ANNESS II
IL-METODI U L-ISTRUMENTI BIEX JITKEJJEL IL-ĦOSS MILL-VETTURI BIL-MUTUR
1. METODI TA' KEJL
|
1.1.
|
Il-ħoss mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni tat-tip UE għandu jitkejjel biż-żewġ metodi li ġew deskritti f'dan l-Anness għall-vettura miexja u għall-vettura wieqfa. Fil-każ ta' vettura elettrika ibrida li għandha magna tal-kombustjoni interna li ma tistax taħdem meta l-vettura tkun wieqfa, il-ħoss li tagħmel għandu jitkejjel biss meta tkun miexja.
Il-vetturi li jkollhom massa mgħobbija massima teknikament permissibbli li taqbeż l-2 800 kg għandhom ikunu soġġetti għal kejl addizzjonali tal-ħoss tal-arja kkompressata bil-vettura wieqfa skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness V, jekk it-tagħmir korrispondenti tal-brejkijiet ikun parti mill-vettura.
|
|
1.2.
|
Il-valuri mkejla skont it-testijiet mogħtija fil-punt 1.1 ta' dan l-Anness għandhom jitniżżlu fir-rapport dwar it-test u fuq formola li tikkonforma mal-mudell li jinsab fl-Appendiċi 2 tal-Anness I.
|
2. L-ISTRUMENTI TAL-KEJL
2.1. Il-kejl akustiku
L-apparat li jintuża biex jitkejjel il-livell tal-ħoss għandu jkun miter ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss jew sistema ta' kejl ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-klassi 1 (inkluż il-windskrin rakkomandat, jekk jintuża). Dawk ir-rekwiżiti huma deskritti fl-“IEC 61672-1:2002: Precision sound level meters”, it-tieni edizzjoni, tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC).
Il-kejl għandu jsir billi tintuża r-reazzjoni “rapida” tal-istrument tal-kejl akustiku u l-kurva tal-ponderazzjoni “A” deskritta wkoll fl-“IEC 61672-1:2002”. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell ponderat A tal-pressjoni tal-ħoss, għandu jittieħed qari f'intervall ta' ħin mhux itwal minn 30 ms (millisekonda).
L-istrumenti għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrument.
2.2. Konformità mar-rekwiżiti
Il-konformità tal-istrumentazzjoni tal-kejl akustiku għandha tkun ivverifikata permezz tal-eżistenza ta' ċertifikat validu ta' konformità. Ċertifikat ta' konformità għandu jitqies bħala validu jekk iċ-ċertifikazzjoni ta' konformità mal-istandards tkun twettqet fit-12-il xahar preċedenti għal strument tal-kalibrazzjoni tal-ħoss u fil-perijodu preċedenti ta' 24 xahar għas-sistema ta' strumentazzjoni. Kull ittestjar għall-konformità għandu jitwettaq minn laboratorju, li jkun awtorizzat iwettaq il-kalibrazzjonijiet li jistgħu jitqabblu mal-istandards xierqa.
2.3. Il-kalibrazzjoni tas-Sistema ta' Kejl Akustiku kollha għal sessjoni ta' kejl
Fil-bidu u fit-tmiem ta' kull sessjoni ta' kejl, is-sistema ta' kejl akustiku kollha għandha tiġi verifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss li jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-klassi ta' preċiżjoni 1 kif stipulat fl-IEC 60942: 2003. Mingħajr ebda aġġustament ieħor, id-differenza bejn il-qari għandha tkun ta' 0,5 dB jew inqas. Jekk dak il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti ma għandhomx jitqiesu.
2.4. L-istrumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità
Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel bi strumentazzjoni li għandha preċiżjoni ta' ± 2 % jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-kejl li qed isir.
Il-veloċità fit-triq tal-vettura għandha titkejjel bi strumentazzjoni li jkollha preċiżjoni ta' mill-inqas ± 0,5 km/h, meta jintużaw strumenti ta' kejl kontinwu.
Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità, din l-istrumentazzjoni għandha tissodisfa l-limiti ta' speċifikazzjoni ta' mill-inqas ± 0,2 km/h.
2.5. Strumentazzjoni meteoroloġika
L-istrumentazzjoni meteoroloġika li tintuża għall-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ambjentali matul it-test għandha tinkludi l-istrumenti li ġejjin, li jissodisfaw tal-inqas il-preċiżjoni tal-kejl elenkata hawn taħt:
— strument għall-kejl tat-temperatura, ± 1 °C;
— strument għall-kejl tal-veloċità tar-riħ, ± 1,0 m/s;
— strument għall-kejl tal-pressjoni barometrika, ± 5 hPa;
— strument għall-kejl tal-umdità relattiva, ± 5 %.
3. IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL
3.1. Is-sit tat-test u l-kundizzjonijiet ambjentali
|
3.1.1.
|
Il-wiċċ tal-korsa tat-test u d-dimensjonijiet tas-sit tat-test għandhom ikunu konformi mal-ISO 10844:2011. Il-wiċċ tas-sit ma għandux ikollu fuqu borra friska, ħaxix għoli, ħamrija ratba jew irmied. Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jaffetwa l-kamp akustiku fil-viċinanzi tal-mikrofonu u tas-sors tal-ħoss. L-osservatur li jkun qed jieħu l-kejl għandu jpoġġi f'post li ma jaffettwax il-qari tal-istrument li jieħu l-kejl.
|
|
3.1.2.
|
Il-kejl ma għandux isir f'kundizzjonijiet tat-temp ħżiena. Irid ikun żgurat li r-riżultati ma jkunux affetwati minn buffuri tar-riħ.
