|
+Artikolu 38 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 |
Artikolu 38 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012Artikolu 38 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett “Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-użu ta’ Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (‘IMI’) għal kooperazzjoni amministrattiva fost l-atturi tal-IMI, inkluż l-ipproċessar ta’ data personali.”;
(2)
fl-Artikolu 3, paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-IMI għandha tintuża għall-iskambji ta’ informazzjoni, inkluż ta’ data personali, fost l-atturi tal-IMI u għall-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni għall-finijiet ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa skont l-atti elenkati fl-Anness;
(b)
kooperazzjoni amministrattiva soġġetta għal proġett pilota mwettaq skont l-Artikolu 4.”;
(3)
fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a)
‘IMI’ tfisser l-għodda elettronika pprovduta mill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni amministrattiva fost l-atturi tal-IMI;”;
(b)
il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
‘kooperazzjoni amministrattiva’ tfisser il-kollaborazzjoni bejn l-atturi tal-IMI bl-iskambju u bl-ipproċessar ta’ informazzjoni għall-fini ta’ applikazzjoni aħjar tal-liġi tal-Unjoni;”;
(c)
il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(g)
‘l-atturi tal-IMI’ tfisser l-awtoritajiet kompetenti, il-koordinaturi tal-IMI, il-Kummissjoni u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;”;
(4)
fl-Artikolu 8(1), jiżdied il-punt li ġej:
“(f)
“tiżgura l-koordinazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u tagħtihom aċċess għall-IMI.”;
(5)
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4.
Għandhom jiġu implimentati mezzi adatti mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni u minn korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-utenti tal-IMI jkunu permessi jaċċessaw data personali pproċessata fl-IMI biss fuq il-bażi tal-ħtieġa tal-għarfien u fil-qasam jew l-oqsma tas-suq intern li għalihom ingħataw id-drittijiet ta’ aċċess skont il-paragrafu 3.”;
(6)
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ u jiżgura li dan ir-Regolament jiġi applikat meta l-Kummissjoni jew korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, fir-rwol tagħhom bħala atturi tal-IMI, jipproċessaw data personali. Id-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (UE) 2018/1725 (
*1
) għandhom japplikaw b’konsegwenza.
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
L-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, kull wieħed jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw flimkien sabiex jiżguraw is-superviżjoni kkoordinata tal-IMI u l-użu tagħha mill-atturi tal-IMI skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725.”;
(c)
il-paragrafu 4 huwa mħassar;
(7)
fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa mħassar;
(8)
Fl-Anness, jiżdiedu l-punti li ġejjin: “11. Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) ( *2 ): l-Artikolu 56, l-Artikoli 60 sa 66 u l-Artikolu 70(1). 12. Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 ( *3 ): L-Artikoli 6(4), u l-Artikoli 15 u 19. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|