru

grad tat-temperatura ta' l-arja

temperatura medja ta' l-arja ta' l-ilma

preċipitazzjoni

1.2.2.   Lagi



Sistema A

Tipoloġija fissata

Deskritturi

Ekoreġjun

Ekoreġjuni li jidhru fuq mappa A fl-Anness XI

Tip

Tipoloġija ta' altitudni

għoli: > 800 m

altitudni-medja: > 200 sa' 800 m

medda art baxxa: < 200 m

Tipoloġija medja tal-qies bażat fuq il-fond ta' l-ilma

< 3 m

3 sa' 15 m

> 15 m

Tipoloġija ta' qies bażat fuq iż-żona tal-wiċċ

0.5 sa' 1 km2

1 sa' 10 km2

10 sa' 100 km2

> 100 km2

Ġeoloġija

tal-ġir

siliceous

organika



Sistema B

Karatterizzazzjoni alternattiva

Fatturi fiżiċi u kimiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-lag u b'hekk il-kompożizzjoni u struttura ta' populazzjoni bioloġika

Fatturi obbligatorji

altitudni

latitudni

lonġitudni

fond

ġeoloġija

qies

Fatturi mhux obbligatorji

fond medju ta' l-ilma

forma tal-lag

ħin tar-residenza

temperatura medja l-arja

grad tat-temperatura ta' l-arja

karatteristiċi tat-taħlit (eż. monomiktiċi, dimiktiċi, polimiktiċi)

kapaċità ta' newtralizzazzjoni ta' l-aċtu

stat nutrienti tal-isfond

kompożizzjoni medja ta' substratum

varjazzjoni tal-livell

1.2.3.   Ilmijiet temporanji



Sistema A

Tipoloġija fissata

Deskritturi

Ekoreġjun

Li ġej kif identifikat fuq mappa B fl-Anness XI:

il-baħar baltiku

il-baħar ta' Barents

il-baħar tan-Norveġja

il-baħar tan-Nord

l-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana

il-baħar Mediterran

Tip

Bażat fuq medja ta' salinitá annwali

< 0,5 ‰: ilma ħelu

0,5 sa < 5 ‰: oligoalin

5 sa' < 18 ‰: mesoalin

18 sa' < 30 ‰: polialin

30 sa' < 40 ‰: eualin

Bażat fuq l-iskala medja ta'l-għoli ta' l-ilma

< 2m ‰:

2 sa' 4m ‰:

> 4m:



Sistema B

Karatterizzazzjoni alternattiva

Fatturi fiżiċi u kimiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-ilmijiet temporanji u b'hekk il-kompożizzjoni u struttura ta' populazzjoni bioloġika

Fatturi obbligatorji

latitudni

lonġitudni

skala tal-għoli ta' l-ilma

salinità

Fatturi mhux obbligatorji

fond

veloċita tal-kurrent

espożizzjoni tal-mewġ/a

ħin ta' residenza

temperatura medja l-ilma

karatteristiċi tat-taħlit

stat ta' ilma imqalla’’, imħawwad eċċ.

kompożizzjoni medja ta' substratum

forma

skala tat-temperatura ta' l-ilma

1.2.4.   Ilmijiet tal-kosta



Sistema A

Tipoloġija fissata

Deskritturi

Ekoreġjun

Li ġej kif identifikat fuq mappa B fl-Anness XI:

il-baħar baltiku

il-baħar ta' Barents

il-baħar tan-Norveġja

il-baħar tan-Nord

l-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana

il-baħar Mediterran

Tip

Bażat fuq medja ta' salinità annwali

< 0,5 ‰: ilma ħelu

0,5 sa < 5 ‰: oligoalin

5 sa' < 18 ‰: mesoalin

18 sa' < 30 ‰: polialin

30 sa' < 40 ‰: eualin

Bażat fuq fond medju

ilmijiet baxxiilmijiet baxxi: < 30 m

medji: (30 sa' 200 m)

fondi: > 200 m



Sistema B

Karatterizzazzjoni alternattiva

Fatturi fiżiċi u kimiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-ilmijiet tal-kosta u b'hekk il-kompożizzjoni u struttura komunitarja bioloġika

Fatturi obbligatorji

latitudni

lonġitudni

skala tal-għoli ta' l-ilma

salinità

Fatturi mhux obbligatorji

veloċita tal-kurrenti

espożizzjoni tal-mewġ/a

temperatura medja l-ilma

karatteristiċi tat-taħlit

stat ta' ilma imqalla', imħawwad eċċ.