L-istrumentazzjoni meteoroloġika għandha titqiegħed f'pożizzjoni qrib iż-żona tat-test f'għoli ta' 1,2 m ± 0,02 m. Il-kejl għandu jittieħed meta t-temperatura tal-arja ambjentali tkun bejn +5 °C u +40 °C.
It-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu taqbeż il-5 m/s, matul l-intervall tal-kejl tal-ħoss.
Waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss għandu jkun irreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-veloċità u d-direzzjoni tar-riħ, tal-umdità relattiva, u tal-pressjoni barometrika.
Meta jittieħed il-qari, kull livell għoli ta' ħoss li jidher li mhux relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħsejjes tal-vettura għandu jkun injorat.
Il-ħsejjes fl-isfond għandhom jitkejlu għal 10 sekondi immedjatament qabel u wara serje ta' testijiet fuq vettura. Il-kejl għandu jsir bl-istess mikrofoni mpoġġijin fl-istess pożizzjonijiet li ntużaw matul it-test. Għandu jiġi rrappurtat il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss b'ponderazzjoni A.
Il-ħsejjes fl-isfond (inkluż kull ħoss tar-riħ) għandu jkun mill-inqas 10 dB taħt il-livell tal-pressjoni tal-ħoss b'ponderazzjoni A prodott mill-vettura li qed tiġi ttestjata. Jekk id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss imkejjel ikun bejn 10 u 15 dB(A), biex jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test għandha titnaqqas il-korrezzjoni rilevanti mill-qari fuq il-miter tal-livell tal-ħoss, bħal fit-tabella li ġejja:
|
Id-differenza bejn il-ħsejjes ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel dB(A)
|
10
|
11
|
12
|
13
|
14
|
15
|
|
Il-korrezzjoni dB(A)
|
0,5
|
0,4
|
0,3
|
0,2
|
0,1
|
0,0
|
|
3.2. Il-vettura
|
3.2.1.
|
Il-vettura ttestjata għandha tkun rappreżentattiva tal-vetturi li għandhom jitqiegħdu fis-suq u tingħażel mill-manifattur bi qbil mas-servizz tekniku, biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Il-kejl għandu jsir mingħajr karru, ħlief fil-każ ta' vetturi li ma jistgħux jiġu sseparati. Fuq talba tal-manifattur il-kejl jista' jsir fuq vetturi b'fus(ien) li jintrefgħu f'pożizzjoni mgħollija.
Il-kejl għandu jsir fuq vetturi bil-massa tat-test mt speċifikata skont it-tabella li ġejja:
|
Kategorija tal-vettura
|
Massa tat-test tal-vettura (mt)
|
|
M1
|
mt = mro
|
|
N1
|
mt = mro
|
|
N2, N3
|
mtt = 50 kg għal kull kW tal-qawwa nominali tal-magna
It-tagħbija miżjuda biex tintlaħaq il-massa tat-test tal-vettura għandha titqiegħed fuq in-naħa tal-fus(ien) motorizzati ta' wara. It-tagħbija żejda hija limitata għal 75 % tal-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli għall-fus ta' wara. Il-massa tat-test għandha tinkiseb b'tolleranza ta' ± 5 %.
Jekk iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija miżjuda ma jistax jiġi allinjat maċ-ċentru tal-fus ta' wara, il-massa tat-test tal-vettura ma għandhiex taqbeż it-total tat-tagħbija tal-fus ta' quddiem u tal-fus ta' wara f'kundizzjoni mhux mgħobbija flimkien mat-tagħbija miżjuda.
Il-massa tat-test għall-vetturi b'aktar minn żewġ fusien għandha tkun l-istess bħal dik għall-vetturi b'żewġ fusien.
|
|
M2, M3
|
mt = mro — il-massa tal-membru tal-ekwipaġġ (fejn japplika)
jew, jekk it-testijiet isiru fuq vettura mhux kompluta mingħajr karrozzerija,
mt = 50 kg kull kW ta' qawwa nominali tal-magna rispettivament f'konformità mal-kondizzjonijiet ta' hawn fuq (ara l-kategorija N2, N3).
|
|
|
3.2.2.
|
Fuq talba tal-applikant il-vettura ta' kategorija M2, M3, N2 jew N3 għandha titqies bħala rappreżentattiva tat-tip komplut tagħha jekk it-testijiet isiru fuq vettura mhux kompluta mingħajr karrozzerija. Fit-test fuq vettura mhux kompluta l-materjali kollha rilevanti li jeliminaw il-ħsejjes, pannelli u komponenti u sistemi li jnaqqsu l-ħsejjes għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura kif imfassla mill-manifattur ħlief għal parti tal-karrozzerija li titwaħħal fi stadju aktar tard.
