+ANNESS II DEFINIZZJONIJIET ta'DATA

ANNESS II DEFINIZZJONIJIET ta'DATA

ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET ta' DATA


Terminu

Definizzjoni

Servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet (AIS)

“Servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser “servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet” kif iddefinit fl-Artikolu 4(16) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Fornitur ta' servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet (AISP)

“Fornitur ta' servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser “fornitur ta' servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet” kif iddefinit fl-Artikolu 4(19) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jiġġestixxi l-kont (ASPSP)

“Fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jiġġestixxi l-kont” tfisser “fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jiġġestixxi l-kont” kif iddefinit fl-Artikolu 4(17) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Akkwirent

“Akkwirent” tfisser “akkwirent” kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2015/751 (1).

Akkwist ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas

“Akkwist ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas” tfisser “akkwist ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(44) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Aġent

“Aġent” tfisser “aġent” kif iddefinit fl-Artikolu 4(38) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Magna tal-flus awtomatizzata (ATM )

Strument elettromekkaniku li jippermetti lill-utenti awtorizzati li jużaw strument ta’ ħlas permezz ta’ kard jew mezz ieħor li jiġbdu flus kontanti mill-kontijiet tagħhom u/jew jaċċessaw servizzi oħrajn, li jippermettulhom, fost l-oħrajn, jitolbu informazzjoni dwar il-bilanċ, jittrasferixxu fondi jew jiddepożitaw flus.

Depożitu ta' flus kontanti mill-ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi)

Depożitu ta’ flus kontanti minn ATM bl-użu ta’ strument ta’ ħlas permezz ta’ kard jew mezzi oħrajn, inklużi tranżazzjonijiet li permezz tagħhom jiġu ddepożitati flus kontanti f’terminal, mingħajr intervent manwali, u fejn min iħallas jiġi identifikat bi strument ta’ ħlas permezz ta’ kard jew b’mezz ieħor.

Ġbid ta' flus kontanti minn ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi)

Ġbid ta' flus kontanti minn ATM bl-użu ta' strument ta’ ħlas permezz ta’ kard jew mezzi oħrajn.

Antiċipi ta’ flus kontanti fit-terminals POS bħala parti minn tranżazzjoni ta' ħlas għax-xiri ta’ prodotti jew servizzi (tranżazzjonijiet ta’ “flus lura”) mhumiex inklużi.

Tranżazzjoni minn ATM (ħlief għal tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi)

Tranżazzjoni ta' ħlas (2) magħmula minn ATM bl-użu ta’ strument ta’ ħlas permezz ta’ kard jew mezzi oħrajn. Tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi mhumiex inklużi.

ATM b'funzjoni ta' ġbid ta' flus kontanti

ATM li tippermetti lill-utenti awtorizzati li jiġbdu l-flus kontanti mill-kontijiet tagħhom billi jużaw strument ta’ ħlas permezz ta’ kard jew mezzi oħrajn.

ATM b'funzjoni ta' trasferiment ta' kreditu

ATM li tippermetti lill-utenti awtorizzati li jagħmlu trasferimenti ta' kreditu permezz ta' strument ta’ ħlas permezz ta’ kard jew mezzi oħrajn.

Awtentikazzjoni

“Awtentikazzjoni” tfisser “awtentikazzjoni” kif iddefinit fl-Artikolu 4(29) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Awtentikati permezz ta' awtentikazzjoni mhux qawwija tal-konsumatur

“Awtentikati permezz ta' awtentikazzjoni mhux qawwija tal-konsumatur” tirreferi għal tranżazzjonijiet li huma eżentati minn awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur skont il-Kapitolu III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 (3) kif ukoll għal tranżazzjonijiet li għalihom ma japplikawx id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 97(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366. Tranżazzjonijiet mibdija minn negozjanti kif ukoll tranżazzjonijiet oħrajn li għalihom ma tapplikax l-SCA, huma inklużi.

Fergħa

Post tan-negozju għajr l-uffiċċju ewlieni li jinsab fil-pajjiż ta’ rapportar u stabbilit minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas (PSP) legalment inkorporat f’pajjiż ieħor. Ma għandhiex personalità ġuridika u twettaq direttament xi wħud mit-tranżazzjonijiet jew it-tranżazzjonijiet kollha inerenti fin-negozju ta’ PSP.

Il-postijiet kollha tan-negozju stabbiliti fil-pajjiż ta’ rapportar mill-istess istituzzjoni legalment inkorporata f’pajjiż ieħor jikkostitwixxu fergħa waħda. Kull wieħed minn dawn il-postijiet ta’ negozju jitqies bħala uffiċċju individwali.

Kard

Strument ta’ ħlas ibbażat fuq numru uniku li jista’ jintuża biex jinbeda ħlas, jinġibdu flus kontanti jew isir depożitu ta’ flus kontanti li jiġi pproċessat bl-użu ta’ skema ta’ kard jew fi ħdan in-network imħaddem mill-emittent tal-kard. In-numru jista’ jinħażen fuq kard fiżika, fuq strument ieħor (inklużi key tag, sticker, smartphone) jew jista’ jinżamm virtwalment mingħajr strument fiżiku. Kards joffru lid-detentur tal-kard, skont il-ftehim mal-emittent tal-kard, waħda jew aktar mill-funzjonijiet li ġejjin: flus kontanti, debitu, debitu ttardjat, kreditu u flus elettroniċi.

Strument ta’ ħlas permezz ta’ kard

“Strument ta’ ħlas permezz ta’ kard” tfisser “strument ta’ ħlas permezz ta’ kard” kif iddefinit fl-Artikolu 2(20) tar-Regolament UE 2015/751 inklużi l-kards ta’ debitu ttardjat.

Serq tad-dettalji tal-kard

Serq ta’ data ta’ ħlas sensittiva kif iddefinit fl-Artikolu 4(32) tad-Direttiva (UE) 2015/2366. Id-data ta’ ħlas sensittiva f’dan il-każ tirreferi għal data fuq strument ta’ ħlas permezz ta’ kard.

Emittent tal-kard

“Emittent tal-kard” tfisser “emittent” kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751 (4).

Kard ma waslitx

Strument ta’ ħlas permezz ta’ kard li min iħallas jgħid li ma rċeviex, għalkemm il-PSP ta’ min iħallas (l-emittent) jikkonferma li ntbagħatet lil min iħallas (bi kwalunkwe metodu ta’ konsenja).

