+ANNESS C STATISTIKA TA’ KULL XAHAR DWAR L-ENERĠIJA

ANNESS C STATISTIKA TA’ KULL XAHAR DWAR L-ENERĠIJA




ANNESS C

STATISTIKA TA’ KULL XAHAR DWAR L-ENERĠIJA

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir ta’ kull xahar tal-istatistika dwar l-enerġija.

L-Anness A jipprovdi spjegazzjonijiet tat-termini mhux spjegati f’dan l-Anness.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:

a) 

Il-perjodu rappurtat: Il-perjodu rappurtat tad-data dikjarata se jkun xahar kalendarju wieħed.

b) 

Il-frekwenza: Id-data trid tiġi dikjarata kull xahar.

c) 

Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni jrid jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

d) 

Il-format tat-trażmissjoni: Id-data trid tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

1.    FJUWILS SOLIDI

1.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar ta’:

1.1.1. Faħam iebes

1.1.2. Faħam kannella

1.1.3. Pit

1.1.4. Shale taż-żejt u ramel taż-żejt

1.1.5. Kokk tal-fran tal-kokk

1.2.    Lista tal-aggregati

1.2.1. L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-faħam iebes:

1.2.1.1. Produzzjoni

1.2.1.2. Prodotti rkuprati

1.2.1.3. Importazzjonijiet

1.2.1.4. Importazzjonijiet minn barra l-UE

1.2.1.5. Esportazzjonijiet

1.2.1.6. Stokkijiet totali tal-ftuħ fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.1.7. Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.1.8. Konsenji lill-produtturi tal-attività ewlenija

1.2.1.9. Konsenji lill-fran tal-kokk

Eskluż il-faħam iebes ikkonsmat bħala enerġija biex jappoġġa l-operazzjonijiet fil-fran tal-kokk, li jrid jiġi rappurtat f’“Konsenji lill-industrija totali”.

1.2.1.10. Konsenji lill-industrija totali

Inkluż il-faħam iebes ikkonsenjat lis-settur tat-trasformazzjoni (għajr il-faħam iebes rappurtat f’“Konsenji lill-produtturi tal-attività ewlenija” u “Konsenji lill-fran tal-kokk”), is-settur tal-enerġija, u l-konsum finali tal-enerġija tal-faħam iebes fis-settur tal-industrija.

1.2.1.10.1 Konsenji lill-industrija tal-ħadid u tal-azzar

Inkluż il-faħam iebes li jiddaħħal fil-fran tal-blast kif definit fl-Anness A, l-Artikolu 2.2.11, u l-konsum finali tal-enerġija tal-faħam iebes fis-settur tal-ħadid u tal-azzar kif definit fl-Anness A, l-Artikolu 2.6.1.8.

Eskluż il-faħam iebes ikkonsmat bħala enerġija biex jappoġġa l-operazzjonijiet fil-fran tal-blast, li jrid jiġi rappurtat f’“Konsenji lill-industrija totali”.

1.2.1.11. Riżultati tanġibbli oħra (servizzi, unitajiet domestiċi, eċċ.).

L-ammont tal-faħam iebes ikkonsenjat lil setturi mhux imsemmija b’mod speċifiku.

1.2.2. L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-faħam kannella, il-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt:

1.2.2.1. Produzzjoni

1.2.2.2. Importazzjonijiet

1.2.2.3. Esportazzjonijiet

1.2.2.4. Stokkijiet totali tal-ftuħ fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.2.5. Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.2.6. Għall-pit, il-bidliet fl-istokkijiet jistgħu jiġu dikjarati minflok l-istokkijiet totali tal-ftuħ u tal-għeluq.

1.2.2.7. Konsenji lill-produtturi tal-attività ewlenija

1.2.3. L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-kokk tal-fran tal-kokk:

1.2.3.1. Produzzjoni

1.2.3.2. Importazzjonijiet

1.2.3.3. Importazzjonijiet minn barra l-UE

1.2.3.4. Esportazzjonijiet

1.2.3.5. Stokkijiet totali tal-ftuħ fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma mill-produtturi, l-importaturi u l-konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.3.6. Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma mill-produtturi, l-importaturi u l-konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.3.7. Konsenji lill-industrija tal-ħadid u tal-azzar

Inkluż il-kokk tal-fran tal-kokk li jiddaħħal fil-fran tal-blast kif definit fl-Anness A, l-Artikolu 2.2.11, u l-konsum finali tal-enerġija tal-kokk tal-fran tal-kokk fis-settur tal-ħadid u tal-azzar kif definit fl-Anness A, l-Artikolu 2.6.1.8.