ħin ta' ritenzjoni (ta' bajjiet fil-magħluq)

kompożizzjoni medja ta' substratum

skala tat-temperatura ta' l-ilma

1.3.   Twaqqif ta' kundizzjonijiet ta' referenzi ta' tip speċifiku għal tipi ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ

(i) 

Għal kull tip karatterizzat ta' l-ilma tal-wiċċ skond sezzjoni 1.1, kundizzjonijiet ta' tip-speċifiku idromorfloġiku u fisiko-kimiku jridu jitwaqqfu bir-rappreżentazzjoni tal-valuri tal-elementi ta' kwalità idromorfoloġika u fiżiko-kimika speċifikati f'punt 1.1 fl-Anness V għal dak it-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ fi stat ekoloġiku għoli kif definit fit-tabella relevanti f'punt 1.2 fl-Anness V. Kundizzjonijiet ta' referenza bioloġika ta' tip-speċifiku jridu jitwaqqfu, bir-rappreżentazzjoni tal-valuri tal-elementi ta' kwalità bioloġokali speċifikati f'punt 1.1 fl-Anness V għal dak it-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ fi stat ekoloġu għoli kif definit fit-tabella relevanti f'sezzjoni 1.2 fl-Anness V.

(ii) 

Fl-applikazzjoni tal-proċeduri maħruġa f'din is-sezzjoni għal korpi ta' l-ilma tal-wiċċ artifiċjali jew modifikati ħafna, referenzi għal stat ekoloġiku għoli, jridu jkunu miftiehma bħala referenzi għal potenzjal massimu ekoloġiku kif definit f'tabella 1.2.5 ta' l-Anness V. Il-valuri għal potenzjali massimu ekoloġiku għal korp ta' l-ilma jrid jiġi rivedut kull sitt snin.

(iii) 

Kundizzjonijiet ta' tip speċifiku għall-iskopijiet ta' punti (i) u (ii) u kundizzjonijiet ta' referenza ta' tip speċifiku bioloġiku jistgħu jkunu jew bażati spazjalment jew bażati fuq mudellar, jew jistgħu ikunu miġjuba bl-użu ta' kombinazzjoni ta' dawn il-metodi. Fejn mhux possibbli li jintużaw dawn il-metodi, l-Istati Membri jistgħu jużaw ġudizzju ta' espert għat-twaqqif ta' dawn il-kundizzjonijiet. Fid-definizzjoni ta' stat ekoloġiku għoli fir-rigward ta' konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti sintetiċi speċifiċi, il-limiti ta' kxif huma dawk li jistgħu jiġu miksuba bi qbil mal-metodi disponibbli ta' tekniki disponibbli fil-ħin meta l-kundizzjonijiet ta' tip speċifiku għandhom jitwaqqfu.

(iv) 

Għal kundizzjonijiet ta' referenza bioloġika ta' tip speċifiku bażati spazjalment, l-Istati Membri jridu jiżviluppaw networks ta' referenza għal kull tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ. In-networks għandu jkollhom numru suffiċjenti ta' siti ta' stat għoli biex jipprovdu livell suffiċjenti ta' kunfidenza fuq il-valuri għall-kundizzjonijiet ta' referenza, b'varjabilità mogħtija fil-valuri tal-elementi ta' kwalità li jikkorrispondu għal stat ekoloġiku għoli għal dak it-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ u l-metodi ta' mudellar ta' teknika li jridu jiġu applikati taħt paragrafu (v).

