+Artikolu 1 L-iskop u l-proċedura
---+Article 1 1.
---+Article 1 2.
---+Article 1 3.
---+Article 1 4.
---+Article 1 5.
---+Article 1 6.
---+Article 1 7.
---+Article 1 8.
---+Article 1 9.
---+Article 1 10.
---+Article 1 11.
---+Article 1 12.
---+Article 1 13.
---+Article 1 14.
---+Article 1 15.
---+Article 1 16.

Artikolu 1 L-iskop u l-proċedura

Artikolu 1

L-iskop u l-proċedura

1.  Pagamenti ta' imgħax u royalties li jqumu fi Stat Membru għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa imposta fuq dawk il-pagamenti f'dak l-Istat, sew jekk permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, iżda s-sid benefiċjarju ta' l-imgħax jew royalties irid ikun kumpanija ta' Stat Membru ieħor jew stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija ta' Stat Membru.

2.  Pagament imħallas minn kumpanija ta' Stat Membru jew minn stabbiliment permanenti li huwa sitwat fi Stat Membru ieħor jitqies li qam f'dak l-Istat Membru, hawnhekk iżjed ‘il quddiem isemmi bħala “l-istat minn fejn jiġi”.

3.  Stabilliment permanenti għandu jkun trattat bħala dak li jħallas l-imgħax u r-royalties biss sakemm dawk il-pagamenti jirrappreżentaw spiża li minnha tistà titnaqqas it-taxxa għall-istabbiliment permanenti fl-Istat Membru li fih huwa sitwat.

4.  Kumpanija ta' Stat Membru għandha tkun trattata bħala sid benefiċjarju ta' imgħax u royalties biss jekk tirċievi dawk il-pagamenti għall-benefiċċju tagħha stess u mhux bħala intermedjarju, bħal aġent, trustee jew firmatarju awotriżżat, għal xi ħadd ieħor.

5.  Stabbiliment permanenti għandu jkun trattat bħala sid benefiċjarju ta' imgħax jew royalties:

(a) jekk il-pretensjonijiet ta' debitu, id-dritt jew l-użu ta' informazzjoni li dwarha jinqalgħu il-pagamenti ta' imgħax jew royalties għandu x'jaqsam effetivament ma' dak l-istabbiliment permanenti; u

(b) jekk il-pagamenti ta' imgħax jew royalties jirrappreżentaw dħul li għalih dak l-istabbiliment permanenti huwa suġġett fl-Istat Membru fejn huwa sitwat għal waħda mit-taxxi msemmija fl-Artikolu 3(a)(iii) jew fil-każ tal-Belġju għall-“impôt des non-résidents/belasting der niet-verblijfhouders” jew fil-każ ta' l-Ispanja“Impuesto sobre la Renta de no Residentes” jew għal taxxa li hija identika jew simili ħafna u li hija imposta wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ din id-Direttiva flimkien ma', jew minflok, dawk it-taxxi li jeżistu.

6.  Fejn stabbiliment permanenti ta' kumpanija ta' Stat Membru huwa trattat bħala dak li jħallas, jew bħala s-sid benefiċjarju, ta' imgħax jew royalties, l-ebda parti oħra tal-kumpanija ma' għandha tiġi trattata bħala dik li tħallas, jew bħala s-sid benefiċjarju, ta' dak l-imgħax jew ta' dawk ir-royalties għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu.

7.  Dan l-Artikolu għandu japplika biss jekk il-kumpanija li hija dik li tħallas, jew il-kumpanija li l-istabbiliment permanenti tagħha huwa trattat bħala dak li jħallas, l-imgħax jew royalties hiija kumpanija assoċjata tal-kumpanija li hija s-sid benefiċjarju, jew li l-istabbiliment permanenti tagħha huwa trattat bħala s-sid benefiċjarju, ta' dak l-imgħax jew dawk ir-royalties

8.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika fejn l-imgħax jew ir-royalties jitħallsu minn jew lil stabbiliment permanenti sitwat fi Stat terz ta' kumpanija ta' Stat Membru u l-kummerċ tal-kumpanija huwa kollu jew parti minnu mwettaq permezz ta' dak l-istabbiliment permanenti.

9.  Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jwaqqaf lil Stat Membru milli jikkonsidra imgħax jew royalties rċevuti mill-kumpaniji tiegħu, minn stabbilimenti permanenti tal-kumpaniji tiegħu jew minn stabbilimenti permanenti sitwati f'dak l-Istat meta japplika l-liġi tat-taxxa tiegħu.

10.  Stat Membru għandu jkollu l-għażla li ma japplikax din id-Direttiva għal kumpanija ta' Stat Membru ieħor jew għal stabbiliment permanenti ta' kumpanija ta' Stat Membru ieħor f'ċirkostanzi fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(b) ma nżammux għal perjodu mhux interrot ta' għall-inqas sentejn.