Eskluż il-kokk tal-fran tal-kokk ikkonsmat bħala enerġija biex jappoġġa l-operazzjonijiet fil-fran tal-blast.

1.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).

1.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien xahrejn kalendarji wara x-xahar rappurtat.

2.    ELETTRIKU

2.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-elettriku.

2.2.    Lista tal-aggregati

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-elettriku:

2.2.1. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-impjanti nukleari

2.2.2. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu tal-faħam

2.2.3. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu taż-żejt

2.2.4. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu tal-gass

2.2.5. Il-produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu ta’ rinnovabbli kombustibbli (bħall-bijofjuwils solidi, il-bijogassijiet, il-bijofjuwils likwidi, l-iskart muniċipali rinnovabbli)

2.2.6. Il-produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bi fjuwils kombustibbli nonrinnovabbli oħra (bħall-iskart industrijali nonrinnovabbli u l-iskart muniċipali nonrinnovabbli)

2.2.7. Produzzjoni netta tal-elettriku mll-impjanti idro puri

2.2.8. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-impjanti idro mħallta

2.2.9. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-impjanti idro tal-ħżin ippompjat puri

2.2.10. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet tar-riħ fuq l-art

2.2.11. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet tar-riħ lil hinn mill-kosta

2.2.12. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet PV solari

2.2.13. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet termali solari

2.2.14. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija ġeotermali

2.2.15. Il-produzzjoni netta tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli oħra (bħall-marea, il-mewġ, l-oċean u sorsi rinnovabbli nonkombustibbli oħra)

2.2.16. Produzzjoni netta tal-elettriku minn oriġini mhux speċifikata

2.2.17. Importazzjonijiet

2.2.17.1. Li minnhom mill-UE

2.2.18. Esportazzjonijiet

2.2.18.1. Li minnhom lejn l-UE

2.2.19. Elettriku użat għal ħżin ippompjat

2.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’GWh (sigħat ta’ gigawatts).

2.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien xahrejn kalendarji wara x-xahar rappurtat.

3.    ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

3.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A. ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat)

Il-kategorija “Prodotti oħra” tinkludi l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-definizzjoni fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A, u l-kwantitajiet tal-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrikanti, il-bitum u x-xama’ tal-paraffina; dawn il-prodotti ma jridux jiġu dikjarati separatament.

3.2.    Lista tal-aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.

3.2.1.   PROVVISTA TA’ ŻEJT MHUX RAFFINAT, NGL, MATERJA PRIMA TAR-RAFFINERIJI, ADDITTIVI, U IDROKARBURI OĦRA

Nota għall-addittivi u l-bijofjuwils: hawnhekk inkludi l-volumi mħallta diġà u l-kwantitajiet kollha maħsuba għat-taħlit.

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji, l-addittivi/ossiġenati, il-bijofjuwils u idrokarburi oħra:

3.2.1.1. Produzzjoni Indiġena (mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u l-bijofjuwils).

3.2.1.2. Riċevuti minn sorsi oħra (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji)

3.2.1.3. Flussi Lura

Il-prodotti finali jew semifinali li jiġu ritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment dawn ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

3.2.1.4. Prodotti trasferiti

Il-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati li jiġu riklassifikati bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

3.2.1.5. Importazzjonijiet

3.2.1.6. Esportazzjonijiet

Nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet: Inkuż il-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti importati jew esportati skont ftehimiet tal-ipproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs iridu jiġu rappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti finali jridu jiġu rappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar konsenja. Inkluż kull likwidu tal-gass (eż. LPG) estratt waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG u tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati jew esportati direttament mill-industrija tal-petrokimika.

3.2.1.7. Użu dirett

3.2.1.8. Bidliet fl-istokkijiet

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.1.9. Konsum osservat tar-raffineriji

Dan huwa definit bħala l-ammont totali taż-żejt (inkluż Idrokarburi Oħrajn u Addittivi) osservat li daħal fil-proċess tar-raffineriji (dħul fir-raffineriji).

3.2.1.10. Telf mir-raffineriji

Id-differenza bejn il-konsum osservat tar-raffineriji u l-produzzjoni grossa tar-raffineriji. It-telf jista’ jsir waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba l-evaporazzjoni. It-telf rappurtat hu pożittiv. Jista’ jkun hemm xi gwadanji volumetriċi, iżda l-ebda żieda fil-massa.