(v) 

Il-kundizzjonijiet ta' referenza bioloġika ta' tip speċifiku bażati fuq mudellar jista' jkun miġjub bl-użu ta' mudelli ta' tbassir jew metodi ta' esperjenzi tal-passat. Il-metodi jridu jużaw data storiċi, paleoloġiċi u oħra, disponibbli, u jridu jipprovdu livell suffiċenti ta' kunfidenza fuq il-valuri tal-kundizzjonijiet ta' referenza biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet miġjuba huma konsistenti u validi għal kull tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ.

(vi) 

Fejn mhux possibbli li jitwaqqfu kundizzjonijiet ta' referenza ta' tip speċifiku li tista' torbot fuqhom għal element ta' kwalità tat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ minħabba l-gradi għolja ta' varjabilità naturali f'dak l-element, mhux biss bħala riżultat ta' varjazzjonijiet tal-istaġuni, dak l-element ikun jista' jiġi eskluż mill-istima ta' stat ekoloġiku għal dak it-tip ta' ilma tal-wiċċ. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-Istati Membri jridu jiddikjaraw ir-raġunijiet għal din l-esklużjoni fil-pjan ta' l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara.

1.4.   Identifikazzjoni ta' ►C1  Pressjonijiet ◄

L-Istati Membri jridu jiġbru u jżommu informazzjoni fuq it-tip u importanza ►C1  tal-pressjonijiet ◄ antropoġeniċi sinifikanti li għalihom il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ f'kull distrett tal-baċin tax-xmara huma responsabbli, jistgħu jkunu soġġetti, partikolarment dan li jmiss.

Stima u identifikazzjnoi ta' tniġġiż ta' sors ta' punt sinifikanti, partikolarment minn sustanzi elenkati fl-Anness VIII, minn stallazzjonijiet u attivitajiet urbani, industrijali, agrikulturali u oħrajn, bażati, inter alia, fuq informazzjoni miġbura taħt:

(i) 

L-Artikoli 15 u 17 tad-Direttiva 91/271/KEE;

(ii) 

L-Artikoli 9 u 15 tad-Direttiva 96/61/KE ( 27 );

u għall-iskopijiet tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara inizjali:

(iii) 

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 76/464/KEE; u

(iv) 

Direttivi 75/440/KE, 76/160/KEE ( 28 ), 78/659/KEE u 79/923/KEE ( 29 ).

Stima u identifikazzjnoi ta' tniġġiż ta' sors ta' tixrid sinifikanti, partikolarment minn sustanzi elenkati fl-Anness VIII, minn stallazzjonijiet u attivitajiet urbani, industrijali, agrikulturali u oħrajn, bażati, inter alia, fuq informazzjoni miġbura taħt:

(i) 

L-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 91/676/KEE ( 30 );

(ii) 

L-Artikoli 7 u 17 tad-Direttiva 91/414/KEE;

(iii) 

Direttiva 98/8/KE;

u għall-iskopijiet tal-ewwel pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara:

(iv) 

Direttivi 75/440/KEE, 76/160/KEE(76), 76/464/KEE, 78/659/KEE u 79/923/KEE.

Stima u identifikazzjoni ta' estrazzjoni sinifikanti ta' l-ilma għal użu urban, industrijali, agrikulturali u użu ieħor, inklużi varjazzjonijiet tal-istaġuni u talba totali annwali, u telf ta' l-ilma f'sistemi ta' distribuzzjoni ta' l-ilma.

Stima u identifikazzjoni tal-impatt ta' regolazzjoni sinifikanti ta' tnixxija ta' l-ilma, inkluż trasferiment u diversiv, fuq karatteristiċi ta' tnixxija ġenerali u bilanċi ta' l-ilma.

Identifikazzjoni u alterazzjonijiet morfoloġiċi sinifikanti għal korpi ta l-ilma.

Stima u identifikazzjoni ta' impatti oħra antropoġeniċi sinifikanti fuq l-istat ta' l-ilma tal-wiċċ.