Tranżazzjoni ta’ ħlas permezz ta’ kard mibdija f’EFTPOS fiżiku

Tranżazzjoni ta' ħlas permezz ta’ kard mibdija b'mod elettroniku f'POS fiżika li tippermetti trasferimenti elettroniċi ta' fondi. Din il-partita tipikament tinkludi tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kards permezz ta' trasferiment elettroniku ta' fondi f’terminal fil-punt tal-bejgħ (EFTPOS) f’post tan-negozjant. Ma tinkludix tranżazzjonijiet ta' ħlas bi flus elettroniċi.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard permezz ta' strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard maħruġa minn PSPs residenti mibdija b’mod elettroniku

Tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta’ kard mibdija f’terminal EFTPOS, ATM jew f’terminal fiżiku ieħor li jippermetti l-bidu ta’ ħlas elettroniku jew mill-bogħod b’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni. Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard permezz ta’ strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard maħruġa minn PSPs residenti mibdija f’forma bbażata fuq il-karta (eż. permezz ta’ markatur ta’ strument ta’ ħlas permezz ta’ kard jew meta l-informazzjoni dwar il-ħlas tinqabad manwalment fuq kupuni tal-karti) mhumiex inklużi.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard permezz ta' strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard maħruġa minn PSPs residenti (ħlief għal kards b'funzjoni ta' flus elettroniċi biss)

Tranżazzjoni ta' ħlas permezz ta’ kard magħmula bl-użu ta' kards ta' debitu, ta’ debitu ttardjat jew ta’ kreditu f’terminal jew permezz ta' kanali oħra.

It-tranżazzjonijiet kollha ta' ħlas mibdija bi strument ta’ ħlas permezz ta’ kard huma inklużi, jiġifieri:

(a)  it-tranżazzjonijiet kollha li fihom l-akkwirent u l-emittent tal-istrument/tat-tranżazzjoni ta’ ħlas permezz ta’ kard huma entitajiet differenti; u

(b)  it-tranżazzjonijiet kollha li fihom l-akkwirent u l-emittent tal-istrument/tat-tranżazzjoni ta’ ħlas permezz ta’ kard huma l-istess entità.

Tnaqqis mill-kont tal-PSP li jirriżulta minn saldu ta' tranżazzjoni ta’ ħlas permezz ta’ kard li fiha l-akkwirent u l-emittent tal-istrument/tat-tranżazzjoni ta’ ħlas permezz ta’ kard huma l-istess entità huwa inkluż.

Tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta’ kard bit-telefown jew permezz tal-internet bl-użu ta’ strument ta’ ħlas permezz ta’ kard huma inklużi.

Tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi mhumiex inklużi.

Ġibdiet ta' flus kontanti u depożiti fl-ATMs mhumiex inklużi. Dawn huma rrapportati bħala “ġbid ta' flus kontanti mill-ATM” jew “depożiti ta' flus kontanti mill-ATM”.

Trasferimenti ta' kreditu f’ATMs mhumiex inklużi. Dawn huma rrapportati bħala “trasferimenti ta' kreditu”.

Ħlas ta' flus kontanti fit-terminals POS mhumiex inklużi.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard permezz ta' strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard maħruġa minn PSPs residenti mibdija b’mod mhux elettroniku

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard mibdija f’terminal fiżiku permezz ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni manwali (eż. markaturi) (tranżazzjoni b’kard preżenti) jew ħlasijiet mibdija permezz ta’ ordni bil-posta jew ordni bit-telefown (MOTO) (tranżazzjonijiet b’kard mhux preżenti).

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard permezz ta' strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard maħruġa minn PSPs residenti mibdija b’mod elettroniku permezz ta’ kanal ta’ ħlas mill-bogħod

Tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta’ kard mibdija b'mod elettroniku li huma tip ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas mill-bogħod kif iddefinit fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard permezz ta’ strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard maħruġa minn PSPs residenti mibdija b’mod mhux elettroniku permezz ta’ kanal ta’ ħlas mill-bogħod

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard mibdija b’mod mhux elettroniku li huma tip ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas mill-bogħod kif iddefinit fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Kard b'funzjoni ta' flus kontanti

Kard li tippermetti lid-detentur li jiġbed il-flus kontanti minn ATM u/jew jiddepożita flus kontanti f’ATM.

Kard b'funzjoni kkombinata ta' debitu, ta' flus kontanti u ta’ flus elettroniċi

Kard maħruġa minn PSP, li għandha l-funzjoni kkombinata ta' flus kontanti, ta’ debitu u ta’ flus elettroniċi.

Kard b'funzjoni ta' ħlas mingħajr kuntatt

Kard li tippermetti li tinbeda tranżazzjoni ta' ħlas permezz ta’ kard permezz ta’ tip partikolari ta’ teknoloġija mingħajr kuntatt u fejn kemm min iħallas kif ukoll min jitħallas fit-tranżazzjoni ta' ħlas (u/jew l-apparat tagħhom) ikunu fl-istess post fiżiku.

Kard b'funzjoni ta' ħlas (ħlief għal kards b'funzjoni ta' flus elettroniċi biss)

Kard li għandha mill-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: funzjoni ta’ debitu, funzjoni ta’ debitu ttardjat jew funzjoni ta’ kreditu. Il-kard jista’ jkollha funzjonijiet oħrajn, bħal funzjoni ta' flus elettroniċi, iżda kards b'funzjoni ta' flus elettroniċi biss ma jitqisux f’din il-kategorija. Kards li jkollhom biss funzjoni ta’ ġbid/depożiti ta’ flus mhumiex inklużi.

Kard b'funzjoni ta' flus elettroniċi

Kard li fuqha jistgħu jinħażnu direttament flus elettroniċi u/jew li tagħti aċċess għal flus elettroniċi maħżuna f’kontijiet ta' flus elettroniċi, li tippermetti tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi.

Tranżazzjoni ta’ ħlas permezz ta’ kard

“Tranżazzjoni ta’ ħlas permezz ta’ kard” tfisser “tranżazzjoni ta’ ħlas permezz ta’ kard” kif iddefinit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament UE 2015/751 inklużi kards ta’ debitu ttardjat.

Kards li fuqhom jistgħu jinħażnu flus elettroniċi b'mod dirett

Flus elettroniċi miżmuma f’kard li tinsab fil-pussess tad-detentur tal-flus elettroniċi. Irreferi wkoll għad-definizzjoni ta' “flus elettroniċi”.

Kards li jagħtu aċċess għal flus elettroniċi maħżuna f’kontijiet ta' flus elettroniċi

Irreferi għad-definizzjoni ta' “kontijiet ta' flus elettroniċi”.

Kard b'funzjoni ta' flus elettroniċi li ġiet ikkreditata mill-inqas darba

Kard b'funzjoni ta' flus elettroniċi li ġiet ikkreditata mill-inqas darba u li għalhekk tista' titqies bħala attivata. L-ikkreditar jista' jiġi interpretat bħala indikazzjoni tal-intenzjoni li tintuża l-funzjoni tal-flus elettroniċi.

Flus kontanti

Karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni li jinżammu barra s-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (monetary financial institutions – MFIs) jew fil-kmamar ta’ sigurtà ta’ MFIs.

Antiċipu ta' flus kontanti fit-terminals fil-punt tal-bejgħ (POS)

Tranżazzjonijiet li fihom id-detentur tal-kard li juża kard jew mezzi oħrajn jirċievi flus kontanti f'terminal POS flimkien ma' tranżazzjoni ta' ħlas għal prodotti jew servizzi (spiss imsejħa “flus lura”).

Ġbid ta’ flus kontanti bl-użu ta’ strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kards (ħlief għal tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi)

Ġbid ta’ flus minn ATM jew mal-counter ta’ PSP bl-użu ta’ kard b'funzjoni ta' flus kontanti. Tranżazzjonijiet ta’ ħlas bi flus elettroniċi mhumiex inklużi filwaqt li l-antiċipi ta’ flus kontanti f’POS huma inklużi.

