+ANNESS V

ANNESS V




ANNESS V

Mudell għall-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali

Informazzjoni ġenerali

Isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mit-tħejjija ta' din il-valutazzjoni tar-riskju ( 13 ).

1.    Deskrizzjoni tas-sistema

1.1.

Agħti deskrizzjoni konsolidata li tiddeskrivi fil-qosor is-sistema tal-gass reġjonali għal kull grupp ta' riskju ( 14 ) li fih jipparteċipa Stat Membru, li tkopri:

(a) 

iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass ( 15 ): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm u MWh) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti ( 16 ), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);

(b) 

deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema jew sistemi tal-gass fil-grupp ta' riskju rilevanti: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun jew reġjuni tal-gruppi ta' riskju u għal kull Stat Membru, inkluż ir-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.

(c) 

tqassim, sa fejn possibbli, tal-perċentwali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini ( 17 );

(d) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għall-grupp ta' riskju, inkluż aċċess transkonfinali:

(i) 

il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

(ii) 

il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment bil-ħażniet sħaħ u bil-livelli tal-aħħar tal-istaġun);

(e) 

deskrizzjoni tar-rwol ta' produzzjoni domestika fil-grupp jew gruppi ta' riskju:

(i) 

il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

(ii) 

il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum u deskrizzjoni ta' kif din tista' tkopri l-konsum massimu ta' kuljum;

(f) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).

1.2.

Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass tal-Istat Membru, li tkopri:

(a) 

iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass: il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti, l-ogħla domanda (mcm/d);

(b) 

deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-livell nazzjonali, inkluż l-infrastruttura (sa fejn mhux kopert mill-punt 1.1.(b)). Jekk applikabbli, inkludi s-sistema L-gas;

(c) 

identifikazzjoni tal-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass;

(d) 

tqassim, sa fejn possibbli, fil-livell nazzjonali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini;

(e) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-ħżin u inkludi:

(i) 

il-kapaċità ta' ħżin (totali u attiva) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

(ii) 

il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);

(f) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika u inkludi:

(i) 

il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

(ii) 

il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;

(g) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali).

2.    Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)

Iddeskrivi kif jiġi osservat l-istandard tal-infrastruttura, inklużi l-valuri ewlenin użati fil-formula N – 1 u għażliet alternattivi għall-osservanza tiegħu (ma' Stati Membri konnessi direttament, miżuri fin-naħa tad-domanda) u kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:

(a) 

Formula N – 1

(i) 

l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass;

(ii) 

il-kalkolu tal-formula N – 1 f'livell nazzjonali;

(iii) 

deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi l-valuri intermedji użati għall-kalkolu tagħhom (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

(iv) 

indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);

(v) 

spjegazzjoni tar-riżultati tal-kalkolu tal-formula N – 1 filwaqt li tqis il-livelli tal-ħażniet fi 30 % u 100 % tal-volum ta' ħidma massimu;

(vi) 

spjegazzjoni tar-riżultati ewlenin tas-simulazzjoni tal-formula N – 1 bl-użu ta' mudell idrawliku;

(vii) 

jekk l-Istat Membru jiddeċiedi hekk, kalkolu tal-formula N – 1 li tuża miżuri fin-naħa tad-domanda:

— 
kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 2 tal-Anness II,
— 
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 2(a)(iii),
— 
indika l-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati,
— 
spjega l-miżuri bbażati fuq is-suq fin-naħa tad-domanda adottati/li ser jiġu adottati biex jikkumpensaw interruzzjoni tal-provvista tal-gass u l-impatt mistenni tagħha (Deff),
(viii) 

jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti jew ma' Stati Membri konnessi direttament, il-kalkolu jew kalkoli konġunti tal-formula N – 1:

— 
kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 5 tal-Anness II,
— 
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 2(a)(iii),
— 
indika l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati),
— 
spjega l-arranġamenti miftiehma biex tiżgura osservanza tal-formula N – 1;
(b) 

kapaċità bidirezzjonali:

(i) 

indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;

(ii) 

indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);

(iii) 

indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.

3.    Identifikazzjoni tar-riskji

Iddeskrivi l-fatturi ta' riskju li jista' jkollhom impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom.