Stima ta' tfassil tal-użu fuq l-art, inkluża identifikazzjoni ta' żoni prinċipali urbani, industrijali u agrikulturali u, fejn relevanti, wesgħat tas-sajd u foresti.

1.5.   Stima ta' Impatt

L-Istati Membri jridu jagħmlu stima ta' suxxettibilità tal-istat tal-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ għal pressjonijiet identifikati hawn fuq.

L-Istati Membri jridu jużaw l-informazzjoni miġbura hawn fuq, u kull informazzjoni oħra relevanti inklużi data ta' monitoraġġ eżistenti ambjentali, biex issir stima ta' probabbiltà li dawk il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jonqsu li jilħqu l-għanjiet ta' kwalità ambjentali stipulati għall-korpi taħt l-Artikolu4. L-Istati Membri jistgħu jutilizzaw tekniki ta' mudellar biex jassistu f'din l-istima.

Għal dawk il-korpi identifikati bħal li jkunu fir-riskju li jfallu fl-għanjiet ta' kwalità ambjentali, aktar karatterizzazzjoni trid, fejn relevanti, issir biex ittejjeb id-disinn kemm tal-programmi ta' osservazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 8, u kemm il-programmi ta' miżuri meħtieġa taħt l-Artikolu 11.

2.   ILMIJIET TA' TAĦT L-ART

2.1.   Karatterizzazzjoni inizjali

L-Istati Membri jridu jagħmlu karatterizzazzjoni inizjali tal-korpi kollha ta' l-ilma ta' taħt l-art biex jistmaw l-użu tagħhom u l-grad fejn huma jkunu fir-riskju li jonqsu li jilħqu l-għanijiet għal kull korp ta' l-ilma ta' taħt l-art skond l-Artikolu 4. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu fi grupp korpi ta' l-ilma tal-qiegħ flimkien ma' l-iskopijiet ta' din il-karatterizzazzjoni inizjali. Din l-analiżi tista' tagħmel użu ta' data eżistenti idroloġikali, ġeoloġiċi, pedoloġikali, użu fuq l-art, ħruġ, estrazzjoni u fatti magħrufa data oħra imma trid tidentifika:

— 
il-lokazzjoni u l-fruntieri tal-korp jew korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art,
— 
►C1  il-pressjonijiet ◄ li għalihom il-korp jew korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art huma sottoposti, inklużi:
— 
sorsi ta' tixrid ta' tniġġiż
— 
sorsi ta' punt ta' tniġġiż
— 
estrazzjoni
— 
recharge artifiċjali,
— 
il-karattru ġenerali tas-saffi żejda ż-żona ta' wesgħa minn fejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art jirċievi iċ-charge tiegħu,
— 
dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art li huma direttament dipendenti għal okusistemi ta' l-ilma tal-wiċċ jew ekosistemi terrestri.

2.2.   Aktar karatterizzazzjoni

Skond din il-karatterizzazzjoni inizjali, l-Istati Membri jridu jagħmlu aktar karatterizzazzjoni minn dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art jew mill-gruppi ta' korpi li ġew identifikati bħala li jkunu fir-riskju, sabiex tkun stabbilita stima aktar preċiża tas-sinifikat ta' dan ir-riskju u identifikazzjoni tal-miżuri kollha li jinħtieġu taħt l-Artikolu 11. Għalhekk, din il-karatterizzazzjoni trid tinkludi informazzjoni relevanti fuq l-impatt ta' attività umana u, fejn relevanti, informazzjoni fuq:

