+Artikolu 2 Tifsir

Artikolu 2 Tifsir

Artikolu 2

Tifsir

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“L-awtorità kompetenti”tfisser l-awtorità jew awtoritajiet responsabbli taħt il-proviżjonijiet legali ta' l-Istati Membri sabiex iwettqu l-obbligazzjonijet li joriġinaw minn din id-Direttiva;

2.

“Sustanzi”tfisser kwalunkwe element kimiku u ►C1  l-komposti ◄ tiegħu, kif jinstabu fl-istat naturali tagħhom jew kif inhuma prodotti mill-industrija, sew fil-forma solida jew likwida jew li tixbaħ il-gass;

3.

►M2  “taħlita” ◄ tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;

4.

►C1  “Kompost organiku” ◄ tfisser kwalunkwe ►C1  kompost li fih ◄ jkun jinstab ta' lanqas l-element karbonju u element wieħed jew aktar ta' idroġenu, ossiġnu, kubrit, fosfru, silicon, nitroġenu jew aloġenu, bl-eċċezzjoni ta' ossidi tal-karbonju u karbonati inorganicċi u bikarbonati;

5.

►C1  “Komposti ◄ organiċi volatili”tfisser kwalunkwe ►C1  kompost organiku ◄ li jiftaħ jagħli fuq temperatura ta' anqas minn jew ekwivalenti għal 250 °C meta mkejjel bi pressjoni standarda ta' 101,3 kPa;

6.

“Kontenut ta' VOC”tfisser il-massa ta' ►C1  komposti ◄ organiċi volatili, miktubin fi grammi/litru (g/l) fil-formulazzjoni tal-prodott meta jkun fil-kondizzjoni tiegħu magħmul u lest. Il-massa ta' ►C1  komposti ◄ organiċi volatili fi prodott speċifiku li jagħmlu reazzjoni kemikali waqt it-tnixxif sabiex jifforma parti mil-kisi ma għandux jitqies bħala parti mill-kontenut ta' VOC;

7.

“Solvent organiku”jfisser kwalunkwe VOC li huwa użat waħdu jew flimkien ma' aġenti oħra biex iħollu jew jiddilwaw materja prima, prodotti, jew materjal ta' skart, jew li huwa użat bħala aġent tat-tindif biex iħoll kontaminaturi, jew bħala medja ta' tixrid, jew bħala aġġustatur ta' viskożità, jew bħala aġġustatur tat-tensjoni tal-wiġġ, jew biex jaħdem il-plastik, jew bħala preservattiv;

8.

“Kisi”tfisser kwalunkwe ►M2  taħlita ◄ , inklużi is-solventi organiċi kollha jew ►M2  taħlita ◄ li fihom ikunu jinsabu solventi organiċi meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tagħhom, li huwa użat biex jipprovdi rita b'effett dekorattiv, protettiv jew xi effett funzjonali ieħor fuq wiċċ;

9.

“Rita”tfisser saff kontinwu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kisja waħda jew aktar fuq sottostrata;

10.

“Kisi li jinġarru bl-ilma (WB)”tfisser kisi li jkollu l-vikożità tiegħu aġġustat bl-użu ta' l-ilma;

11.

“Kisi li jinġarr b'solventi (SB)”tfisser kisi li jkollu l-vikożità tiegħu aġġustat bl-użu ta' solventi organiċi;

12.

“Mqiegħed fis-suq”tfisser li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' terzi persuni, kemm għal bdil ta' ħlas jew le. Importazzjoni lejn it-teritorju tal-Komunità ser ikun mifhum li jkun tqiegħed fis-suq għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0042
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.