+ANNESS I

ANNESS I




ANNESS I

Parti A

Is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll kif ukoll is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni biss



Sustanza

Nru CAS

Nru KE

Eżenzjoni speċifika fuq użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

Etere tat-tetrabromodifenil

C12H6Br4O

40088-47-9 u oħrajn

254-787-2 u oħrajn

1.  Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tat-tetrabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi. ►M16  
2.  Għall-finijiet tal-entrati dwar tetra-, penta-, hexa-, hepta- u decaBDE, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma li ġejja tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi:
(a)  10 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);
(b)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027 meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti li fihom jew li jkunu magħmulin minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(c)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 10 mg/kg minn 17 ta’ Mejju 2027, meta jkunu preżenti fil-ġugarelli soġġetti għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jew fi kwalunkwe prodott għat-tfal li jiffaċilita t-tpoġġija bilqiegħda, l-irqad, ir-rilassament, l-iġjene, it-tbiddil u l-kura ġenerali tal-ġisem, it-tmigħ, l-irdigħ, it-trasport u l-protezzjoni, li jkun fih jew li jkun magħmul minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.  ◄
3.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi:
tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
4.  L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom l-etere tat-tetrabromodifenil għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

Etere tal-pentabromodifenil

C12H5Br5O

32534-81-9 u oħrajn

251-084-2 u oħrajn

1.  Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tat-pentabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi. ►M16  
2.  Għall-finijiet tal-entrati dwar tetra-, penta-, hexa-, hepta- u decaBDE, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma li ġejja tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi:
(a)  10 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(b)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027 meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti li fihom jew li jkunu magħmulin minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(c)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 10 mg/kg minn 17 ta’ Mejju 2027, meta jkunu preżenti fil-ġugarelli soġġetti għad-Direttiva 2009/48/KE, jew fi kwalunkwe prodott għat-tfal li jiffaċilita t-tpoġġija bilqiegħda, l-irqad, ir-rilassament, l-iġjene, it-tbiddil u l-kura ġenerali tal-ġisem, it-tmigħ, l-irdigħ, it-trasport u l-protezzjoni, li jkun fih jew li jkun magħmul minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.  ◄
3.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi:
tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2011/65/UE.
4.  L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-pentabromodifenil għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

Etere tal-eżabromodifenil

C12H4Br6O

36483-60-0 u oħrajn

253-058-6 u oħrajn

1.  Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tat-eżabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi. ►M16  
2.  Għall-finijiet tal-entrati dwar tetra-, penta-, hexa-, hepta- u decaBDE, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma li ġejja tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi:
(a)  10 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(b)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027 meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti li fihom jew li jkunu magħmulin minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(c)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 10 mg/kg minn 17 ta’ Mejju 2027, meta jkunu preżenti fil-ġugarelli soġġetti għad-Direttiva 2009/48/KE, jew fi kwalunkwe prodott għat-tfal li jiffaċilita t-tpoġġija bilqiegħda, l-irqad, ir-rilassament, l-iġjene, it-tbiddil u l-kura ġenerali tal-ġisem, it-tmigħ, l-irdigħ, it-trasport u l-protezzjoni, li jkun fih jew li jkun magħmul minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.  ◄
3.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi:
tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2011/65/UE.
4.  L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-eżabromodifenil għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

Etere tal-ettabromodifenil

C12H3Br7O

68928-80-3 u oħrajn

273-031-2 u oħrajn

1.  Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-etere tal-ettabromodifenil ekwivalenti għal 10 mg/kg jew inqas (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi. ►M16  
2.  Għall-finijiet tal-entrati dwar tetra-, penta-, hexa-, hepta- u decaBDE, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma li ġejja tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi:
(a)  10 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(b)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027 meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti li fihom jew li jkunu magħmulin minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(c)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 10 mg/kg minn 17 ta’ Mejju 2027, meta jkunu preżenti fil-ġugarelli soġġetti għad-Direttiva 2009/48/KE, jew fi kwalunkwe prodott għat-tfal li jiffaċilita t-tpoġġija bilqiegħda, l-irqad, ir-rilassament, l-iġjene, it-tbiddil u l-kura ġenerali tal-ġisem, it-tmigħ, l-irdigħ, it-trasport u l-protezzjoni, li jkun fih jew li jkun magħmul minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.  ◄
3.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' dawn li ġejjin għandhom ikunu permessi:
tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2011/65/UE.
4.  L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom l-etere tal-ettabromodifenil għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.