Bank ċentrali

Bank ċentrali tfisser “bank ċentrali” (subsettur S.121) kif iddefinit fil-paragrafi 2.72 sa 2.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Ċekk

Ordni bil-miktub u ffirmata minn parti waħda, jiġifieri it-traent, lill-ieħor, jiġifieri it-trattarju li fil-prinċipju huwa istituzzjoni ta' kreditu, li jirrikjedi li t-trattarju jħallas somma speċifika mingħajr kundizzjoni u fuq talba lit-traent jew lil parti terza speċifikata mit-traent.

Organizzazzjoni tal-ikklerjar u tas-saldu

Kull organizzazzjoni tal-ikklerjar u tas-saldu li hija parteċipant dirett f’sistema ta' ħlas.

Proporzjon ta' konċentrazzjoni

"Proporzjon ta' konċentrazzjoni” tfisser is-sehem mis-suq tal-ħames l-akbar mittenti ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas f’kull sistema (dan jista’ jinkludi lill-bank ċentrali). L-akbar ħames mittenti ta’ tranżazzjonijiet f’termini ta’ volum jistgħu jvarjaw mill-akbar ħames mittenti f’termini ta’ valur. Kull parteċipant li għandu aċċess individwali għas-sistema jingħadd separatament, irrispettivament minn jekk teżistix affiljazzjoni bejn żewġ parteċipanti jew aktar.

Kunsens mogħti permezz ta’ mandat elettroniku

Kunsens mogħti minn min iħallas permezz ta’ mandat kif iddefinit fl-Artikolu 2(21) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 li jkun f’forma elettronika.

Valur baxx mingħajr kuntatt

Ħlasijiet mingħajr kuntatt li għalihom japplika l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389.

Ħlas mingħajr kuntatt

Tranżazzjoni ta' ħlas bl-użu ta' kard jew mezzi oħrajn fejn min iħallas u n-negozjant (u/jew l-apparat tagħhom) ikunu fl-istess post fiżiku u fejn il-komunikazzjoni bejn l-appart li jinġarr u l-punt tal-bejgħ (POS) isseħħ permezz ta’ teknoloġija mingħajr kuntatt.

Kard iffalsifikata

L-użu ta’ strument ta’ ħlas permezz ta’ kard immodifikat jew riprodott illegalment, inkluża r-replikazzjoni jew il-modifikazzjoni tal-istrippa manjetika jew tal-imbuzzar.

Kard tal-flus elettroniċi iffalsifikata

L-użu ta’ kard tal-flus elettroniċi mmodifikata jew riprodotta illegalment, inkluż ir-replikazzjoni jew il-modifikazzjoni tal-istrippa manjetika jew tal-imbuzzar.

Kard ta’ kreditu

“Kard ta’ kreditu” għandha l-istess tifsira ta’ “kard ta’ kreditu” kif iddefinit fl-Artikolu 2(34) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kards ta’ debitu ttardjat huma esklużi.

Istituzzjoni ta' kreditu

"Istituzzjoni ta' kreditu” tfisser "istituzzjoni ta’ kreditu” kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (5).

Trasferiment ta' kreditu

“Trasferiment ta’ kreditu” tfisser “trasferiment ta' kreditu” kif iddefinit fl-Artikolu 4(24) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366.

Trasferimenti ta' kreditu mibdija b'mod elettroniku

Kwalunkwe trasferiment ta' kreditu li min iħallas jissottometti f'forma mhux ibbażata fuq il-karta, jiġifieri b’mod elettroniku.

Trasferiment ta' kreditu mibdi f’fajl/lott

Trasferiment ta' kreditu mibdi b'mod elettroniku li huwa parti minn grupp ta' trasferimenti ta' kreditu mibdija flimkien minn min iħallas permezz ta' linja apposta. Kull trasferiment ta' kreditu li jinsab f’lott jingħadd bħala trasferiment ta' kreditu separat meta jiġi rrapportat in-numru ta’ tranżazzjonijiet.

Trasferiment ta' kreditu mibdi f'forma bbażata fuq il-karta

Trasferiment ta’ kreditu mibdi minn min iħallas f’forma bbażata fuq il-karta jew billi jagħti struzzjonijiet lill-persunal over the counter (OTC) sabiex jinbeda trasferiment ta’ kreditu u kull trasferiment ieħor ta’ kreditu, li jirrikjedi pproċessar manwali.

Trasferiment ta' kreditu mibdi fuq bażi ta' ħlas uniku

Trasferiment ta' kreditu mibdi b'mod elettroniku li huwa indipendenti minn trasferimenti ta’ kreditu oħrajn, jiġifieri li mhuwiex parti minn grupp ta' trasferimenti ta' kreditu mibdija flimkien.

Skema ta’ ħlas ta’ trasferiment ta’ kreditu

Irreferi għad-definizzjoni ta’ “skema ta’ ħlas”. Skemi ta’ ħlas internazzjonali jinkludu l-iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu SEPA u l-iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju SEPA.

Krediti fil-kontijiet b'entrata sempliċi fil-kotba

Tranżazzjoni ta’ kreditu mibdija minn PSP (inkluż emittent ta’ flus elettroniċi) mingħajr ordni ta’ tranżazzjoni speċifika u eżegwita b’entrata sempliċi fil-kotba (entrata sempliċi fil-kotba tfisser entrata ta’ kreditu, lill-kont ta’ konsumatur, mingħajr l-użu ta’ strument ta’ ħlas tradizzjonali). It-tranżazzjonijiet li ġejjin huma rrapportati għal din il-partita: (a) ħlas ta’ imgħax mill-bank; (b) ħlas ta’ dividend mill-bank; (c) ġbid tal-ammont ta’ self lill-kont kurrenti tal-konsumatur; u (d) krediti oħrajn lill-kont b’entrata sempliċi fil-kotba. Din id-data hija eskluża minn trasferimenti ta’ kreditu.

Tranżazzjoni ta’ ħlas transkonfinali

Tranżazzjoni ta' ħlas mibdija minn min iħallas jew minn min jitħallas, meta l-PSP ta’ min iħallas u l-PSP ta' min jitħallas jinsabu f'pajjiżi differenti. Għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard, “tranżazzjoni ta’ ħlas transkonfinali” tfisser “tranżazzjoni ta’ ħlas transkonfinali” kif iddefinit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2015/751. (6)

Speċifikament fil-każ ta’ sistemi ta’ ħlas: tranżazzjoni ta’ ħlas bejn parteċipanti li jinsabu f’pajjiżi differenti.

Kard ta’ debitu

“Kard ta’ debitu” tfisser “kard ta’ debitu” kif iddefinit fl-Artikolu 2(33) tar-Regolament (UE) 2015/751.