3.2.2.   PROVVISTA TA’ PRODOTTI FINALI

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-gass tar-raffinerija, l-etan, l-LPG, in-nafta, il-bijogażolina, in-nonbijoġażolina, il-gażolina tal-avjazzjoni, il-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-pitrolju nonbijoloġiku tal-ġett, ġitrolju ieħor, il-bijodiżils, iż-żejt nonbijoloġiku tal-gass/diżil, l-LSFO, l-HSFO, il-kokk taż-żejt mhux raffinat, u prodotti oħra:

3.2.2.1. Prodotti primarji riċevuti

3.2.2.2. Produzzjoni tar-raffinerija grossa (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.3. Prodotti riċiklati (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.4. Fjuwil tar-raffineriji (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

Kapitolu 2.3. tal-Anness A Settur tal-enerġija — Raffineriji taż-żejt mhux raffinat; Jinkludi fjuwils użati fir-raffineriji għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa.

3.2.2.5. Importazzjonijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-gass tar-raffineriji)

3.2.2.6. Esportazzjonijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-gass tar-raffineriji)

In-nota magħmula għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet fit-Taqsima 3.2.1 tapplika hawn ukoll.

3.2.2.7. Bunkers tal-baħar internazzjonali (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.8. Trasferimenti tal-interprodotti

3.2.2.9. Prodotti trasferiti (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u għall-NGL)

3.2.2.10. Bidliet fl-istokk (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL u għall-gass tar-raffineriji)

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.2.11. Konsenji interni grossi osservati

Il-konsenja osservata tal-prodotti finali taż-żejt mhux raffinat minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

3.2.2.11.1. Avjazzjoni internazzjonali (applikabbli biss għall-ġażolina tal-avjazzjoni, il-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-pitrolju nonbijoloġiku tal-ġett)

3.2.2.11.2. Impjanti tal-enerġija tal-produtturi tal-attività ewlenija

3.2.2.11.3. Bit-triq (applikabbli biss għal-LPG)

3.2.2.11.4. Navigazzjoni domestika u Ferroviji (applikabbli biss għall-bijodiżils, u ż-żejt nonbijoloġiku tal-gass/diżil)

3.2.2.12. Petrokimiku

3.2.2.13. Fluss lura lejn ir-raffineriji (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.3.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT L-ORIĠINI — ESPORTAZZJONIJIET SKONT ID-DESTINAZZJONI

L-importazzjonijiet iridu jiġu rappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota magħmula għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet fit-Taqsima 3.2.1 tapplika hawn ukoll.

3.2.4.   LIVELLI TAL-ISTOKKIJIET

L-istokkijiet tal-ftuħ u tal-għeluq li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-prodotti kollha tal-enerġija inkluż għall-addittivi/ossiġenati iżda mhux għall-gass tar-raffineriji:

3.2.4.1.   Stokkijiet fit-territorju nazzjonali

Stokkijiet fil-postijiet li ġejjin: tankijiet tar-raffineriji, terminals għal kwantitajiet kbar ta’ materjal, kapaċitajiet f’pipelines, ċattri u tankers kostali (meta l-port tat-tluq u tad-destinazzjoni jkunu fl-istess pajjiż), tankers f’port ta’ pajjiż membru (jekk il-merkanzija tagħhom trid tinħatt fil-port), bunkers interni tal-bastimenti. Eskluż l-istokkijiet taż-żejt miżmumin fil-pipelines, fil-vaguni tat-tankijiet ferrovjarji, fil-vaguni tat-tankijiet tat-trakkijet, fil-bunkers tal-bastimenti li jbaħħru, fl-istazzjonijiet tal-petrol, fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u fil-bunkers fuq il-baħar.

3.2.4.2.   L-istokkijiet miżmumin għal pajjiżi oħra skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokkijiet fit-territorju nazzjonali li jappartjenu għal pajjiż ieħor u li l-aċċess għalihom hu żgurat bi ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.2.4.3.   L-istokkijiet b’destinazzjoni barranija magħrufa

L-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-punt 3.2.4.2, li qegħdin fit-territorju nazzjonali iżda jappartjenu u destinati għal pajjiż ieħor. Dawn l-istokkijiet jistgħu jkunu fiż-żoni riżervati jew fuq barra tagħhom.

3.2.4.4.   Stokkijiet oħra miżmumin fiż-żoni riżervati

Inkluż l-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-punti 3.2.4.2 jew 3.2.4.3, irrispettivament minn jekk għandhomx awtorizzazzjoni doganali jew le.

3.2.4.5.   L-istokkijiet miżmuma mill-konsumaturi ewlenin

Inkluż l-istokkijiet soġġetti għal kontroll governattiv. Din id-definizzjoni ma tinkludix stokkijiet oħra tal-konsumaturi.