— 
karatteristiċi ġeoloġiċi tal-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art inkluż l-estent u t-tip ta' unitajiet ġeoloġiċi,
— 
karatteristiċi idroġeoloġiċi tal-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art inkluża konduttività idrawlika, porożità u għeluq,
— 
karatteristiċi tad-depożiti superfiċjali u ħamriji fil-wesgħa minn fejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art jirċievi iċ-charge tiegħu, inkluża l-ħxuna, porożità, konduttività idrawlika, u propjetajiet assorbenti tad-depożiti u ħamriji,
— 
karatteristiċi ta' stratifikazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art fi ħdan il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art,
— 
inventorju ta' sistemi assoċjati tal-wiċċ, inklużi ekosistemi terrestri u korpi ta' l-ilma tal-wiċċ, li magħhom il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art huwa dinamikament magħqud,
— 
stimi tad-direzzjonijiet u rati ta' skambju ta' l-ilma bejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art u sistemi assoċjati tal-wiċċ,
— 
data suffiċenti biex tiġi kalkulata r-rata medja annwali taż-żmien twil ta' recharge ġenerali,
— 
karatterizzazzjoni tal-kompożizzjoni kimika ta' l-ilma ta' taħt l-art, inkluża speċifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet minn attività umana. L-Istati Membri jistgħu jużaw tipoloġiji għal karatterizzazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art meta jkunu stabbiliti livelli naturali ta' sfond għal dawn il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art.

2.3.   Reviżjoni tal-impatt ta' l-attività umana fuq ilmijiet ta' taħt l-art

Għal dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art li jaqbżu l-fruntiera bejn żewġ jew aktar Stati Membri jew huma identifikati skond il-karatterizzazzjoni inizjali marbuta skond paragrafu 2.1 kif fir-riskju jew nuqqas li jintlaħqu l-għanijiet magħmula għal kull korp taħt l-Artikolu4, l-informazzjoni li jmiss trid, fejn rilevanti, tiġi miġbura u miżmuma għal kull korp ta' l-ilma ta' taħt l-art:

(a) 

il-lokazzjoni tal-punti fejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art użat għall-estrazzjoni ta' l-ilma ma' l-eċċezzjoni ta':

— 
punti għall-estrazzjoni ta' ilma li jipprovdi anqas minn medju ta' 10 m3 kuljum, jew,
— 
punti għall-estrazzjoni ta' ilma maħsub għal konsum uman li jipprovdi anqas minn medju ta' 0 m3 kuljum jew jservi anqas minn 50 persuna,
(b) 

ir-rati medji annwali għal estrazzjoni minn dawn il-punti,

(ċ) 

il-kompożizzjoni kimika ta' l-ilma estratt minn korp ta' l-ilma ta' taħt l-art,

(d) 

il-lokazzjoni ta' punti fil-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art li fejn ilma huwa direttament maħruġ,

(e) 

ir-rati ta' ħruġ f'dawn il-punti,

(f) 

il-kompożizzjoni kimika ta' ħruġ għall-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art, u

(g) 

użu fuq l-art fil-wesgħa minn fejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art jirċievi iċ-charge tiegħu, inkluż dħul ta' tniġġiż u alterazzjonijiet antropoġeniċi għall-karatteristiċi ta' recharge bħal ilma tax-xita u diversivi ta' tnixxija permezz ta' għeluq ta' l-art, recharge artifiċjali, ġiebjar jew drenaġġ.

2.4.   Reviżjoni tal-impatt ta' tbiddil f'livelli ta' l-ilma ta' taħt l-art

L-Istati Membri jridu wkoll jidentifikaw dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art li għal għanijiet aktar baxxi jridu jiġu speċifikati taħt l-Artikolu 4 inklużi bħala riżultat ta' konsiderazzjoni tal-effetti tal-istat ta' korp fuq:

(i) 

ilma tal-wiċċ u ekosistemi terrestri assoċjati

(ii) 

regolazzjoni ta' l-ilma, protezzjoni minn dulluvji u drenaġġ ta' l-art

(iii) 

żvilupp uman.

2.5.   Reviżjoni ta' l-impatt ta' tniġġiż fuq kwalità tal-ilmijiet ta' taħt l-art

L-Istati Membri jridu jidentifikaw dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art li għal għanijiet baxxi jridu jkunu speċifikati taħt l-Artikolu 4(5) fejn, bħala riżultat ta' l-impatt ta' attività umana, kif determinat skond l-Artikolu 5(1), il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art huwa tant imniġġeż li l-kisba ta' stat tajjeb kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art ma' jistax jitwettaq jew hu disproporzjonalment għoli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.