Etere tal-bis(pentabromofenil) (etere tad-dekabromodifenil; dekaBDE

1163-19-5

214-604-9

1.  Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tad-dekaBDE ekwivalenti għal jew inqas minn 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) fejn ikun preżenti f'sustanzi. ►M16  
2.  Għall-finijiet tal-entrati dwar tetra-, penta-, hexa-, hepta- u decaBDE, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għas-somma li ġejja tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi:
(a)  10 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(b)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 200 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2027 meta jkunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti li fihom jew li jkunu magħmulin minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
(c)  b’deroga mill-punt (a), 500 mg/kg mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, 350 mg/kg mit-30 ta’ Diċembru 2025 u 10 mg/kg minn 17 ta’ Mejju 2027, meta jkunu preżenti fil-ġugarelli soġġetti għad-Direttiva 2009/48/KE, jew fi kwalunkwe prodott għat-tfal li jiffaċilita t-tpoġġija bilqiegħda, l-irqad, ir-rilassament, l-iġjene, it-tbiddil u l-kura ġenerali tal-ġisem, it-tmigħ, l-irdigħ, it-trasport u l-protezzjoni, li jkun fih jew li jkun magħmul minn materjal irkuprat li jkun fih tetra-, penta-, hexa-, hepta- jew decaBDE, ħlief għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.  ◄
3.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-dekaBDE għandhom ikunu permessi għall-finijiet li ġejjin, dment li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni sa Diċembru 2019 b'konformità mal-Konvenzjoni:
(a)  fil-manifattura ta' inġenju tal-ajru, li għalih tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel it-2 ta' Marzu 2019 u tkun ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, sat-18 ta' Diċembru 2023, jew, f'każijiet fejn il-ħtieġa kontinwa tkun ġustifikata, sat-2 ta' Marzu 2027;
(b)  fil-manifattura ta' spare parts għal dawn li ġejjin:
(i)  inġenju tal-ajru, li għalih tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel it-2 ta' Marzu 2019 u tkun ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, immanifatturat qabel it-18 ta' Diċembru 2023, jew, f'każijiet fejn il-ħtieġa kontinwa tkun ġustifikata, immanifatturat qabel it-2 ta' Marzu 2027, sa tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja ta' dak l-inġenju tal-ajru;
(ii)  vetturi bil-mutur fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), prodotti qabel il-15 ta' Lulju 2019 jew sal-2036 jew sal-aħħar tal-ħajja tas-servizz ta' dawk il-vetturi bil-mutur, skont liema data tiġi qabel;
(c)  tagħmir elettriku u elettroniku fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/UE. ►C1  
4.  L-eżenzjonijiet speċifiċi għal spare parts għall-użu f’vetturi bil-mutur imsemmija fil-punt 3(b)(ii) għandhom japplikaw għall-manifattura u l-użu tad-dekaDBE kummerċjali li jaqa’ taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:
(a)  applikazzjonijiet tas-sistemi tal-motopropulsjoni u ta' taħt il-bonit bħall-wajers tal-massa tal-batterija, il-wajers tal-interkonnessjoni tal-batterija, il-pajpijiet tal-arja kundizzjonata mobbli (MAC), is-sistemi tal-motopropulsjoni, il-bushings tal-manifold tal-egżost, l-iżolament taħt il-bonit, il-wajers u l-faxx tal-wajers taħt il-bonit (wajers tal-magna, eċċ.), is-sensuri tal-veloċità, il-pajpijiet, il-moduli tal-fannijiet u s-sensuri tan-knock;
(b)  applikazzjonijiet tas-sistema tal-fjuwil bħal pajpijiet tal-fjuwil, tankijiet tal-fjuwil u tankijiet tal-fjwuil taħt il-karozzerija;
(c)  apparati pirotekniċi u applikazzjonijiet affettwati minn apparati pirotekniċi bħal kejbils tal-ignixin tal-airbags, covers/drappijiet tas-sits (unikament jekk rilevanti għall-airbags) u airbags (ta’ quddiem u tal-ġenb).  ◄
5.  L-użu ta' oġġetti diġà fl-użu qabel il-15 ta' Lulju 2019 fl-Unjoni li fihom id-dekaBDE għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti.
6.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet, oġġetti li fihom jintuża d-dekaBDE għandhom ikunu identifikabbli permezz tat-tikkettar jew b'mezzi oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. ►C1  
7.  It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-oġġetti li fihom id-dekaBDE importati għall-finijiet tal-eżenzjonijiet speċifiċi fil-punt 3 għandhom ikunu permessi sal-iskadenza ta’ dawk l-eżenzjonijiet. Il-punt 6 għandu japplika daqslikieku oġġetti bħal dawn ġew prodotti skont l-eżenzjoni fil-punt 3. Oġġetti ta’ dan it-tip li jkunu qed jintużaw sad-data ta’ skadenza tal-eżenzjoni rilevanti jistgħu jibqgħu jintużaw.  ◄
8.  Għall-finijiet ta' din l-entrata “inġenju tal-ajru” tfisser dan li ġej:
(a)  inġenju tal-ajru ċivili mmanifatturat b'konformità ma' ċertifikat tat-tip maħruġ skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew bl-approvazzjoni tad-disinn maħruġa skont ir-regolamenti nazzjonali ta' stat kontraenti tal-ICAO, jew li għalih inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà minn Stat Kontraenti tal-ICAO skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;
(b)  inġenju tal-ajru militari.