Debiti mill-kontijiet b'entrata sempliċi fil-kotba

Tranżazzjoni ta’ debitu mibdija minn PSP (inkluż emittent ta’ flus elettroniċi) mingħajr ordni ta’ tranżazzjoni speċifika u eżegwita b’entrata sempliċi fil-kotba (entrata ta’ debitu) lill-kont ta’ konsumatur, jiġifieri mingħajr l-użu ta’ strument ta’ ħlas tradizzjonali. It-tranżazzjonijiet li ġejjin huma rrapportati għal din il-partita: (a) iż-żamma ta’ imgħax mill-bank; (b) it-tnaqqis ta’ tariffi bankarji; (c) il-ħlas ta’ taxxi marbuta ma’ assi finanzjarji, jekk ikunu tranżazzjoni separata iżda ma jkunux awtorizzati separatament mill-konsumatur; (d) ħlasijiet lura tal-ammont ta’ self; u (e) debiti oħrajn mill-kont permezz ta’ entrata sempliċi fil-kotba. Din id-data hija eskluża minn debiti diretti.

Kard ta’ debitu ttardjat

Kard li tippermetti lid-detenturi tal-kard jiddebitaw ix-xirjiet tagħhom lil kont mal-emittent tal-kard sa limitu awtorizzat. Il-bilanċ f’dan il-kont imbagħad jiġi saldat kollu fit-tmiem ta’ perjodu predefinit. Id-detentur normalment ikollu jħallas tariffa annwali.

Il-karatteristika li tiddistingwi kard b’funzjoni ta’ debitu ttardjat minn kard b’funzjoni ta’ kreditu jew b’funzjoni ta’ debitu, hija l-ftehim kuntrattwali li jagħti linja ta’ kreditu iżda li jinkludi obbligu li jiġi saldat id-dejn imġarrab fit-tmiem ta’ perjodu predefinit mingħajr ma jitħallsu rati tal-imgħax. Il-Kard ta’ dan it-tip hija komunement magħrufa bħala “charge card”.

Debitu dirett

“Debitu dirett” tfisser “debitu dirett” kif iddefinit fl-Artikolu 4(23) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Debitu dirett mibdi f'fajl/lott

Debitu dirett mibdi b'mod elettroniku li huwa parti minn grupp ta' debiti diretti mibdija flimkien minn min jitħallas. Kull debitu dirett li jinsab f'lott jingħadd bħala debitu dirett separat meta jiġi rrapportat in-numru ta' tranżazzjonijiet.

Debitu dirett mibdi fuq bażi ta’ ħlas uniku

Debitu dirett mibdi b'mod elettroniku li huwa indipendenti minn debiti diretti oħrajn, jiġifieri li ma jifformax parti minn grupp ta' debiti diretti mibdija flimkien.

Skema ta’ ħlas b'debitu dirett

Irreferi għad-definizzjoni ta’ “skema ta' ħlas”. Skemi internazzjonali ta’ debitu dirett jinkludu l-iSkema tas-SEPA ta’ Debitu Dirett Core u l-iSkema tas-SEPA ta’ Debitu Dirett minn Negozju għal Negozju.

Parteċipant dirett

Entità li hija identifikata jew rikonoxxuta minn sistema ta' ħlas u hija awtorizzata tibgħat u tirċievi ordnijiet ta' ħlas direttament lis-sistema u mis-sistema mingħajr intermedjarju jew hija direttament marbuta mir-regoli li jirregolaw is-sistema ta' ħlas. F'ċerti sistemi, il-parteċipanti diretti jiskambjaw ukoll ordnijiet f'isem parteċipanti indiretti. Kull parteċipant b'aċċess individwali għas-sistema jingħadd separatament.

Tranżazzjoni ta' ħlas domestika

“Tranżazzjoni ta' ħlas domestika” tfisser "tranżazzjoni ta' ħlas nazzjonali” kif iddefinit fl-Artikolu 2(27) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012. Għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard, “tranżazzjoni ta’ ħlas domestika” tfisser “tranżazzjoni ta’ ħlas domestika” kif iddefinit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) 2015/751.

Kummerċ elettroniku

Il-bejgħ jew ix-xiri ta’ prodotti jew servizzi, kemm jekk bejn negozji, unitajiet domestiċi, individwi jew organizzazzjonijiet privati, permezz ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi mwettqa permezz tal-internet jew networks oħrajn bil-medjazzjoni tal-kompjuter (komunikazzjoni online). It-terminu jkopri l-ordnar ta’ prodotti u servizzi li jintbagħtu fuq networks tal-kompjuter, iżda l-ħlas u l-konsenja finali tal-prodotti jew tas-servizz jistgħu jsiru online jew offline.

Terminals EFTPOS

Terminal EFTPOS jikseb informazzjoni dwar ħlas permezz ta' mezzi elettroniċi u huwa ddisinjat, f'xi każijiet, biex jittrażmetti dik l-informazzjoni jew online, b'talba għal awtorizazzjoni dak il-ħin stess, jew offline. Terminals EFTPOS jinkludu terminals li jitħallew waħedhom.

Flus elettroniċi (e-money)

“Flus elettroniċi” tfisser “flus elettroniċi” kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE.

Istituzzjoni tal-flus elettroniċi

“Istituzzjoni tal-flus elettroniċi” tfisser “istituzzjoni tal-flus elettroniċi” kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE.

Emittent tal-flus elettroniċi

“Emittent tal-flus elettroniċi” tfisser “emittent tal-flus elettroniċi” kif iddefinit fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/110/KE.

Kont ta' flus elettroniċi

Kont li fih jinħażnu l-flus elettroniċi (7) u li l-bilanċ fih jista’ jintuża mid-detentur tal-kont biex jagħmel ħlasijiet u biex jittrasferixxi fondi bejn il-kontijiet.

Kont ta' flus elettroniċi aċċessat permezz ta' kard

Irreferi għad-definizzjonijiet ta’ “kont ta' flus elettroniċi” u ta’ “kard b'funzjoni ta' flus elettroniċi”.

Kard tal-flus elettroniċi ma waslitx

Kard tal-flus elettroniċi li min iħallas jgħid li ma rċeviex, minkejja li l-PSP ta’ min iħallas (l-emittent) jikkonferma li ntbagħtet lil min iħallas (permezz ta’ kwalunkwe metodu ta’ konsenja).

Terminal tal-kard tal-flus elettroniċi

Terminal li jippermetti t-trasferiment tal-valur elettroniku minn emittent tal-flus elettroniċi lid-detentur ta’ kard b'funzjoni ta' flus elettroniċi u viċe versa (jiġifieri kreditar u debitar) jew terminal li jippermetti lid-detenturi ta’ flus elettroniċi fuq kard b’funzjoni ta’ flus elettroniċi jittrasferixxu valur ta’ flus elettroniċi mill-bilanċ tagħhom għall-bilanċ tan-negozjant jew ta' benefiċjarju ieħor.

Terminal li jaċċetta kards tal-flus elettroniċi

Terminal li jippermetti lid-detenturi ta' flus elettroniċi fuq kard b'funzjoni ta’ flus elettroniċi li jittrasferixxu l-valur tal-flus elettroniċi mill-bilanċ tagħhom għall-bilanċ tan-negozjant jew ta’ benefiċjarju ieħor.