Ma għandux ikun meħtieġ test ġdid minħabba t-twaħħil ta' tank tal-fjuwil supplimentari jew rilokazzjoni tat-tank tal-fjuwil oriġinali bil-kundizzjoni li l-partijiet jew l-istrutturi l-oħra tal-vettura li jidhru li jaffettwaw l-emissjonijiet tal-ħoss ma jkunux inbidlu.
|
|
3.2.3.
|
L-emissjonijiet tal-ħoss mid-dawrien tat-tajers huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 661/2009. It-tajers li għandhom jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-vettura u għandhom jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Addendum għall-Appendiċi 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament. Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa jew ser ikun kummerċjalment disponibbli fis-suq fl-istess żmien bħall-vettura (
6
). It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura. It-tajers għandhom ikollhom mill-inqas fond ta' 1,6 mm fir-rigi tal-wiċċ.
|
|
3.2.4.
|
Qabel ma jibda jittieħed il-kejl, il-magna għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet operattivi normali tagħha.
|
|
3.2.5.
|
Jekk il-vettura tingaġġja b'aktar minn żewġ roti, għandha tiġi ttestjata bl-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.
|
|
3.2.6.
|
Jekk il-vettura tkun mgħammra b'fann wieħed jew aktar li jkollhom mekkaniżmu ta' attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma għandhiex tkun imbagħbsa waqt il-kejl.
|
|
3.2.7.
|
Jekk il-vettura tkun mgħammra b'sistema tas-sajlenser li fiha materjali fibrużi, is-sistema tal-egżost għandha tiġi kundizzjonata qabel it-test f'konformità mal-Anness IV.
|
4. IL-METODI TAL-ITTESTJAR
4.1. Il-kejl tal-ħsejjes tal-vetturi waqt is-sewqan
4.1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test
Żewġ linji, AA' u BB', paralleli għal-linja PP' u li jinsabu rispettivament 10 m 'il quddiem u 10 m lura mil-linja PP' għandhom ikunu mmarkati fuq il-korsa tat-test.
Għandu jittieħed kejl tal-inqas erba' darbiet fuq kull naħa tal-vettura u għal kull ger. Il-kejl preliminari jista' jsir għal finijiet ta' aġġustament, imma għandu jitwarrab.
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'distanza ta' 7,5 m ± 0,05 m mil-linja ta' referenza CC' tal-mogħdija u 1,2 m ± 0,02 m 'il fuq mill-art.
L-assi ta' referenza għal kundizzjonijiet ta' użu normali fit-triq (ara l-IEC 61672-1:2002) għandu jkun orizzontali u dirett b'mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC' tal-vettura.
4.1.2. Il-kundizzjonjiet speċifiċi tat-test għall-vetturi
4.1.2.1. Il-vetturi tal-kategorija M1, M2 ≤ 3 500 kg, N1
Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli matul it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'. Jekk il-vettura tingaġġja b'aktar minn żewġ roti, għandha tiġi ittestjaha fl-għażla tal-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.
Jekk il-vettura hija mgħammra bi trasmissjoni manwali awżiljarja jew b'fus b'diversi ġerijiet, għandha tintuża l-pożizzjoni għas-sewqan normali urban. Fil-każijiet kollha, għandhom ikunu esklużi l-proporzjonijiet tal-ger għal movimenti bil-mod, għall-ipparkjar jew għal meta jintużaw il-brejkijiet.
Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun dik mogħtija fit-Tabella fil-punt 3.2.1
Il-veloċità tat-test vtest hija 50 km/h ± 1 km/h. Il-veloċità tat-test għandha tintlaħaq meta l-punt ta' referenza jkun mal-linja PP'.
4.1.2.1.1. L-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa (PMR)
Il-PMR huwa kkalkolat skont il-formula li ġejja:
PMR = (Pn/mt) × 1 000 fejn Pn jitkejjel f'kW u mt jitkejjel f'kg f'konformita' mal-punt 3.2.1 ta' dan l-Anness.
PMR, mingħajr dimensjoni, jintuża għall-kalkolu tal-aċċelerazzjoni.
4.1.2.1.2. Il-kalkolu tal-aċċelerazzjoni
Il-kalkoli tal-aċċelerazzjoni huma applikabbli biss għall-kategoriji M1, N1 u M2 ≤ 3 500 kg.
L-aċċelerazzjonijiet kollha jiġu kkalkulati billi jintużaw veloċitajiet differenti tal-vettura fuq il-korsa tat-test. Il-formuli mogħtija jintużaw għall-kalkolu ta' awot i, awot i+1 u awot test. Il-veloċità mal-linja AA jew mal-linja PP' hija ddefinita bħala l-veloċità tal-vettura meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja AA' (vAA') jew il-linja PP' (vPP'). Il-veloċità mal-linja BB' hija ddefinita meta l-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB' (vBB'). Il-metodu li jintuża għall-kalkolu tal-aċċelerazzjoni għandu jkun indikat fir-rapport tat-test.
Minħabba d-definizzjoni tal-punt ta' referenza għall-vettura, it-tul tal-vettura (lveh) jitqies b'mod differenti fil-formula ta' hawn taħt. Jekk il-punt ta' referenza jkun il-parti ta' quddiem tal-vettura, allura l = lveh, nofs: l = 1/2 lveh u wara: l = 0.
|
4.1.2.1.2.1
|
Il-proċedura tal-kalkolu għall-vetturi bi trasmissjoni manwali, trasmissjoni awtomatika, trasmissjonijiet adattivi u trasmissjonijiet kontinwament varjabbli (CVTs) ittestjati bi proporzjonijiet tal-ger illokkjati hija kif ġej:
awot test = ((vBB'/3,6)2 – (vAA'/3,6)2)/(2 * (20+l))
awot test użat fid-determinazzjoni tal-għażla tal-ger għandu jkun il-medja tal-erba' awot test, i waqt kull prova ta' kejl valida.
Tista' tintuża l-preaċċelerazzjoni. Il-punt meta jingħafas l-aċċeleratur qabel il-linja AA' għandu jitniżżel fir-rapport tat-test.
|
|
4.1.2.1.2.2.
|
Il-proċedura ta' kalkolu għall-vetturi bi trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi u CVTs ittestjati bi proporzjonijiet tal-ger mhux illokkjati hija kif ġej:
awot test użat fid-determinazzjoni tal-għażla tal-ger għandu jkun il-medja tal-erba' awot test, i waqt kull prova ta' kejl valida.
