+KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 32 Spejjeż
------+Artikolu 32 1.
------+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 33 Protezzjoni tad-data personali
---+Artikolu 34 Kooperazzjoni ma’ netwerks oħrajn ta’ informazzjoni u assistenza
------+Artikolu 34 1.
------+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 35 Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern
------+Artikolu 35 1.
------+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 36 Rapportar u rieżami
---+Artikolu 37 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 37 1.
------+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 38 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012
---+Artikolu 39 Dħul fis-seħħ

KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 Spejjeż
Artikolu 33 Protezzjoni tad-data personali

Artikolu 33

Protezzjoni tad-data personali

L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679. L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 34 Kooperazzjoni ma’ netwerks oħrajn ta’ informazzjoni u assistenza
Artikolu 35 Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern
Artikolu 36 Rapportar u rieżami

Artikolu 36

Rapportar u rieżami

Sat-12 ta’ Diċembru 2022 u darba kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni dwar il-funzjonament tal-gateway u dwar il-funzjonament tas-suq intern fuq il-bażi tal-istatistika u l-feedback miġbur skont l-Artikoli 24, 25 u 26. Ir-rieżami għandu, b’mod partikolari, jevalwa l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14 waqt li jikkunsidra l-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u dawk legali li jirrigwardaw l-iskambju tal-evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 37 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 38 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Artikolu 38

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-użu ta’ Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (‘IMI’) għal kooperazzjoni amministrattiva fost l-atturi tal-IMI, inkluż l-ipproċessar ta’ data personali.”;

(2) 

fl-Artikolu 3, paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  

L-IMI għandha tintuża għall-iskambji ta’ informazzjoni, inkluż ta’ data personali, fost l-atturi tal-IMI u għall-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni għall-finijiet ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa skont l-atti elenkati fl-Anness;

(b) 

kooperazzjoni amministrattiva soġġetta għal proġett pilota mwettaq skont l-Artikolu 4.”;

(3) 

fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

‘IMI’ tfisser l-għodda elettronika pprovduta mill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni amministrattiva fost l-atturi tal-IMI;”;

(b) 

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) 

‘kooperazzjoni amministrattiva’ tfisser il-kollaborazzjoni bejn l-atturi tal-IMI bl-iskambju u bl-ipproċessar ta’ informazzjoni għall-fini ta’ applikazzjoni aħjar tal-liġi tal-Unjoni;”;

(c) 

il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g) 

‘l-atturi tal-IMI’ tfisser l-awtoritajiet kompetenti, il-koordinaturi tal-IMI, il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;”;

(4) 

fl-Artikolu 8(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(f) 

“tiżgura l-koordinazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u tagħtihom aċċess għall-IMI.”;

(5) 

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.  
Għandhom jiġu implimentati mezzi adatti mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni u minn korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-utenti tal-IMI jkunu permessi jaċċessaw data personali pproċessata fl-IMI biss fuq il-bażi tal-ħtieġa tal-għarfien u fil-qasam jew l-oqsma tas-suq intern li għalihom ingħataw id-drittijiet ta’ aċċess skont il-paragrafu 3.”;
(6) 

l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.  
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ u jiżgura li dan ir-Regolament jiġi applikat meta l-Kummissjoni jew korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, fir-rwol tagħhom bħala atturi tal-IMI, jipproċessaw data personali. Id-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (UE) 2018/1725 ( *1 ) għandhom japplikaw b’konsegwenza.
(b) 

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.  
L-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, kull wieħed jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw flimkien sabiex jiżguraw is-superviżjoni kkoordinata tal-IMI u l-użu tagħha mill-atturi tal-IMI skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725.”;
(c) 

il-paragrafu 4 huwa mħassar;

(7) 

fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa mħassar;

(8) 

Fl-Anness, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“11. Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) ( *2 ): l-Artikolu 56, l-Artikoli 60 sa 66 u l-Artikolu 70(1).

12. Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 ( *3 ): L-Artikoli 6(4), u l-Artikoli 15 u 19.

Artikolu 39 Dħul fis-seħħ

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2, l-Artikolu 4, l-Artikoli 7 sa 12, l-Artikolu 16, l-Artikolu 17, l-Artikolu 18(1) sa (4), l-Artikolu 19, l-Artikolu 20, l-Artikolu 24(1), (2) u (3), l-Artikolu 25(1) sa (4), l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27 għandhom japplikaw mit-12 ta’ Diċembru 2020.

L-Artikolu 6, l-Artikolu 13, l-Artikolu 14(1) sa (8) u (10) u l-Artikolu 15 għandhom japplikaw mit-12 ta’ Diċembru 2023.

Minkejja d-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11, l-awtoritajiet muniċipali għandhom jagħmlu l-informazzjoni, l-ispjegazzjonijiet u l-istruzzjonijiet msemmija f’dawk l-Artikoli disponibbli sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2022.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.