Terminal tal-ikkreditar u d-debitar ta' kards tal-flus elettroniċi

Terminal li jippermetti t-trasferiment ta' valur ta’ flus elettroniċi minn emittent ta’ flus elettroniċi lid-detentur ta’ kard b'funzjoni ta’ flus elettroniċi u viċe versa, jiġifieri kreditar u debitar.

Kreditar u debitar ta' kards tal-flus elettroniċi

Tranżazzjonijiet li jippermettu t-trasferiment tal-valur ta’ flus elettroniċi minn emittent tal-flus elettroniċi lid-detentur ta’ kard b'funzjoni tal-flus elettroniċi u viċe versa. Kemm tranżazzjonijiet ta' kreditar kif ukoll dawk ta' debitar huma inklużi.

Tranżazzjonijiet ta' ħlas bi flus elettroniċi

“Tranżazzjoni ta' ħlas bi flus elettroniċi” tfisser tranżazzjoni ta' ħlas bl-użu ta’ flus elettroniċi. Ara d-definizzjoni ta’ “flus elettroniċi”.

Ħlas bi flus elettroniċi permezz ta' kards li fuqhom jistgħu jinħażnu direttament flus elettroniċi

Tranżazzjoni fejn id-detentur ta' kard b'funzjoni ta’ flus elettroniċi jittrasferixxi l-valur tal-flus elettroniċi mill-bilanċ tiegħu maħżun fuq il-kard fil-bilanċ tal-benefiċjarju.

Ħlas bi flus elettroniċi permezz ta' kontijiet ta' flus elettroniċi

Tranżazzjoni li permezz tagħha l-fondi jiġu ttrasferiti mill-kont tal-flus elettroniċi ta’ min iħallas, fil-kont ta' min jitħallas. Ara d-definizzjoni ta' “kontijiet ta' flus elettroniċi”.

Ħlas bi flus elettroniċi b’kontijiet ta’ flus elettroniċi li minnhom: aċċessati permezz ta’ kard

Tranżazzjoni li permezz tagħha kard tintuża għall-aċċess għal kont tal-flus elettroniċi u sussegwentament fondi jiġu ttrasferiti mill-kont tal-flus elettroniċi ta' min iħallas fil-kont ta' min jitħallas. Ara d-definizzjoni ta' “kontijiet ta' flus elettroniċi”.

Tranżazzjoni ta' ħlas frodulenti

“Tranżazzjoni ta' ħlas frodulenti” tinkludi kull każ ta’ frodi ta’ ħlas imsemmi fil-Linja Gwida 1.1 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar rekwiżiti ta’ rapportar għal data dwar frodi taħt l-Artikolu 96(6) PSD2 (EBA/GL/2018/05).

Fondi

“Fondi” tfisser “fondi” kif iddefiniti fl-Artikolu 4(25) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Parteċipant indirett

Parteċipant, f'sistema ta' ħlas b'arranġament imtarraġ, li juża parteċipant dirett bħala intemedjarju għat-twettiq ta' wħud mill-attivitajiet, b'mod partikolari s-saldu, permessi fis-sistema.

It-tranżazzjonijiet kollha li jsiru minn parteċipant indirett jiġu saldati fil-kont ta' parteċipant dirett li jkun qabel li jirrappreżenta lill-parteċipant indirett inkwistjoni. Kull parteċipant li jista' jiġi indirizzat b'mod individwali fis-sistema jingħadd separatament, kemm jekk teżisti rabta legali bejn żewġ parteċipanti jew aktar kif ukoll jekk le.

Bidu ta’ tranżazzjoni ta' ħlas

Is-sottomissjoni ta’ ordni ta’ ħlas (8) minn utent ta’ servizz ta’ ħlas.

Ħlas istantanju

Ħlasijiet istantanji huma ħlasijiet elettroniċi tal-konsumatur li jiġu pproċessati f’ħin reali, 24 siegħa kuljum, 365 jum fis-sena, fejn il-fondi jkunu magħmula disponibbli minnufih għall-użu mir-riċevitur.

Istituzzjonijiet li joffru

servizzi ta' ħlas lill-istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

Jinkludi lill-PSPs kollha kif iddefinit f’dan l-Anness u li joffru servizzi ta’ ħlas lill-istituzzjonijiet li mhumiex MFIs.

Tariffa tal-interkambju

“Tariffa tal-interkambju” tfisser “tariffa tal-interkambju” kif iddefinit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2015/751.

Ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas mill-frodist/a

“Ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas mill-frodist/a” tfisser “ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas mill-frodist/a” kif iddefinit fil-Linja Gwida 1.6. d. tal-Linji Gwida tal-EBA dwar rekwiżiti ta’ rapportar għal data dwar frodi taħt l-Artikolu 96(6) PSD2 (EBA/GL/2018/05).

Sistema ta’ ħlas ta’ valur għoli (LVPS)

“Sistema ta’ ħlas ta’ valur għoli” tfisser “sistema ta’ ħlas ta’ valur għoli” kif iddefinit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Telf minħabba frodi skont min iġarrab l-obbligazzjoni

“Telf minħabba frodi skont min iġarrab l-obbligazzjoni” tfisser “Telf minħabba frodi skont min iġarrab l-obbligazzjoni” kif iddefinit fil-Linja Gwida 1.6. b. tal-Linji Gwida tal-EBA dwar rekwiżiti ta’ rapportar għal data dwar frodi taħt l-Artikolu 96(6) PSD2 (EBA/GL/2018/05).

Kard mitlufa jew misruqa

Tip ta’ frodi li sseħħ bl-użu ta’ strument ta’ ħlas permezz ta’ kard mitluf jew misruq (kard ta’ debitu, ta’ debitu ttardjat jew ta’ kreditu) mingħajr l-awtorità effettiva, impliċita jew apparenti tad-detentur tal-kard.

Kard tal-flus elettroniċi mitlufa jew misruqa

Tip ta’ frodi li sseħħ bl-użu ta’ kard tal-flus elettroniċi mitlufa jew misruqa mingħajr l-awtorità effettiva, impliċita jew apparenti tad-detentur tal-kard.

Valur baxx

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li għalihom tapplika l-eċċezzjoni fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389.

Manipulazzjoni ta’ min iħallas

“Manipulazzjoni ta’ min iħallas” tfisser “manipulazzjoni ta’ min iħallas” kif iddefinit fil-Linja Gwida 1.1. b. tal-Linji Gwida tal-EBA dwar rekwiżiti ta’ rapportar għal data dwar frodi taħt l-Artikolu 96(6) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 (EBA/GL/2018/05).

Negozjant

Entità li hija awtorizzata li tirċievi fondi bi skambju għall-konsenja ta' prodotti u/jew ta' servizzi u li stabbilixxiet ftehim ma' PSP, biex taċċetta dawn il-fondi.

Kodiċi tal-kategorija tan-negozjant (MCC)

Numru b’erba’ ċifri (elenkat f’ISO 18245) għal servizzi finanzjarji tal-konsumatur. L-MCC jintuża biex jikklassifika n-negozju skont it-tip ta’ prodotti jew servizzi li jipprovdi.