►M12  
Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOS
C8F17SO2X
(X = OH, Melħ tal-metalli (O-M+), aloġenur, ammid, u komposti oħra relatati, inklużi l-polimeri)  ◄

1763-23-1

2795-39-3

29457-72-5

29081-56-9

70225-14-8

56773-42-3

251099-16-8

4151-50-2

31506-32-8

1691-99-2

24448-09-7

307-35-7 u oħrajn

217-179-8

220-527-1

249-644-6

249-415-0

274-460-8

260-375-3

223-980-3

250-665-8

216-887-4

246-262-1

206-200-6 u oħrajn

►M12  
1.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFOS jew għal kwalunkwe wieħed mill-imlieħ tiegħu ekwivalenti għal 0,025 mg/kg (0,0000025 % skont il-piż) jew inqas, meta jkunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.  ◄ ►M12  
2.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kollha relatati mal-PFOS ekwivalenti għal 1 mg/kg (0,0001 % skont il-piż) jew inqas, meta jkunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.  ◄
3.  L-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel il-25 ta' Awwissu 2010 li fihom il-PFOS għandu jkun permess. It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b'rabta ma' tali oġġetti. ►M12  
4.  Jekk il-kwantità rilaxxata fl-ambjent tiġi minimizzata, il-manifattura u t-tqegħid fis-suq jenħtieġ li jitħallew sa 7 ta' Settembru 2025. għall-użu bħala aġent li jrażżan ir-raxx għall-ipplejtjar tal-kromu iebes mhux dekorattiv (VI) f’sistemi b’ċirkwit magħluq. Dejjem jekk dawk l-Istati Membri fejn jintuża l-PFOS jirrappurtaw lill-Kummissjoni sa 7 ta' Settembru 2024. dwar il-progress li jkun sar biex jiġi eliminat il-PFOS, u jiġġustifikaw il-ħtieġa kontinwa għal dan l-użu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-bżonn li d-deroga għal dan l-użu tiġi estiża għal massimu ta’ ħames snin minn 7 ta' Settembru 2025.
Meta tali deroga tikkonċerna l-produzzjoni jew l-użu f'istallazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-aqwa tekniki disponibbli rilevanti għall-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet tal-PFOS deskritti fl-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/1/KE għandhom japplikaw.
►M2  Hekk kif tkun disponibbli informazzjoni ġdida dwar id-dettalji tal-użi u s-sustanzi jew it-teknoloġiji alternattivi iktar sikuri, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid id-deroga fit-tieni subparagrafu sabiex:
(a)  l-użi tal-PFOS jitwaqqfu gradwalment hekk kif l-użu ta' alternattivi iktar sikuri jkun teknikament u ekonomikament fattibbli,
(b)  deroga tista' titkompla biss għal użi essenzjali li għalihom ma jeżistux alternattivi iktar sikuri u fejn ġew irrappurtati l-isforzi li saru biex jinstabu alternattivi iktar sikuri,
(c)  jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet tal-PFOS fl-ambjent billi jiġu applikati l-aqwa tekniki disponibbli.  ◄  ◄ ►M12  
5.  Ladarba l-istandards jiġu adottati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), dawn għandhom jintużaw bħala l-metodi analitiċi tal-ittestjar sabiex tintwera l-konformità tas-sustanzi, tat-taħlitiet u tal-oġġetti mal-punti 1 u 2. Kwalunkwe metodu analitiku ieħor li għalih l-utent jista' juri prestazzjoni ekwivalenti jista' jintuża bħala alternattiva għall-istandards CEN  ◄

DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis(4-klorofenil)etan):

50-29-3

200-024-3

—

Klordan

57-74-9

200-349-0

—

Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan

58-89-9

200-401-2

—

319-84-6

206-270-8

319-85-7

206-271-3

608-73-1

210-168-9

Dieldrina

60-57-1

200-484-5

—

Endrina

72-20-8

200-775-7

—

Ettakloru

76-44-8

200-962-3

—

Endosulfan

115-29-7

959-98-8

33213-65-9

204-079-4

1.  It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel l-10 ta' Lulju 2012 li fihom l-endosulfan għandhom ikunu permessi.

2.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-punt 1.

Eżaklorobenżen

118-74-1

204-273-9

►M6  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-eżaklorobenżen ekwivalenti għal 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) jew inqas fejn ikun preżenti f’sustanzi, f’taħlitiet jew f’oġġetti. ◄

Klorodekon

143-50-0

205-601-3

—

Aldrin

309-00-2

206-215-8

—

Pentaklorobenżen

608-93-5

210-172-0

—

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1 u oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, capacitors jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Mireks

2385-85-5

219-196-6

—

Toksafen

8001-35-2

232-283-3

—

Eżabromobifenil

36355-01-8

252-994-2

—

►C1  Eżabromoċiklododekan ◄

“Eżabromoċiklododekan” tfisser: eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-dijasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklododekan; beta-eżabromoċiklododekan; u gamma-eżabromoċiklododekan

25637-99-4,

3194-55-6,

134237-50-6,

134237-51-7,

134237-52-8

247-148-4,

221-695-9

►M10  
1.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1)(b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-eżabromoċiklododekan ekwivalenti għal 75 mg/kg (0,0075 % skont il-piż) jew inqas fejn ikun preżenti f’sustanzi, f’taħlitiet, f’oġġetti jew bħala kostitwent ta’ oġġetti li jdewmu t-tifrix tan-nar. Għall-użu tal-polistiren riċiklat fil-produzzjoni tal-materjal ta’ iżolazzjoni EPS u XPS għall-użu fil-bini jew fix-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili, il-punt (b) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-eżabromoċiklododekan ta’ 100 mg/kg jew inqas (0,01 % skont il-piż). L-eżenzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt 1 għandhom jiġu rieżaminati u vvalutati mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2026.  ◄
2.  L-oġġetti tal-polistiren imwessa' li fihom l-eżabromoċiklododekan li diġà jintużaw fil-bini qabel il-21 ta' Frar 2018 b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 (5) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2016/C 12/06 (6), u l-oġġetti tal-polistiren estruż li fihom l-eżabromoċiklododekan li diġà jintużaw fil-bini qabel it-23 ta' Ġunju 2016, jistgħu jibqgħu jintużaw. B'rabta ma' dawn l-oġġetti, għandhom japplikaw it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2).
3.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet, il-polistiren imwessa' mqiegħed fis-suq wara t-23 ta' Marzu 2016 li fih intuża l-eżabromoċiklododekan għandu jkun identifikabbli permezz tat-tikkettar jew b'mezzi oħra tul iċ-ċiklu ta' ħajja tiegħu.