Jekk l-istrumenti jew il-kejl deskritti fil-punt 4.1.2.1.4.2 jistgħu jintużaw għall-kontroll tat-tħaddim tat-trażmissjoni sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-test, awot test għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formola li ġejja:
awot test = ((vBB'/3,6)2 – (vAA'/3,6)2)/(2 * (20+l))
Tista' tintuża l-preaċċelerazzjoni:
Jekk ma jintużawx l-istrumenti jew il-kejl deskritti fil-punt 4.1.2.1.4.2, awot test għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formola li ġejja:
awot_test PP-BB = ((vBB'/3,6)2 – (vPP'/3,6)2)/(2 * (10+l))
awot_test PP-BB : aċċelerazzjoni bejn il-punt PP u BB
Ma għandhiex tintuża l-preaċċelerazzjoni.
Il-post fejn jingħafas l-aċċeleratur għandu jkun fejn il-punt ta' referenza tal-vettura jgħaddi l-linja AA'.
|
|
4.1.2.1.2.3
|
L-aċċelerazzjoni mmirata L-aċċelerazzjoni mmirata a urban tiddefinixxi l-aċċelerazzjoni tipika fit-traffiku urban u hija derivata minn investigazzjonijiet statistiċi. Hija funzjoni li tiddependi mill-PMR ta' vettura.
L-aċċelerazzjoni mmirata a urban għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formola li ġejja:
a urban = 0,63 * log10 (PMR) – 0,09
|
|
4.1.2.1.2.4.
|
L-aċċelerazzjoni ta' referenza L-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref tiddefinixxi l-aċċellerazzjoni meħtieġa waqt it-test tal-aċċelerazzjoni fuq il-korsa tat-test. Hija funzjoni li tiddependi mill-PMR ta' vettura. Dik il-funzjoni hija differenti għal kategoriji speċifiċi ta' vetturi.
L-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formola li ġejja:
a wot ref = 1,59 * log10 (PMR) – 1,41 għal PMR ≥ 25
a wot ref = a urban = 0,63 * log10 (PMR) – 0,09 għal PMR < 25
|
4.1.2.1.3. Fattur tal-qawwa parzjali kP
Il-fattur tal-qawwa parzjali kP (ara l-punt 4.1.3.1) jintuża għall-kombinazzjoni ponderata tar-riżultati tat-testijiet tat-test tal-aċċelerazzjoni u tat-test bil-veloċità kostanti għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1.
F'każijiet li mhumiex ta' test b'ger wieħed għandha tintuża a wot ref minflok a wot test (ara l-punt 4.1.3.1).
4.1.2.1.4. L-għażla tal-proporzjon tal-ger
L-għażla tal-proporzjonijiet tal-ger għat-test tiddependi mill-potenzjal għall-aċċelerazzjoni speċifiku tagħhom awot bl-aċċeleratur miftuħ kollu, skont l-aċċellerazzjoni ta' referenza awot ref meħtieġa għat-test tal-aċċelerazzjoni bl-aċċeleratur miftuħ kollu.
Xi vetturi jista' jkollhom programmi ta' softwer jew modi ta' trażmissjoni differenti (pereżempju sportiva, tax-xitwa, adattiva). F'każi fejn il-vettura jkollha modi differenti li jwasslu għal aċċelerazzjonijiet validi, il-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku li l-vettura qed tiġi ttestjata bil-mod li jikseb aċċelerazzjoni li tkun l-eqreb lejn a wot ref.
|
4.1.2.1.4.1.
|
Vetturi bi trasmissjonijiet manwali, trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi jew CVTs ittesjati bi proporzjonijiet tal-ger illokkjati
Huma possibbli l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-għażla tal-proporzjonijiet tal-ger:
(a) jekk proporzjon tal-ger speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f'faxxa ta' tolleranza ta' ± 5 % tal-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref, mingħajr ma jinqabżu 2,0 m/s2, ittestja b'dak il-proporzjon tal-ger.
(b) jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-ger ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-ger i, b'aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-ger i + 1, b'aċċelerazzjoni inqas mill-aċċelerazzjoni ta' referenza. Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-ger i ma jaqbiżx iż-2,0 m/s2, uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-ger għat-test. Il-proporzjon ta' ponderazzjoni fir-rigward tal-aċċelerazzjoni ta' referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta':
k = (a wot ref – a wot (i+1))/(a wot (i) – a wot (i+1))
(c) jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-ger i jaqbeż iż-2,0 m/s2, l-ewwel proporzjon tal-ger li jagħti aċċelerazzjoni inqas minn 2,0 m/s2 għandu jintuża ħlief jekk il-proporzjon tal-ger i + 1 jipprovdi aċċelerazzjoni inqas minn aurban. F'dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i u i + 1, inkluż il-ger i bl-aċċelerazzjoni li taqbeż iż-2,0 m/s2. F'każijiet oħra, ma għandu jintuża ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref.
(d) jekk il-vettura għandha trasmissjoni fejn hemm għażla waħda biss għall-proporzjon tal-ger, it-test tal-aċċelerazzjoni għandu jitwettaq f'din l-għażla tal-ger tal-vettura. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kP, minflok awot ref imbagħad tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa.