Tranżazzjoni mibdija minn negozjant (MIT)

“Tranżazzjoni mibdija minn negozjant” tfisser “Tranżazzjoni mibdija minn negozjant” kif iddefinit fl-Anness II, Parti C, nota ta’ qiegħ il-paġna 4 tal-Linji Gwida tal-EBA li jemendaw il-Linji Gwida tal-EBA dwar rekwiżiti ta’ rapportar għal data dwar frodi taħt l-Artikolu 96(6) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 (EBA/GL/2020/01).

Soluzzjoni ta’ ħlas ċellulari

Soluzzjoni użata biex jinbdew ħlasijiet li għalihom tiġi trażmessi u/jew ikkonfermati d-data dwar il-ħlasijiet u l-istruzzjonijiet tal-ħlasijiet permezz ta’ komunikazzjoni ċellulari u teknoloġija tat-trażmissjoni tad-data permezz ta’ apparat ċellulari. Din il-kategorija tinkludi kartieri diġitali u soluzzjonijiet oħrajn ta’ ħlas ċellulari li jintużaw biex jinbdew tranżazzjonijiet P2P (minn persuna għal persuna) u/jew C2B (minn konsumatur għal negozju), jiġifieri trasferimenti ta’ kreditu, ħlasijiet permezz ta’ kard u/jew tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi.

Modifika ta’ ordni ta’ ħlas mill-frodist/a

“Modifika ta’ ordni ta’ ħlas mill-frodist/a” tfisser "modifika ta’ ordni ta’ ħlas mill-frodist/a” kif iddefinit fil-Linja Gwida 1.6. c tal-Linji Gwida tal-EBA dwar rekwiżiti ta' rapportar għal data dwar frodi taħt l-Artikolu 96(6) PSD2 (EBA/GL/2018/05).

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs)

Istituzzjoni finanzjarja monetarja (MFI) tfisser “Istituzzjoni finanzjarja monetarja” kif iddefinit fil-paragrafu 2.67 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Rimessa ta' flus

“Rimessa ta' flus” tfisser “rimessa ta' flus” kif iddefinit fl-Artikolu 4(22) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Ħlas b’Komunikazzjoni Near Field (NFC)

Tranżazzjoni ta' ħlas mingħajr kuntatt bl-użu tat-teknoloġija NFC (ISO/IEC 18092).

Istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li ma tappartjenix għas-settur tal-MFIs.

Għall-finijiet tal-istatistika tal-ħlasijiet, il-PSPs kollha huma esklużi mis-settur “istituzzjonijiet li mhumiex MFIs”.

Numru ta’ kontijiet aċċessati minn AISPs

In-numru ta’ kontijiet differenti aċċessati mill-AISP fil-perjodu ta’ rapportar.

Numru ta’ konsumaturi

In-numru ta’ utenti ta’ servizz ta’ ħlas li lilhom l-AISP joffri s-servizzi tiegħu.

Numru ta' depożiti matul il-lejl

Numru ta' kontijiet li jżommu depożiti matul il-lejl kif iddefinit f’“Kategoriji ta’ strumenti” fil-punt 9.1 tat-tabella “Kategoriji ta’ strumenti” tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Numru ta' depożiti matul il-lejl li minnhom: numru ta’ depożiti matul il-lejl konnessi mal-Internet/PC

Numru ta' kontijiet ta' depożiti matul il-lejl miżmuma minn istituzzjonijiet li mhumiex MFIs li d-detentur tal-kont jista' jaċċessa u juża b'mod elettroniku permezz tal-internet jew permezz ta’ applikazzjonijiet bankarji fuq il-kompjuter permezz ta' software apposta u linji ta' telekommunikazzjoni apposta.

Numru ta' depożiti trasferibbli matul il-lejl

Numru ta' kontijiet li jżommu depożiti trasferibbli matul il-lejl kif iddefinit fil-“Kategoriji ta’ strumenti” fil-punt 9.1a tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Numru ta' depożiti trasferibbli matul il-lejl li minnhom: numru ta’ depożiti trasferibbli matul il-lejl konnessi mal-Internet/PC

Numru ta' kontijiet li jżommu depożiti trasferibbli matul il-lejl kif iddefinit fil-“Kategoriji ta’ strumenti” fil-punt 9.1a tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) miżmuma minn istituzzjonijiet li mhumiex MFIs li d-detentur tal-kont jista' jaċċessa u juża b'mod elettroniku permezz tal-internet jew permezz ta’ applikazzjonijiet bankarji fuq il-kompjuter permezz ta' software apposta u linji ta' telekommunikazzjoni apposta.

Trasferimenti ta’ kreditu bbażati fuq servizzi bankarji online

Trasferiment ta’ kreditu mibdi permezz ta’ servizzi bankarji online u servizzi ta’ bidu ta’ ħlas.

Depożiti ta' flus kontanti over the counter (OTC)

Depożitu ta’ flus kontanti lil kont mal-PSP bl-użu ta’ formola, inkluż meta l-kard tintuża biss biex jiġi identifikat min iħallas.

Ġibdiet ta' flus kontanti over the counter (OTC)

Ġbid ta’ flus minn kont mal-PSP bl-użu ta’ formola, inkluż meta l-kard tintuża biss biex jiġi identifikat min jitħallas.

Parteċipanti diretti oħrajn

Kwalunkwe parteċipant dirett f'sistema ta' ħlas, minbarra l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-banek ċentrali.

Emittent ieħor ta' flus elettroniċi

Emittenti oħrajn ta' flus elettroniċi li mhumiex “istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi” u “istituzzjonijiet ta' kreditu”. Irreferi għad-definizzjoni ta’ “emittent ta' flus elettroniċi”.

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jipparteċipaw f'sistema ta' ħlas li huma taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet rilevanti, jiġifieri jew il-bank ċentrali jew is-superviżur prudenzjali, imma li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu.

PSPs u emittenti ta’ flus elettroniċi oħrajn

PSPs u emittenti ta’ flus elettroniċi oħrajn tfisser “Fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas” kif iddefinit f’dan l-Anness minbarra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif iddefinit f’dan l-Anness, l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi kif iddefinit f’dan l-Anness, l-istituzzjonijiet ta’ ħlas kif iddefinit f’dan l-Anness u l-banek ċentrali kif iddefinit f’dan l-Anness.

Servizzi ta' ħlas oħrajn

Kwalunkwe servizz ta’ ħlas fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 iżda li ma jistgħux jiġu inklużi f’xi waħda mill-kategoriji l-oħrajn ta’ servizz ta’ ħlas fl-Anness III.

Servizzi oħrajn mhux inklużi fid-Direttiva (UE) 2015/2366

Kwalunkwe servizz li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li ma jistax jiġi inkluż fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji l-oħrajn ta’ servizz ta’ ħlas fl-Anness III.

Valur pendenti fuq ħażniet ta' flus elettroniċi maħruġ minn emittenti ta' flus elettroniċi

Valur, fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, tal-flus elettroniċi maħruġ minn emittenti ta' flus elettroniċi u miżmum minn entitajiet li mhumiex l-emittent, inklużi emittenti ta' flus elettroniċi li mhumiex l-emittent.