11.  L-Istat minn fejn jiġi l-pgament jistà jeħtieġ li l-osservazzjoni tal-ħtiġiet stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 3 għandha tkun ipprovata meta jsir il pagament ta' l-imgħax jew royalties permezz ta' attestat. Jekk l-osservazzjoni tal-ħtiġiet stipulati f'dan l-Artikolu ma kinitx attestata fil-ħin meta sar il-pagament, l-Istat Membru għandu jkun liberu li jeħtieġ it-tnaqqis tat-taxxa minn ras il-għajn.

12.  L-Istat minn fejn jiġi l-pagament jista' jeħtieġ għal eżenzjoni taħt din id-Direttiva li huwa jkun ħareġ deċiżjoni li tagħti l-eżenzjoni kurrenti wara attestat li jiċċertifika l-osservazzjoni tal-ħtiġiet stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 3. Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni għandha tingħata l-aktar fi żmien tlett xhur wara li jkunu pprovduti l-attestat u kull informazzjoni ta' sostenn li l-istat minn fejn jiġi l-pagament jista' raġonevolment jitlob, u għandha tibqa' valida għal perjodu ta' għall-inqas sena wara li tingħata.

13.  Għall-għanijiet tal-paragrafi 11 u 12, l-attestat li jingħata għandu, għal kull kuntratt għall-pagament, jibqa' validu għall-inqas għal sena iżda għal mhux iktar minn tlett snin mid-data tal-ħruġ u għandha tinsab fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) xhieda tar-residenza tal-kumpanija li qed tirċievi għall-għanijiet tat-taxxa u, fejn meħtieġ, l-eżistenza ta' stabbiliment permanenti ċertifikat mill-awtorità tat-taxxa ta' l-Istat Membru li fih il-kumpanija li qiegħda tirċievi hija residenti għall-għanijiet tat-taxxa jew li fih huwa sitwat l-istabbiliment permanenti;

(b) Il-proprjetà benefiċjarja tal-kumpanija li qiegħda tirċievi skond il-paragrafu 4 jew l-eżistenza tal-kondizzjonijiet skond il-paragrafu 5 fejn stabbiliment permanenti huwa r-riċevitur tal-pagament;

(ċ) l-osservazzjoni tal-ħtiġiet skond l-Artikolu 3(a)(iii) fil-każ ta' kumpanija li tirċievi;

(d) pussess minimu jew il-kriterju ta' pussess minimu ta' jeddijiet tal-vot skond l-Artikolu 3(b);

(e) il-perjodu li għalih eżista l-pussess imsemmi f'(d).

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll il-ġustifikazzjonijiet legali għall-pagamenti taħt il-kuntratt (eż. ftehim ta' self jew kuntratt ta' liċensja).

14.  Jekk il-ħtiġiet għall-eżenzjoni ma jibqgħux jiġu osservati, il-kumpanija li tirċievi jew l-istabbiliment permanenti għandhom jinformaw immedjatament il-kumpanija li tħallas jew l-istabbiliment permanenti li jħallas u, jekk l-istat minn fejn jiġi l-pagament hekk jeħtieġ, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat.

15.  Jekk il-kumpanija jew stabbiliment permanenti li jħallas żamm it-taxxa minn ras il-għajn biex tkun eżenti taħt dan l-Artikolu, tistà ssir talba għar-rifużjoni ta' dik it-taxxa minn ras il-għajn. L-Istat Membru jistà jitlob l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 13. L-applikazzjoni għar-rifużjoni għandha tingħata fiż-żmien stipulat. Dak il-perjodu għandu jdum għall-inqas sentejn mid-data li fiha jitħallsu l-imgħax jew ir-royalties.

16.  L-istat minn fejn jiġi l-pagament għandu jħallas lura it-taxxa żejda miżmuma minn ras il-għajn fi żmien sena minn meta tkun irċevuta l-applikazzjoni u kull informazzjoni ta' sostenn li jistà raġonevolment jitlob. Jekk it-taxxa miżmuma minn ras il-għajn ma tiġix rifuża f'dak il-perjodu, il-kumpanija li tirċievi jew l-istabbiliment permanenti li jirċievi jkollhom jedd fi tmiem il-perjodu msemmi ta' sena għall-imgħax fuq dik it-taxxa li hija rifuża b'rata korrispondenti għar-rata ta' imgħax nazzjonali li tapplika f'każijiet simili skond il-liġi domestika ta' l-istat minn fejn jiġi l-pagament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 1 1.
Interest or royalty payments arising in a Member State shall be exempt from any taxes imposed on those payments in that State, whether by deduction at source or by assessment, provided that the beneficial owner of the interest or royalties is a company of another Member State or a permanent establishment situated in another Member State of a company of a Member State.
Article 1 2.
A payment made by a company of a Member State or by a permanent establishment situated in another Member State shall be deemed to arise in that Member State, hereafter referred to as the ‘source State’.
Article 1 3.
A permanent establishment shall be treated as the payer of interest or royalties only insofar as those payments represent a tax-deductible expense for the permanent establishment in the Member State in which it is situated.
Article 1 4.
A company of a Member State shall be treated as the beneficial owner of interest or royalties only if it receives those payments for its own benefit and not as an intermediary, such as an agent, trustee or authorised signatory, for some other person.
Article 1 5.