(e) jekk il-veloċità nominali tal-magna tinqabeż fi proporzjon tal-ger qabel ma l-vettura tgħaddi l-linja BB', għandu jintuża l-ger ogħla li jmiss.
|
|
4.1.2.1.4.2.
|
Vetturi bi trasmissjoni awtomatika, trasmissjonijiet adattivi u CVTs ittestjati bi proporzjonijiet tal-ger mhux illokkjati
Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal operazzjoni għalkollox awtomatika.
Il-valur ta' aċċelerazzjoni awot test għandu jiġi kkalkulat kif definit fil-punt 4.1.2.1.2.2.
It-test jista' mbagħad jinkludi bidla fil-ger għal firxa aktar baxxa u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-ger għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni inqas mhijiex permessa. Għandha tkun evitata bidla fil-ger għal proporzjon tal-ger li ma jintużax fit-traffiku urban.
Għalhekk, għandu jkun permess li jiġu stabbiliti u jintużaw strumenti elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternati tas-selettur tal-gerijiet, biex ma tkunx tista' ssir bidla fil-ger għal proporzjon li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata tat-test fit-traffiku urban.
L-aċċelerazzjoni milħuqa awot test għandha imbagħad tkun ugwali għal aurban jew iżjed.
Jekk ikun possibbli, il-manifattur għandu jieħu miżuri biex jevita valur ta' aċċelerazzjoni awot test li jkun akbar minn 2,0 m/s2.
Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kp (ara l-punt 4.1.2.1.3), minflok awot ref imbagħad tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa a wot test.
|
4.1.2.1.5. It-test tal-aċċelerazzjoni
Il-manifattur għandu jiddefinixxi l-pożizzjoni tal-punt ta' referenza quddiem il-linja AA' ta' meta jingħafas għalkollox l-aċċeleratur. L-aċċeleratur għandu jingħafas għalkollox (malajr kemm jista' jkun prattiku) meta l-punt ta' referenza tal-vettura jilħaq il-punt iddefinit. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus hekk sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tilħaq il-linja BB'. L-aċċeleratur għandu mbagħad jintreħa malajr kemm jista' jkun. Il-punt meta l-aċċeleratur jingħafas għalkollox għandu jitniżżel fir-rapport tat-test. Is-servizz tekniku għandu jkollu l-possibbiltà li jagħmel testijiet minn qabel.
Fil-każ ta' vetturi artikulati li jikkonsistu f'żewġ unitajiet li ma jistgħux jinfirdu li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semikarru ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB'.
4.1.2.1.6. It-test b'veloċità kostanti
It-test b'veloċità kostanti għandu jitwettaq bl-istess ger(ijiet) speċifikat(i) għat-test tal-aċċelerazzjoni u b'veloċità kostanti ta' 50 km/h b'tolleranza ta' ± 1 km/h bejn il-linji AA' u BB'. Waqt it-test b'veloċità kostanti, il-kontroll tal-aċċelerazzjoni għandu jitqiegħed f'pożizzjoni biex tinżamm veloċità kostanti bejn AA' u BB' kif speċifikat. Jekk għat-test tal-aċċelerazzjoni l-ger ikun illokkjat, l-istess ger għandu jkun illokkjat għat-test b'veloċità kostanti.
It-test b'veloċità kostanti mhux meħtieġ għall-vetturi b'PMR < 25.
4.1.2.2. Vetturi tal-kategoriji M2 > 3 500 kg, M3, N2, N3
Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli matul it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'. It-test għandu jitwettaq mingħajr karru jew semikarru. Jekk karru ma jistax jinfired faċilment mill-vettura tal-irmonk, il-karru ma għandux jitqies meta ssir il-valutazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB'. Jekk il-vettura tinkorpora tagħmir bħal bajla tal-konkos, kompressur, eċċ, dan it-tagħmir ma għandux ikun qed jaħdem waqt it-test. Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun stipulata fit-tabella li tidher fil-punt 3.2.1.
Il-kundizzjonijiet tal-mira tal-kategorija M2 > 3 500 kg, N2
Meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB', il-veloċità tal-magna nBB' għandha tkun bejn 70 % u 74 % tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-qawwa massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta' 35 km/h ± 5 km/h. Bejn il-linji AA' u BB' għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli.
Kundizzjonijiet tal-mira tal-kategorija M3, N3:
Meta l-punt ta' referenza jgħaddi l-linja BB', il-veloċità tal-magna nBB' għandha tkun bejn 85 % u 89 % tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-qawwa massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta' 35 km/h ± 5 km/h. Bejn il-linji AA' u BB' għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli.
4.1.2.2.1. L-għażla tal-proporzjon tal-ger
4.1.2.2.1.1. Vetturi bi trasmissjonijiet manwali
Għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' aċċelerazzjoni stabbli. L-għażla tal-ger għandha tiġi ddeterminata mill-kundizzjonijiet tal-mira. Jekk id-differenza fil-veloċità taqbeż it-tolleranza mogħtija, allura għandhom jiġu ttestjati żewġ gerijiet, wieħed 'il fuq u l-ieħor taħt il-veloċità tal-mira.
Jekk ikun hemm iżjed minn ger wieħed li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-mira, għandu jintuża l-ger l-eqreb lejn 35 km/h. Jekk l-ebda ger ma jissodisfa l-kundizzjoni tal-mira għal vtest, għandhom jiġu ttestjati żewġ gerijiet, wieħed 'il fuq mill-vtest u wieħed 'l isfel minnu. Il-veloċità tal-mira tal-magna għandha tintlaħaq taħt il-kundizzjonijiet kollha.