Eżaklorobutadien

87-68-3

201-765-5

1.  It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel l-10 ta' Lulju 2012 li fihom l-eżaklorobutadien għandhom ikunu permessi.

2.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-punt 1.

Pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu

87-86-5 u oħrajn

201-778-6 u oħrajn

►M5  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu ekwivalenti għal 5 mg/kg (0,0005 % tal-piż) jew inqas, meta dawn ikunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti. ◄

Polikloronaftaleni (7)

70776-03-3 u oħrajn

274-864-4 u oħrajn

1.  It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti li diġà kienu jintużaw qabel l-10 ta' Lulju 2012 jew fl-10 ta' Lulju 2012 li fihom il-polikloronaftaleni għandhom ikunu permessi.

2.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-punt 1.

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8 u oħrajn

287-476-5

1.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew taħlitiet li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom ikunu permessi.

2.  L-użu għandu jkun permess fir-rigward ta':

(a)  ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu fl-4 ta' Diċembru 2015 jew qabel; kif ukoll

(b)  oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel.

3.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-punt 2.

▼M1

L-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA

L-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA” tfisser dan li ġej:

(i)  l-aċidu perfluworootanojku u kwalunkwe wieħed mill-isomeri ramifikati tiegħu;

(ii)  l-imlieħ tiegħu;

(iii)  Il-komposti relatati mal-PFOA, li għall-finijiet tal-Konvenzjoni huma kull sustanza li tiddegrada f’PFOA, fost dawn is-sustanzi, kull waħda (fosthom l-imlieħ u l-polimeri) li għandha grupp lineari jew ramifikat tal-perfluworoeptil li fih il-frazzjoni (C7F15)C tkun wieħed mill-elementi strutturali.

Il-komposti li ġejjin mhumiex meqjusin bħala komposti relatati mal-PFOA:

(i)  C8F17-X, fejn X = F, Cl, Br;

(ii)  il-fluworopolimeri li huma koperti minn CF3[CF2]n-R’, fejn R’=kwalunkwe grupp, n> 16;

(iii)  l-aċidi karbossiliċi tal-perfluworoalkil (bl-imlieħ, l-esteri, l-aloġenuri u l-anidridi tagħhom) b’≥ minn 8 karbonji perfluworinati;

(iv)  l-aċidi sulfoniċi tal-perfluworoalkan u l-aċidi fosfoniċi tal-perfluworo (bl-imlieħ, l-esteri, l-aloġenuri u l-anidridi tagħhom) b’≥ minn 9 karbonji perfluworinati;

(v)   ►M13  aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOS kif elenkati f’dan l-Anness. ◄

