|
+ANNESS II |
ANNESS II
ANNESS II Metodu biex jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn (imsemmija fl-artikolu 15(6)) Rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn għandhom l-għan li jtejbu aspett ambjentali speċifiku tal-prodott. Jistgħu jieħdu l-forma ta’ rekwiżiti għall-konsum imnaqqas ta’ ċertu riżors, bħal-limitu fuq l-użu ta’ dan ir-riżors fid-diversi stadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kif ikun xieraq (bħal limitu fuq il-konsum tal-ilma fil-fażi tal-użu jew fuq il-kwantitajiet ta’ ċertu materjal inkorporat fil-prodott jew rekwiżit ta’ kwantitajiet minimi ta’ materjal riċiklat). Meta jkunu qed jiġu preparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn skont l-Artikolu 15, il-Kummissjoni tidentifika, kif inhu xieraq għall-prodott kopert mill-miżura implimentattiva, il-parametri relevanti għall-ekodisinn fost dawk li huma msemmija fil-Parti I tal-Anness I, u tistabbilixxi l-livelli ta’ dawk ir-rekwiżiti skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2) kif ġej:
1.
Analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tagħżel numru ta’ mudelli rappreżentattivi tal-prodott in kwistjoni fis-suq u tidentifika l-possibbiltajiet tekniċi biex tiġi mtejba l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, filwaqt li l-vijabbiltà ekonomika tal-possibbiltajiet tkompli tkun ikkunsidrata u kwalunkwe telf sinifikanti fil-prestazzjoni jew fl-utilità għall-konsumaturi jkun evitat. L-analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tidentifika wkoll, għall-aspetti ambjentali li qed jiġu kkunsidrati, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġija disponibbli fis-suq. Il-prestazzjoni ta’ prodotti disponibbli fis-swieq internazzjonali u “benchmarks” stabbiliti taħt leġiżlazzjoni ta’ pajjiżi oħra għandhom jitqiesu matul l-analiżi kif ukoll meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti. Abbażi ta’ din l-analiżi u meta titqies il-fattibilità ekonomika u teknika kif ukoll il-potenzjal għal titjib, għandhom jittieħdu miżuri konkreti b’attenzjoni biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodott. F’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-enerġija fl-użu, il-livell ta’ effiċjenza fl-enerġija jew konsum għandu jiġi stabbilit billi jiġi mmirat il-prezz minimu taċ-ċiklu tal-ħajja għal dawk li jużawh l-aħħar għall-mudelli rappreżentattivi tal-prodott, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi fuq aspetti ambjentali oħra. Il-metodu tal-analiżi tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja juża rata ta’ skont reali abbażi tad-data mogħtija mill-Bank Ċentrali Ewropew u tul ta’ ħajja realistiku għall-prodott; huwa bbażat fuq is-somma tal-varjazzjonijiet fil-prezz tax-xiri (li jirriżulta mill-varjazzjoni fl-ispejjeż industrijali) u fl-ispejjeż tal-operat, li jirriżultaw mil-livelli differenti ta’ possibbiltajiet ta’ titjib tekniku, imnaqqsa matul it-tul ta’ żmien tal-mudelli rappreżentattivi tal-prodott li qed jiġu kkunsidrati. L-ispejjeż tal-operat ikopru primarjament il-konsum tal-enerġija u spejjeż addizzjonali f’riżorsi oħra, bħall-ilma jew prodotti tal-ħasil. Għandha ssir analiżi ta’ sensittività li tkopri l-fatturi relevanti, bħall-prezz tal-enerġija jew riżors ieħor, il-prezz tal-materja prima jew tal-produzzjoni, rati ta’ skont, u, fejn hu xieraq, spejjeż ambjentali esterni, inklużi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jkunu ġew evitati, biex jiġi kkontrollat jekk ikunx hemm tibdil sinifikanti u jekk il-konklużjonijiet totali humiex affidabbli. Ir-rekwiżit jiġi adattat skont kif meħtieġ. Tista’ tiġi applikata metodoloġija simili għal riżorsi oħra bħall-ilma.
2.
Għall-iżvilupp ta’ analiżi teknika, ambjentali u ekonomika, tista’ tintuża informazzjoni disponibbli fil-qafas ta’ attivitajiet oħra tal-Kommunità. L-istess japplika għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f’partijiet oħra tad-dinja biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn tal-prodotti ikkumerċjat mal-imsieħba ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.
3.
Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit għandha tikkunsidra ċ-ċiklu ta’ disinn mill-ġdid tal-prodott. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|