Għandha tkun żgurata kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli. Jekk ma tistax tkun żgurata aċċelerazzjoni stabbli, dak il-ger ma għandux jitqies.
4.1.2.2.1.2. Vetturi bi trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi u CVTs
Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal operazzjoni għalkollox awtomatika. It-test jista' mbagħad jinkludi bidla fil-ger għal firxa aktar baxxa u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-ger għal firxa ogħla u inqas aċċelerazzjoni mhumiex permessi. Għandha tkun evitata bidla fil-ger għal proporzjon li ma jintużax fit-traffiku urban, fil-kundizzjoni speċifikata tat-test. Għalhekk, għandu jkun permess li jiġu stabbiliti u jintużaw strumenti elettroniċi jew mekkaniċi li jimpedixxu li l-ger jitniżżel għal proporzjon li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifika tat-test fit-traffiku urban.
Jekk il-vettura tinkludi disinn tat-trażmissjoni, li jipprovdi biss għażla waħda tal-ger (drive), li tillimita l-veloċità tal-magna waqt it-test, il-vettura għandha tiġi ttesjata billi tintuża biss veloċità tal-mira tal-vettura. Jekk il-vettura tuża kombinazzjoni ta' magna u trażmissjoni li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-punt 4.1.2.2.1.1, il-vettura għandha tiġi ttestjata billi tintuża biss il-veloċità tal-mira tal-vettura. Il-veloċità tal-mira tal-vettura (vBB') għat-test hija = 35 km/h ± 5 km/h. Bidla fil-ger għal firxa ogħla u inqas aċċelerazzjoni hija permessa wara li l-punt ta' referenza tal-vettura jgħaddi l-linja PP'. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet, wieħed bil-veloċità aħħarija tal-vtest = vBB' + 5 km/h, u ieħor bil-veloċità aħħarija ta' vtest = vBB' – 5 km/h. Il-livell ta' ħoss irrappurtat għandu jkun ir-riżultat tat-test bl-ogħla veloċità tal-magna miksuba waqt it-test minn AA' għal BB'.
4.1.2.2.2. It-test tal-aċċelerazzjoni
Meta l-punt ta' referenza tal-vettura jilħaq il-linja AA', il-kontroll tal-aċċeleratur għandu jkun magħfus għalkollox (mingħajr ma titħaddem il-bidla awtomatika għal ger aktar baxx minn dik normalment użat f'sewqan urban) u jinżamm magħfus għalkollox sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB', imma l-punt ta' referenza għandu jkun mill-inqas 5 m wara l-linja BB'. Il-kontroll tal-aċċeleratur għandu mbagħad jintreħa.
Fil-każ ta' vetturi artikulati li jikkonsistu f'żewġ unitajiet li ma jistgħux jinfirdu li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semikarru ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB'.
4.1.3. Interpretazzjoni tar-riżultati
Għandu jkun innotat il-livell massimu u ddifferenzjat-A tal-pressjoni tal-ħoss li ġiet indikata waqt kull passaġġ tal-vettura bejn iż-żewġ linji AA' u BB'. Jekk jiġi osservat livell għoli ferm tal-ħsejjes, li jidher biċ-ċar li ma jaqbilx mal-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, il-qies ma għandux jitqies. Għandhom jittieħdu mill-inqas erba'qisien għal kull kundizzjoni tat-test fuq kull naħa tal-vettura u għal kull proporzjon tal-ingranaġġ. In-naħa xellugija u dik leminija jistgħu jitkejlu fl-istess ħin jew wara xulxin. Għall-kalkolu tar-riżultat finali għal naħa partikolari tal-vettura, għandhom jintużaw l-ewwel erba' qisien konsekuttivi validi, (ara l-punt 3.1), fit- 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi. Il-medja tar-riżultati ta' kull naħa għandha tiġi kkalkulata b'mod separat. Ir-riżultat intermedju huwa l-ogħla valur minn fost iż-żewġ medji li tqarrbu matematikament għall-ewwel post deċimali.
Il-qisien tal-veloċità mal-linji AA', BB', u PP' għandhom jiġu nnotati u jintużaw fil-kalkoli sal-ewwel numru sinifikanti wara l-punt deċimali.
L-aċċelerazzjoni kkalkulata awot test għandha tiġi nnotata sat-tieni numru wara l-punt deċimali.
4.1.3.1. Il-vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 ≤ 3 500 kg
Il-valuri kkalkulati għat-test tal-aċċelerazzjoni u għat-test tal-veloċità kostanti jingħataw permezz ta':
Lwot rep = Lwot (i+1) + k * (Lwot(i) – Lwot (i+1))
Lcrs rep = Lcrs(i+1) + k * (Lcrs (i) – Lcrs (i+1))
Fejn k = (awot ref – awot (i+1))/(awot (i) – awot (i+1))
Fil-każ ta' test bi proporzjon wieħed tal-ingranaġġ, il-valuri huma r-riżultat tat-test ta' kull test.
Ir-riżultat finali jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati Lwot rep u Lcrs rep. L-ekwazzjoni hija:
Lurban = Lwot rep – kP * (Lwot rep – Lcrs rep)
Il-fattur tat-tagħbija kP, jagħti l-fattur parzali tal-potenza għas-sewqan urban. F'każijiet għajr it-test b'ingranaġġ wieħed, il-kP jiġi kkalkulat permezz ta':
kP = 1 – (aurban/awot ref)
Jekk għat-test jiġi speċifikat ger wieħed biss, kP jingħata permezz ta':
kP = 1 – (aurban/awot test)
F'każijiet fejn awot test huwa inqas minn aurban:
kP = 0
4.1.3.2. Il-vetturi tal-kategoriji M2 > 3 500 kg, M3, N2, N3
Meta ger wieħed jiġi ttestjat, ir-riżultat finali għandu jkun daqs ir-riżultat intermedju. Meta jiġu ttestjati żewġ gerijiet, għandu jiġi kkalkulat il-valur intermedju aritmetiku tar-riżultati intermedji.