Soluzzjoni ta’ ħlas ċellulari P2P

Soluzzjoni li permezz tagħha l-ħlasijiet jinbdew, jiġu kkonfermati u/jew riċevuti minn individwu lil/minn individwu ieħor (P2P), permezz ta’ apparat ċellulari. L-istruzzjoni ta’ ħlas u data oħra ta’ ħlas jiġu trażmessi u/jew jiġu kkonfermati b’apparat ċellulari. Identifikatur distintiv ta’ ħlas ċellulari, bħal numru tat-telefown ċellulari jew indirizz tal-email, jista’ jintuża bħala proxy biex jiġi identifikat min iħallas u/jew min jitħallas. Soluzzjonijiet ta’ ħlas ċellulari P2P jistgħu jintużaw biex jinbdew trasferimenti ta’ kreditu, ħlasijiet permezz ta’ kard u/jew tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi.

Min jitħallas

“Min jitħallas” tfisser “min jitħallas” kif iddefinit fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Min iħallas

“Min iħallas” tfisser “min iħallas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Kont ta’ ħlas

“Kont ta’ ħlas” tfisser “kont ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(12) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Skema ta’ kard ta’ ħlas (PCS)

“Skema ta’ kard ta’ ħlas” tfisser “skema ta’ kard ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751.

Servizz ta' bidu ta’ ħlas

“Servizz ta' bidu ta’ ħlas” tfisser “servizz ta' bidu ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(15) tad-Direttiva (UE) 2015/2366

Fornitur ta’ servizz ta’ bidu ta’ ħlas (PISP)

"Fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ ħlas (PISP)” tfisser “fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(18) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Istituzzjoni ta’ ħlas

“Istituzzjoni ta' ħlas” tfisser “istituzzjoni ta' ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Strument ta’ ħlas

“Strument ta’ ħlas” tfisser “strument ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Ordni ta’ ħlas

“Ordni ta’ ħlas” tfisser “ordni ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(13) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Skema ta’ ħlas

“Skema ta’ ħlas” tfisser sett ta’ regoli formali, standardizzati u komuni li jippermettu t-trasferiment ta’ valur bejn l-utenti finali permezz ta’ strumenti ta’ ħlas elettroniku. Din tkun immaniġġjata minn korp ta’ governanza.

Fornitur ta’ servizz ta’ ħlas (PSP)

“Fornitur ta’ servizz ta’ ħlas” tfisser “fornitur ta’ servizz ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(11) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Utent ta’ servizz ta’ ħlas (PSU)

"Utent ta’ servizz ta’ ħlas” tfisser “utent ta’ servizz ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(10) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Servizz ta' ħlas

“servizz ta' ħlas” tfisser kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ negozju elenkati fl-Anness I tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366 jew kwalunkwe wieħed mis-servizzi elenkati fl-Artikolu 4(3)(a) ta’ dan ir-Regolament.

Sistema ta’ ħlas

“Sistema ta’ ħlas” tfisser “sistema ta’ ħlas” kif iddefinit fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Operatur ta’ sistema ta’ ħlas (PSO)

“PSO” tfisser entità legali li hija legalment responsabbli għat-tħaddim ta’ sistema ta' ħlas.

Ħlas li persuna tagħmel lilha nfisha

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li għalihom tapplika l-eċċezzjoni fl-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389.

Punt tal-bejgħ

“Punt tal-bejgħ” tfisser “punt tal-bejgħ” kif iddefinit fl-Artikolu 2(29) tar-Regolament (UE) 2015/751.

Terminal tal-punt tal-bejgħ (POS)

Apparat fiżiku użat f’post ta’ bejgħ lill-konsumatur biex jaqbad informazzjoni dwar ħlas tipikament b’mod elettroniku, għal tranżazzjonijiet bejn konsumatur u negozju (xirjiet). L-informazzjoni dwar ħlas tinqabad jew manwalment fuq kupuni tal-karti jew b’mezzi elettroniċi, jiġifieri EFTPOS.

Terminal POS li jaċċetta tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi

Terminal POS li addizzjonalment jista’ jaċċetta ħlasijiet bi flus elettroniċi. Terminals ta’ kards tal-flus elettroniċi li jaċċettaw biss ħlasijiet bi flus elettroniċi mhumiex inklużi (9).

Tranżazzjonijiet f’POS (ħlief għal tranżazzjonijiet bi flus elettroniċi)

Tranżazzjonijiet imwettqa permezz ta’ terminal POS bl-użu ta' kard jew mezzi oħrajn li jkun fih l-applikazzjoni ta’ ħlas xierqa.

Tranżazzjonijiet bl-użu ta' kard b’funzjoni ta' flus elettroniċi u antiċipi ta’ flus f’POS mhumiex inklużi.

Gvern ġenerali

Gvern ġenerali tfisser “Gvern ġenerali” (settur S.13) kif iddefinit fil-paragrafi 2.111 sa 2.117 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Tranżazzjoni rikorrenti

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li għalihom tapplika l-eċċezzjoni fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389.

Tranżazzjoni ta' ħlas mill-bogħod

“Tranżazzjoni ta' ħlas mill-bogħod” tfisser “tranżazzjoni ta' ħlas mill-bogħod” kif iddefinit fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Sistema ta’ ħlas bl-imnut (RPS)

“Sistema ta’ ħlas bl-imnut” tfisser “sistema ta’ ħlas bl-imnut” kif iddefinit fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Proċessi u protokolli ta’ ħlasijiet korporattivi sikuri

Tranżazzjonijiet ta’ ħlas li għalihom tapplika l-eċċezzjoni fl-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389.

Żona Unika ta’ Pagamenti bl-euro (SEPA)

SEPA hija inizjattiva ta’ integrazzjoni ta’ ħlasijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) intiża sabiex tarmonizza l-ħlasijiet elettroniċi bl-euro fl-Ewropa. Hija relatata ma’ sett komuni ta’ rekwiżiti tekniċi u kummerċjali speċifikati għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas f’euro kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 260/2012.

Awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur (SCA)

“Awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur (SCA)” tfisser ‘awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur’ kif iddefinit fl-Artikolu 4(30) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Arranġament imtarraġ

Arranġament li permezz tiegħu l-parteċipanti indiretti f’sistemi jeħtieġu s-servizzi tal-parteċipanti diretti sabiex iwettqu t-tranżazzjonijiet tagħhom.

Numru totali ta' kards (irrispettivament min-numru tal-funzjonijiet fuq il-kard)

Numru totali tal-kards fiċ-ċirkolazzjoni. Dawn jista’ jkollhom funzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: flus kontanti, debitu, kreditu, debitu ttardjat jew flus elettroniċi.

Tranżazzjonijiet ta' ħlas totali li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex MFIs

Numru totali ta' tranżazzjonijiet permezz ta' strumenti ta' ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex MFIs. Valur totali ta' tranżazzjonijiet li jużaw strumenti ta' ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet li mhumiex MFIs.

Total ta’ tranżazzjonijiet mibgħuta

Numru totali ta' tranżazzjonijiet ippreżentati u pproċessati f'sistema ta' ħlas partikolari.

Valur totali ta' tranżazzjonijiet ippreżentati u pproċessati f'sistema ta' ħlas partikolari.

Analiżi tar-Riskju tat-Tranżazzjoni (TRA)

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li għalihom tapplika l-eċċezzjoni fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389.