Lista mhux eżawrjenti tat-tipi ta' fatturi ta' riskju li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni jekk applikabbli biss skont l-awtorità kompetenti:

(a) 

politiku

— 
interruzzjoni tal-provvista tal-gass minn pajjiżi terzi minħabba raġunijiet differenti,
— 
inkwiet politiku (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),
— 
gwerra/gwerra ċivili (jew fil-pajjiż ta' oriġini jew fil-pajjiż ta' transitu),
— 
terroriżmu;
(b) 

teknoloġiku:

— 
splużjoni/nirien,
— 
nirien (interni f'faċilità partikolari),
— 
tnixxijiet,
— 
nuqqas ta' manutenzjoni adegwata,
— 
ħsara fit-tagħmir (ma jistax jinxtegħel, ħsara meta jkun qiegħed jitħaddem, eċċ.),
— 
nuqqas ta' elettriku (jew sors ta' enerġija ieħor),
— 
ħsara fl-ICT (ħsara fil-hardware jew fis-software, l-Internet, problemi SCADA, eċċ.),
— 
attakk ċibernetiku,
— 
impatt minħabba xogħol tal-iskavar (tħaffir, ġbir f'munzell), xogħlijiet tal-art, eċċ.
(c) 

kummerċjali/suq/finanzjarju:

— 
ftehimiet ma' fornituri minn pajjiżi terzi,
— 
tilwim kummerċjali,
— 
kontroll ta' infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jista' jimplika, fost l-oħrajn, riskji ta' nuqqas ta' investiment, theddida għad-diversifikazzjoni jew nuqqas ta' ħarsien tad-dritt tal-Unjoni,
— 
volatilità tal-prezzijiet,
— 
sottoinvestiment,
— 
domanda għolja f'daqqa mhux mistennija,
— 
riskji oħrajn li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta' riżultati strutturali;
(d) 

soċjali:

— 
strajks (f'setturi relatati differenti, bħas-settur tal-gass, tal-portijiet, tat-trasport, eċċ.),
— 
sabotaġġ,
— 
vandaliżmu,
— 
serq;
(e) 

naturali:

— 
terremoti,
— 
uqigħ tal-art,
— 
għargħar (xita qawwija, xmara),
— 
maltempati (Baħar,;
— 
valangi,
— 
kundizzjonijiet ta' temp estremi,
— 
nirien (esterni għall-faċilità, bħal foresti fil-qrib, mergħat, eċċ.),

Analiżi:

(a) 

identifika l-fatturi ta' riskju rilevanti għall-Istat Membru, inklużi l-probabbiltà u l-impatt tagħhom;

(b) 

iddeskrivi l-kriterji użati biex tiddetermina jekk sistema hijiex esposta għal riskji kbar/inaċċettabbli;

(c) 

stabbilixxi lista ta' xenarji ta' riskju rilevanti skont il-fatturi ta' riskju u l-probabbiltà tagħhom u iddeskrivi kif saret l-għażla.

4.    Analiżi u valutazzjoni tar-riskju:

Analizza s-sett ta' xenarji ta' riskju rilevanti identifikati fil-punt 3. Fis-simulazzjoni tax-xenarji ta' riskju inkludi l-miżuri eżistenti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħall-istandard tal-infrastruttura kkalkulat bl-użu tal-formula N – 1 kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness II, u l-istandard tal-provvista tal-gass. Skont ix-xenarju ta' riskju:

(a) 

iddeskrivi fid-dettall ix-xenarju ta' riskju, inklużi s-suppożizzjonijiet kollha u, jekk applikabbli, il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom;

(b) 

iddeskrivi fid-dettall ir-riżultati tas-simulazzjoni li twettqet, inkluża kwantifikazzjoni tal-impatt (eż. volumi ta' gass li ma tqassamx, l-impatt soċjoekonomiku, l-impatt fuq it-tisħin distrettwali, l-impatt fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku).

5.    Konklużjonijiet

Iddeskrivi r-riżultati ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju komuni li fiha l-Istati Membri kienu involuti, inkluża l-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju li jeħtieġu iktar azzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.