3.2.4.6.   L-istokkijiet miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin fil-port jew fl-irmiġġ

Stokkijiet irrispettivament minn jekk għandhomx awtorizzazzjoni doganali jew le. Din il-kategorija teskludi l-istokkijiet abbord bastimenti f’nofs l-ibħra.

Tinkludi ż-żejt fit-tankers kostali jekk kemm il-port tat-tluq kif ukoll tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu fl-istess pajjiż. Fil-każ ta’ bastimenti li jkunu deħlin b’aktar minn port tal-ħatt wieħed, irid jiġi rappurtat biss l-ammont li jrid jinħatt fil-pajjiż rapportatur.

3.2.4.7.   L-istokkijiet miżmumin mill-gvern fit-territorju nazzjonali

Inkluż l-istokkijiet nonmilitari miżmumin mill-gvern fit-territorju nazzjonali, u li huma proprjetà tal-gvern jew ikkontrollati u miżmuma esklussivament għal finijiet ta’ emerġenza.

Eskluż l-istokkijiet miżmumin minn kumpaniji taż-żejt statali jew minn utilitajiet elettriċi jew l-istokkijiet miżmumin direttament minn kumpaniji taż-żejt f’isem il-gvernijiet.

3.2.4.8.   L-istokkijiet miżmuma minn organizzazzjoni li żżomm l-istokkijiet fit-territorju nazzjonali

L-istokkijiet miżmumin mill-korporazzjonijiet pubbliċi u privati li ġew stabbiliti biex iżommu l-istokkijiet esklużivament għal finijiet ta’ emerġenza.

Eskluż l-istokkijiet mandatorji miżmumin minn kumpaniji privati.

3.2.4.9.   L-istokkijiet l-oħra kollha miżmumin fit-territorju nazzjonali

L-istokkijiet l-oħra kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-punt 3.2.4.1 hawn fuq.

3.2.4.10.   L-istokkijiet miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokkijiet li jappartjenu għall-pajjiż rapportatur iżda miżmumin f’pajjiż ieħor u li l-aċċess għalihom hu żgurat bi ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.2.4.10.1. Li minnhom: Stokkijiet governattivi

3.2.4.10.2. Li minnhom: Stokkijiet tal-organizzazzjoni possedenti

3.2.4.10.3. Li minnhom: Stokkijiet oħra

3.2.4.11.   L-istokkijiet miżmumin barra mill-pajjiż magħżula definittivament bħala stokkijiet tal-importazzjoni

L-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-kategorija 10 u li jappartjenu għall-istat rapportatur iżda miżmumin fi stat ieħor u li qed jistennew li jiġu importati hemmhekk.

3.2.4.12.   Stokkijiet oħra f’żoni riżervati

Stokkijiet oħra fit-territorju nazzjonali li mhumiex inklużi fil-kategoriji ta’ hawn fuq.

3.2.4.13.   Kontenut tal-pipelines

Żejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat) li jinsab fil-pipelines, meħtieġ biex jinżamm il-fluss fil-pipelines.

Barra minn hekk, trid tiġi dikjarata diżaggregazzjoni tal-kwantitajiet skont il-pajjiż korrispondenti:

3.2.4.13.1. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin għal pajjiżi oħra skont ftehim uffiċjali, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.2. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin għal pajjiżi oħra skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmuma bħala biljetti tal-istokk, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.3. 

stokkijiet tal-għeluq b’destinazzjoni barranija magħrufa, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.4. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, skont il-post,

3.2.4.13.5. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmuma bħala biljetti tal-istokk, skont il-post,

3.2.4.13.6. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin barra mill-pajjiż u maħsuba definittivament għall-importazzjoni fil-pajjiż tad-dikjarant, diżaggregati skont il-post.

“Stokkijiet tal-ftuħ” tfisser l-istokkijiet fl-aħħar jum tax-xahar ta’ qabel dak rappurtat. “Stokkijiet tal-għeluq” tfisser l-istokkijiet fl-aħħar jum tax-xahar rappurtat.

3.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).

3.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien 55 jum wara x-xahar rappurtat.

3.5.    Noti ġeografiċi

Għall-finijiet biss tar-rapportar statistiku, japplikaw il-kjarifiki tal-Kapitolu 1 tal-Anness A, bl-eċċezzjonijiet speċifiċi li ġejjin: L-Iżvizzera tinkludi l-Liechtenstein

4.    GASS NATURALI

4.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-gass naturali.

4.2.    Lista tal-aggregati

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-gass naturali.