A permanent establishment shall be treated as the beneficial owner of interest or royalties:

(a) 

if the debt-claim, right or use of information in respect of which interest or royalty payments arise is effectively connected with that permanent establishment; and

(b) 

if the interest or royalty payments represent income in respect of which that permanent establishment is subject in the Member State in which it is situated to one of the taxes mentioned in Article 3(a)(iii) or in the case of Belgium to the ‘impôt des non-résidents/belasting der niet-verblijfhouders’ or in the case of Spain to the ‘Impuesto sobre la Renta de no Residentes’ or to a tax which is identical or substantially similar and which is imposed after the date of entry into force of this Directive in addition to, or in place of, those existing taxes.

Article 1 6.
Where a permanent establishment of a company of a Member State is treated as the payer, or as the beneficial owner, of interest or royalties, no other part of the company shall be treated as the payer, or as the beneficial owner, of that interest or those royalties for the purposes of this Article.
Article 1 7.
This Article shall apply only if the company which is the payer, or the company whose permanent establishment is treated as the payer, of interest or royalties is an associated company of the company which is the beneficial owner, or whose permanent establishment is treated as the beneficial owner, of that interest or those royalties.
Article 1 8.
This Article shall not apply where interest or royalties are paid by or to a permanent establishment situated in a third State of a company of a Member State and the business of the company is wholly or partly carried on through that permanent establishment.
Article 1 9.
Nothing in this Article shall prevent a Member State from taking interest or royalties received by its companies, by permanent establishments of its companies or by permanent establishments situated in that State into account when applying its tax law.
Article 1 10.
A Member State shall have the option of not applying this Directive to a company of another Member State or to a permanent establishment of a company of another Member State in circumstances where the conditions set out in Article 3(b) have not been maintained for an uninterrupted period of at least two years.
Article 1 11.
The source State may require that fulfilment of the requirements laid down in this Article and in Article 3 be substantiated at the time of payment of the interest or royalties by an attestation. If fulfilment of the requirements laid down in this Article has not been attested at the time of payment, the Member State shall be free to require deduction of tax at source.
Article 1 12.
The source State may make it a condition for exemption under this Directive that it has issued a decision currently granting the exemption following an attestation certifying the fulfilment of the requirements laid down in this Article and in Article 3. A decision on exemption shall be given within three months at most after the attestation and such supporting information as the source State may reasonably ask for have been provided, and shall be valid for a period of at least one year after it has been issued.
Article 1 13.

For the purposes of paragraphs 11 and 12, the attestation to be given shall, in respect of each contract for the payment, be valid for at least one year but for not more than three years from the date of issue and shall contain the following information:

(a) 

proof of the receiving company's residence for tax purposes and, where necessary, the existence of a permanent establishment certified by the tax authority of the Member State in which the receiving company is resident for tax purposes or in which the permanent establishment is situated;

(b) 

beneficial ownership by the receiving company in accordance with paragraph 4 or the existence of conditions in accordance with paragraph 5 where a permanent establishment is the recipient of the payment;

(c) 

fulfilment of the requirements in accordance with Article 3(a)(iii) in the case of the receiving company;

(d) 

a minimum holding or the criterion of a minimum holding of voting rights in accordance with Article 3(b);

(e) 

the period for which the holding referred to in (d) has existed.

Member States may request in addition the legal justification for the payments under the contract (e.g. loan agreement or licensing contract).

Article 1 14.
If the requirements for exemption cease to be fulfilled, the receiving company or permanent establishment shall immediately inform the paying company or permanent establishment and, if the source State so requires, the competent authority of that State.
Article 1 15.
If the paying company or permanent establishment has withheld tax at source to be exempted under this Article, a claim may be made for repayment of that tax at source. The Member State may require the information specified in paragraph 13. The application for repayment must be submitted within the period laid down. That period shall last for at least two years from the date when the interest or royalties are paid.
Article 1 16.
The source State shall repay the excess tax withheld at source within one year following due receipt of the application and such supporting information as it may reasonably ask for. If the tax withheld at source has not been refunded within that period, the receiving company or permanent establishment shall be entitled on expiry of the year in question to interest on the tax which is refunded at a rate corresponding to the national interest rate to be applied in comparable cases under the domestic law of the source State.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.