4.2. Il-kejl tal-ħoss emess mill-vetturi wieqfa
4.2.1. Il-livell tal-ħoss fil-viċinanzi tal-vetturi
Ir-riżultati tal-kejl għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test li jissemma fl-Addendum għall-Appendiċi 2 tal-Anness I.
4.2.2. Il-kejl akustiku
Għall-qisien għandu jintuża miter ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss, jew sistema ta' kejl ekwivalenti, kif ġie ddefinit fil-punt 2.1.
|
4.2.3.
|
Is-sit tat-test — kundizzjonijiet lokali kif imsemmija fil-Figuri 2 u 3a sa 3d tal-Appendiċi.
|
4.2.3.1.
|
Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jinfluwenza l-kamp akustiku qrib il-mikrofonu u l-ebda persuna ma għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu joqgħod f'pożizzjoni fejn ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.
|
|
|
4.2.4.
|
Il-ħsejjes li jfixklu u l-interferenza mir-riħ Il-qari fuq l-istrumenti tal-kejl prodotti mill-ħsejjes ambjentali u mir-riħ għandhom ikunu għall-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss biex jitkejlu. Jistgħu jiġu mmuntati paraventi xierqa kontra r-riħ mal-mikrofonu, iżda l-effett tagħhom fuq is-sensittività tal-mikrofonu jrid jitqies (ara l-punt 2.1).
|
|
4.2.5.
|
Il-metodu tal-kejl 4.2.5.1. In-natura u n-numru ta' qisien
Waqt il-perijodu operattiv li jissemma fil-punt 4.2.5.3.2.1, għandu jitkejjel il-livell massimu tal-ħoss espress f'deċibels iddifferenzjat-A-(dB(A)).
Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet qisien f'kull punt tal-kejl.
4.2.5.2. It-tqegħid f'pożizzjoni u l-preparazzjoni tal-vettura
Il-vettura għandha titqiegħed fil-parti ċentrali taż-żona tat-test bis-selettur tal-gerijiet fil-pożizzjoni newtrali u bil-klaċċ ingaġġjat. Jekk id-disinn tal-vettura ma jippermettix dan, il-vettura għandha tiġi ttestjata skont il-preskrizzjonijiet tal-manifattur għall-ittestjar fuq magna wieqfa. Qabel kull sensiela ta' qisien, il-magna għandha tinġieb fil-kundizzjoni operattiva normali tagħha, kif ġie speċifikat mill-manifattur.
Jekk il-vettura hija mgħammra b'fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta' attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma għandiex tkun imbagħbsa matul il-kejl tal-livell tal-ħoss.
Il-kisi jew l-għata tal-kompartiment tal-magna, jekk imwaħħal b'dan il-mod, għandu jingħalaq.
|
4.2.5.3.
|
Il-kejl tal-ħoss qrib l egżost — kif imsemmi fil-Figura 2 u l-Figuri 3a sa 3d tal-Appendiċi.
4.2.5.3.1. Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu
|
4.2.5.3.1.1.
|
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'distanza ta' 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost li ġie ddefinit fil-Figura 2 u l-Figuri 3a sa 3d tal-Appendiċi, f'angolu ta' 45° (± 5°) għall-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp. Il-mikrofronu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta' referenza, imma mhux inqas minn 0,2 m minn wiċċ l-art. L-assi ta' referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel għal wiċċ l-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta' referenza fuq l-iżbokk tal-egżost. Jekk huma possibbli żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu, għandu jintuża l-post l-aktar 'il bogħod lateralment mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura. Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp ta' żbokk tal-egżost tkun f'angolu ta' 90° għal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'dak il-punt, li huwa l-aktar 'il bogħod mill-magna.
|
|
4.2.5.3.1.2.
|
Għall-vetturi li jkollhom egżost mogħni bi żbokki li jkollhom bejniethom spazju ta' 0,3 m, għandhom jittieħdu qisien għal kull żbokk. Għandu jiġi rreġistrat l-ogħla livell.
|
|
4.2.5.3.1.3.
|
Fil-każ ta' egżost mogħni b'żewġt iżbokki jew aktar bi spazju bejniethom ta' inqas minn 0,3 m u li jkunu konnessi mal-istess sajlenser, jittieħed qies wieħed biss; il-pożizzjoni tal-mikrofonu tkun relatata mal-iżbokk li jkun l-eqreb ta' tarf estrem wieħed tal-vettura jew, meta żbokk ta' din ix-xorta ma jkunx jeżisti, mal-iżbokk li jkun l-ogħla 'l fuq mill-art.
|
|
4.2.5.3.1.4.
|
Għall-vetturi b'egżost vertikali (eż. il-vetturi kummerċjali), il-mikrofonu għandu jitqiegħed fl-għoli tal-iżbokk tal-egżost. L-assi tiegħu għandu jkun vertikali u orjentat 'il fuq. Għandu jitqiegħed f'distanza ta' 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost, imma qatt inqas minn 0,2 m min-naħa tal-vettura li tkun l-eqreb tal-egżost.
|
|
4.2.5.3.1.5.