4.2.1.   PRODUZZJONI INDIĠENA

Il-produzzjoni kummerċjabbli niexfa kollha fil-fruntieri nazzjonali, inkluż il-produzzjoni lil hinn mill-kosta. Il-produzzjoni titkejjel wara l-purifikazzjoni u l-estrazzjoni tal-NGLs u tal-kubrit. Eskluż it-telf mill-estrazzjoni u l-kwantitajiet injettati mill-ġdid, rilaxxati minn xi mkien jew ivvampjati. Inkluż il-kwantitajiet użati fl-industrija tal-gass naturali; fl-estrazzjoni tal-gassijiet, fis-sistemi tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar.

4.2.2.   IMPORTAZZJONIJIET (DĦUL)

4.2.3.   ESPORTAZZJONIJIET (ĦRUĠ)

Nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet: Iridu jiġu rappurtati l-volumi kollha tal-gass naturali li fiżikament qasmu l-fruntieri nazzjonali tal-pajjiż, kemm b’awtorizzazzjoni doganali u anki le. Dan jinkludi l-kwantitajiet li jgħaddu minn pajjiżek; il-volumi tat-tranżitu jridu jiġu inklużi bħala importazzjoni u bħala esportazzjoni. L-importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat iridu jkopru biss l-ekwivalenti kummerċjabbli niexfa, inkluż l-ammonti użati bħala konsum proprju fil-proċess tar-rigassifikazzjoni. L-ammonti użati bħala konsum proprju tul ir-rigassifikazzjoni jridu jiġu rappurtati f’“Użu proprju u telf tal-industrija tal-gass naturali” (ara 4.2.11). Kull likwidu tal-gass (eż. LPG) estratt waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG importat irid jiġi rappurtat f’“Riċevuti li ġejjin minn sorsi oħra” ta’ “Idrokarburi oħra” kif definit fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness (ŻEJT JEW PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT).

4.2.4.   BIDLIET FL-ISTOKKIJIET

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

4.2.5.   KONSENJI INTERNI GROSSI OSSERVATI

Din il-kategorija tirrappreżenta l-konsenji tal-gass kummerċjabbli lejn is-suq intern, inkluż il-gass użat mill-industrija tal-gass għat-tisħin u għal-operazzjoni tat-tagħmir tagħhom (jiġifieri l-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar); it-telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni jrid jiġi inkluż ukoll.

4.2.6.   IL-LIVELLI TAL-FTUĦ TAL-ISTOKKIJIET MIŻMUMIN FIT-TERRITORJU NAZZJONALI

4.2.8.   IL-LIVELLI TAL-GĦELUQ TAL-ISTOKKIJIET MIŻMUMIN FIT-TERRITORJU NAZZJONALI

4.2.9.   IL-LIVELLI TAL-FTUĦ TAL-ISTOKKIJIET MIŻMUMIN BARRA L-PAJJIŻ

4.2.10.   IL-LIVELLI TAL-GĦELUQ TAL-ISTOKKIJIET MIŻMUMIN BARRA L-PAJJIŻ

Nota għal-livelli tal-istokkijiet: inkluż il-gass naturali maħżun f’forma gassuża u f’forma likwifikata.

4.2.11.   UŻU PROPRJU U TELF TAL-INDUSTRIJA TAL-GASS NATURALI

Il-kwantitajiet użati mill-industrija tal-gass stess għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat tagħha (jiġifieri l-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar); inkluż it-telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni.

4.2.12.   IMPORTAZZJONIJIET (DĦUL) SKONT L-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET (ĦRUĠ) SKONT ID-DESTINAZZJONI

L-importazzjonijiet (id-dħul) iridu jiġu rappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet (il-ħruġ) skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet fit-Taqsima 4.2.3 tapplika hawn ukoll. L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet iridu jiġu ddikjarati biss għall-pajjiż ġar jew il-pajjiż b’konnessjoni diretta ta’ pipeline jew, fil-każ tal-LNG, għall-pajjiż fejn il-gass ikun tgħabba fuq il-vapur tat-trasport.

4.2.13.   KONSENJI LEJN IL-ĠENERAZZJONI TAL-ENERĠIJA

4.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet iridu jiġu dikjarati f’żewġ unitajiet:

4.3.1. 

fi kwantità fiżika, f’miljuni ta’ m3 (miljun metru kubiku) meta wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gass (15 C, 101 325 Pa),

4.3.2. 

f’kontenut tal-enerġija, f’TJ (terajoules), abbażi tal-valur kalorifiku gross.

4.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien 55 jum wara x-xahar rappurtat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1099
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.