Tranżazzjonijiet f' terminals fejn jiġu akkwistati tranżazzjonijiet minn PSPs residenti permezz ta’ kards maħruġa minn PSPs residenti

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li jitwettqu fit-terminals kollha fejn jiġu akkwistati tranżazzjonijiet minn PSPs residenti (jiġifieri kemm jekk it-terminals jinsabu barra mill-pajjiż li fih jinsab il-PSP kif ukoll jekk jinsabu fih) u fejn il-kards użati fit-tranżazzjonijiet jinħarġu minn PSPs residenti.

It-tqassim ġeografiku (kif speċifikat fl-Anness III) jirreferi għall-pajjiż fejn jinsabu t-terminals.

Tranżazzjonijiet f’terminals fejn jiġu akkwistati tranżazzjonijiet minn PSPs residenti permezz ta’ kards maħruġa minn PSPs mhux residenti

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li jitwettqu fit-terminals kollha fejn jiġu akkwistati tranżazzjonijiet minn PSPs residenti (jiġifieri kemm jekk it-terminals jinsabu barra mill-pajjiż li fih jinsab il-PSP kif ukoll jekk jinsabu fih) u fejn il-kards użati fit-tranżazzjonijiet jinħarġu minn PSPs mhux residenti.

It-tqassim ġeografiku (kif speċifikat fl-Anness III) jirreferi għall-pajjiż fejn jinsabu t-terminals.

Tranżazzjonijiet f’terminals fejn jiġu akkwistati tranżazzjonijiet minn PSPs mhux residenti b’kards maħruġa minn PSPs residenti

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li jitwettqu fit-terminals kollha fejn jiġu akkwistati tranżazzjonijiet minn PSPs mhux residenti (jiġifieri kemm jekk it-terminals jinsabu barra mill-pajjiż li fih jinsab il-PSP kif ukoll jekk jinsabu fih), fejn il-kards użati fit-tranżazzjonijiet jinħarġu minn PSPs residenti.

It-tqassim ġeografiku (kif speċifikat fl-Anness III) jirreferi għall-pajjiż fejn jinsabu t-terminals.

Tranżazzjoni riċevuta

Tranżazzjoni li tinvolvi istituzzjonijiet li mhumiex MFIs riċevuta minn PSPs. L-informazzjoni hija pprovduta fil-pajjiż li jirrapporta mill-PSP residenti.

Għal servizzi ta' ħlas differenti, japplikaw dawn li ġejjin:

(a)  it-trasferimenti ta' kreditu jingħaddu fuq in-naħa ta' min jitħallas;

(b)  id-debiti diretti jingħaddu fuq in-naħa ta' min iħallas;

(c)  iċ-ċekkijiet jingħaddu fuq in-naħa ta' min iħallas;

(d)  it-tranżazzjonijiet permezz ta’ kard jingħaddu fuq in-naħa ta' min jitħallas, jiġifieri n-naħa tal-akkwist;

(e)  it-tranżazzjonijiet tal-ħlas bil-flus elettroniċi jingħaddu jew fuq in-naħa ta' min iħallas jew ta' min jitħallas, skont il-kanal ta’ bidu. Jekk jingħaddu fuq in-naħa ta' min iħallas (ta' min jitħallas) taħt it-tranżazzjonijiet riċevuti, it-tranżazzjoni għandha tingħadd fuq in-naħa ta' min jitħallas (ta' min iħallas) taħt tranżazzjonijiet mibgħuta.

Tranżazzjoni mibgħuta

Tranżazzjoni li tinvolvi istituzzjonijiet li mhumiex MFIs mibgħuta lill-PSPs. L-informazzjoni hija pprovduta fil-pajjiż li jirrapporta mill-PSP residenti.

Għal servizzi ta' ħlas differenti, japplikaw dawn li ġejjin:

(a)  it-trasferimenti ta' kreditu jingħaddu fuq in-naħa ta' min iħallas;

(b)  id-debiti diretti jingħaddu fuq in-naħa ta' min jitħallas;

(c)  iċ-ċekkijiet jingħaddu fuq in-naħa ta' min jitħallas;

(d)  it-tranżazzjonijiet permezz ta’ kard jingħaddu fuq in-naħa ta' min iħallas, jiġifieri in-naħa tal-ħruġ;

(e)  it-tranżazzjonijiet tal-ħlas bil-flus elettroniċi jingħaddu jew fuq in-naħa ta' min iħallas jew ta' min jitħallas, skont il-kanal ta’ bidu. Jekk jingħaddu fuq in-naħa ta' min iħallas (ta' min jitħallas) taħt it-tranżazzjonijiet mibgħuta, it-tranżazzjoni għandha tingħadd fuq in-naħa ta' min jitħallas (ta' min iħallas) taħt it-tranżazzjonijiet riċevuti.

Rigward is-sistemi ta' ħlas, din hija tranżazzjoni mibgħuta minn parteċipant għall-ipproċessar mis-sistema ta' ħlas.

Depożiti trasferibbli

‘Depożiti trasferibbli’ tfisser ‘depożiti trasferibbli’ kif iddefinit fil-‘Kategoriji ta’ strumenti’ punt 9.1a tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Benefiċjarji fdati

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li għalihom tapplika l-eċċezzjoni fl-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389.

Terminals li jitħallew waħedhom għat-tariffi tat-trasport jew tal-parkeġġ

Tranżazzjonijiet ta' ħlas li għalihom tapplika l-eċċezzjoni fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389.

Tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata

“Tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata” tfisser “tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata” kif iddefinit fil-Linja Gwida 1.1.a tal-Linji Gwida tal-EBA dwar rekwiżiti ta' rapportar għal data dwar frodi taħt l-Artikolu 96(6) PSD2 (EBA-GL-2018-05).

Tranżazzjoni mhux awtorizzata minn kont ta' flus elettroniċi

“Tranżazzjoni mhux awtorizzata minn kont ta' flus elettroniċi” tfisser “tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata” kif iddefiniti iktar ’il fuq fir-rigward tal-użu ta’ kont ta’ flus elettroniċi.

(1)   

Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

(2)   

Ara d-definizzjoni ta' “tranżazzjoni ta' ħlas” fir-Regolament.

(3)   

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 tas-27 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta' komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (ĠU L 69, 13.3.2018, p. 23).

(4)   

Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

(5)   

Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)   

It-tranżazzjonijiet ta’ ħlas transkonfinali permezz ta’ kard, kif iddefinit fl-Anness II, jirrikjedu informazzjoni dwar ir-residenza tal-kontroparti u l-post fejn jinsab il-punt tal-bejgħ sabiex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard humiex transkonfinali. Għaldaqstant, ir-residenza tal-kontroparti u l-post fejn jinsab il-punt tal-bejgħ għandhom jiġu rrapportati flimkien.

(7)   

Ara d-definizzjoni ta' “flus elettroniċi” f'dan l-Anness.

(8)   

Ara d-definizzjoni ta' “ordni ta’ ħlas” f'dan l-Anness

(9)   

Ara d-definizzjoni ta' “terminals ta’ kards tal-flus elettroniċi” f'dan l-Anness.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1409
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.