|
Għall-iżbokki tal-egżost li jinsabu taħt il-bodi tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed minimu ta' 0,2 m mill-eqreb parti tal-vettura, f'punt li huwa l-eqreb ta' 0,5 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost, imma qatt inqas minn hekk, u f'għoli ta' 0,2 m 'il fuq mill-art, u mhux f'linja mal-fluss tal-egżost. Jekk ma jkunx fiżikament possibbli, ir-rekwiżit tal-angolarità fil-punt 4.2.5.3.1.1 ma jeħtieġx li jintlaħaq.
|
|
4.2.5.3.1.6.
|
Eżempji tal-pożizzjoni tal-mikrofonu, li tiddependi mill-post tal-pajp tal-egżost, huma mogħtija fil-Figuri 3a-3d tal-Appendiċi.
|
4.2.5.3.2. Il-kundizzjonijiet ta' tħaddim tal-magna
4.2.5.3.2.1. Il-veloċità mira tal-magna
— 75 % tal-veloċità tal-magna S għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna ta' ≤ 5 000 min–1
— 3 750 min–1 għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna akbar minn 5 000 min–1 u iċken minn 7 500 min–1
— 50 % tal-veloċità tal-magna S għall-vetturi b'veloċità nominali tal-magna ta' ≤ 7 500 min–1.
Jekk il-vettura ma tistax tilħaq din il-veloċità tal-magna, il-veloċità mira tal-magna għandha tkun 5 % taħt il-veloċità massima possibbli tal-magna għal dak it-test meta l-vettura tkun wieqfa.
4.2.5.3.2.2. Proċedura tat-test
Il-veloċità tal-magna għandha tiżdied b'mod gradwali minn tħaddim tal-magna mhux ingranata (idle) għall-veloċità mira tal-magna, mingħajr ma tinqabeż faxxa ta' tolleranza ta' ± 3 % tal-veloċità mira tal-magna, u għandha tinżamm kostanti. Imbagħad il-kontroll tal-valv tal-aċċeleratur għandu jiġi rilaxxat malajr u l-veloċità tal-magna għandha titreġġa' għal tħaddim tal-magna mhux ingranata. Il-livell tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perijodu ta' tħaddim li jikkonsisti fiż-żamma ta' veloċità kostanti tal-magna għal sekonda waħda u matul il-perijodu kollu ta' deċelerazzjoni. Il-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss matul dan il-perijodu ta' operazzjoni, imqarreb matematikament għall-ewwel post deċimali, għandu jitqies bħala l-valur tat-test.
4.2.5.3.2.3. Il-validazzjoni tat-test
Il-kejl għandu jitqies bħala validu jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma tiddevjax mill-veloċità mira tal-magna b'aktar minn ± 3 % għal mill-inqas sekonda waħda.
|
|
|
4.2.6.
|
Ir-riżultati Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet qisien għal kull pożizjoni tat-test. Għandu jiġi rreġistrat il-livell massimu u ddifferenzjat-A tal-pressjoni tal-ħoss indikat waqt kull wieħed mit-tliet qisien. L-ewwel tliet riżultati konsekuttivi validi tal-kejl, fi ħdan 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi (filwaqt li jiġu meqjusal-ispeċifikazzjonijiet tas-sit tat-test kif imsemmi fil-punt 3.1), għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tar-riżultat finali għall-pożizzjoni partikolari tal-kejl. Il-livell massimu tal-ħoss, għall-pożizzjonijiet tal-kejl kollha, u tat-tliet riżultati tal-kejl, jikkostitwixxi r-riżultat finali.
|
|
5.
|
Ħoss mill-vetturi elettriċi ibridi tal-kategoriji M1 miexja, fejn magna ta' kombustjoni interna ma tistax topera meta l-vettura tkun wieqfa (data rrapportata biex tiffaċilita l-ittestjar tal-vettura li qed tintuża).
|
5.1.
|
Sabiex ikun iffaċilitat l-ittestjar ta' konformità ta' vetturi elettriċi ibridi li qed jintużaw — fejn magna ta' kombustjoni intern ma tistax topera meta l-vettura hija wieqfa — l-informazzjoni li ġejja dwar il-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss li jittieħdu skont il-punt 4.1 tal-Anness II għall-vetturi bil-mutur li qed jiċċaqalqu hija mniżżla bħala data ta' referenza ta' konformità fl-użu:
(a) ger (i) jew, għal vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-ingranaġġ mhux illokjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżul għat-test;
(b) pożizzjoni tas-swiċċ operattiv matul il-kejl tal-livell ta' pressjoni tal-ħoss Lwot,(i) (jekk is-swiċċ ikun imwaħħal).
(c) tul tal-preaċċelerazzjoni lPA f'm;
(d) veloċità medja ta' vettura f'km/h fil-bidu tal-aċċelerazzjoni bil-valv tal-aċċeleratur miftuħ kollu għat-testijiet f'ger (i); u
(e) livell tal-pressjoni tal-ħoss Lwot,(i) f'dB(A) tat-testijiet fil-ger (i) bil-valv tal-aċċeleratur miftuħ kollu, definit bħala l-massimu taż-żewġ valuri li jirriżultaw mill-medja tal-riżultati ta' kejl individwali f'kull pożizzjoni tal-mikrofonu b'mod separat.
|
|
5.2.
|
Id-data ta' referenza ta' konformità fl-użu għandha tiddaħħal fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kif speċifikat fil-punt 2.3 tal-Addendum għall-Appendiċi 2 għall-Anness I.
|
|