335-67-1 u oħrajn

206-397-9 u oħrajn

1.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFOA jew għall-imlieħ tiegħu ekwivalenti għal 0,025 mg/kg (0,0000025 % tal-piż) jew inqas, meta dawn ikunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.
2.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet ta’ kull kompost relatat mal-PFOA individwali jew għal kombinamenti ta’ komposti relatati mal-PFOA li jkunu ekwivalenti għal 1 mg/kg (0,0001 % tal-piż) jew inqas, meta jkunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.
►M4  3.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-komposti relatati mal-PFOA li jkunu ugwali għal 20 mg/kg (0,002 % tal-piż) jew inqas meta dawn ikunu preżenti f’sustanza li tkun se tintuża bħala sustanza intermedja iżolata trasportata fit-tifsira tal-punt 15(c) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet ikkontrollati strettament stabbiliti fl-Artikolu 18(4)(a) sa (f) ta’ dak ir-Regolament, għall-produzzjoni ta’ sustanzi fluworokimiċi b’katina tal-karbonju perfluworurata ta’ 6 atomi jew iqsar. ◄ ►M13   ►M8  Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata u vvalutata mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Awwissu 2023. ◄  ◄ ►M8  
4.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFOA u l-imlieħ tiegħu daqs jew inqas minn 1 mg/kg (0,0001 % skont il-piż) meta jkunu preżenti fil-mikrotrabijiet tal-politetrafluworoetilen (PTFE) prodotti minn irradjazzjoni jonizzanti jew minn degradazzjoni termali kif ukoll f’taħlitiet u oġġetti għal użi industrijali u professjonali li fihom mikrotrabijiet tal-PTFE sat-18 ta’ Awwissu 2023. Għandha tiġi evitata kull emissjoni ta’ PFOA waqt il-manifattura u l-użu tal-mikrotrabijiet PTFE, u jekk dan ma jkunx possibbli, l-emissjonijiet għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun. Il-limitu ta’ 1 mg/kg (0,0001 % skont il-piż) għandu japplika biss għall-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PFOA u l-imlieħ tiegħu meta jkunu preżenti fil-mikrotrabijiet tal-PTFE li jiġu ttrasportati jew ittrattati bl-għan li titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-PFOA u tal-imlieħ tiegħu taħt il-limitu ta’ 0,025 mg/kg (0,0000025 % skont il-piż).  ◄ ►M13  
4a.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFOA jew għal kwalunkwe wieħed mill-imlieħ tiegħu daqs jew inqas minn 1 mg/kg (0,0001 % skont il-piż) u għall-konċentrazzjonijiet ta’ kwalunkwe kompost relatat mal-PFOA individwali jew kombinament ta’ komposti relatati mal-PFOA daqs jew inqas minn 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) meta jkunu preżenti fil-fowm tat-tifi tan-nar li jintuża biex irażżan il-fwar tal-fjuwils likwidi u n-nirien tal-fjuwils likwidi (nirien tal-Klassi B) u li huwa diġà installat fis-sistemi. Dan il-valur ta’ limitu għandu japplika sat-3 ta’ Awwissu 2028.
4b.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għas-somma tal-konċentrazzjoni tal-PFOA, tal-imlieħ tiegħu u tal-komposti relatati mal-PFOA daqs jew inqas minn 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) meta jkunu preżenti fil-fowm tat-tifi tan-nar mingħajr fluworu u joriġinaw minn tagħmir tat-tifi tan-nar li jkun għadda minn tindif f’konformità mal-aħjar tekniki disponibbli.  ◄
5.  Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PFOA, tal-imlieħ tiegħu u tal-komposti relatati mal-PFOA għandhom ikunu permessi b’deroga għall-iskopijiet li ġejjin:
(a)  il-proċessi ta’ fotolitografija jew ta’ inċiżjoni fil-manifattura ta’ semikondutturi, sal-4 ta’ Lulju 2025;
(b)  il-kisjiet fotografiċi applikati għall-films, sal-4 ta’ Lulju 2025;
(c)  it-tessili għar-reżistenza għaż-żejt u l-ilma għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn likwidi perikolużi li jinvolvu r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom, sal-4 ta’ Lulju 2023;
(d)  l-apparati mediċi invażivi u li jiġu impjantati, sal-4 ta’ Lulju 2025. ►M8  
(e)  il-manifattura tal-politetrafluwororetilen (PTFE) u tal-fluworur tal-poliviniliden (PVDF) għall-produzzjoni ta’:
(i)  membrani għall-filtrazzjoni tal-gass ta’ prestazzjoni għolja, reżistenti għall-korrużjoni, membrani għall-filtrazzjoni tal-ilma u membrani għal tessili mediċi,
(ii)  tagħmir ta’ skambju tas-sħana għall-irkupru tas-sħana mit-trattament tal-iskart industrijali,
(iii)  siġillanti industrijali li kapaċi jipprevjenu t-tnixxija ta’ komposti organiċi volatili u ta’ partikuli ta’ PM2.5,
sal-4 ta’ Lulju 2023.  ◄
6.  L-użu tal-PFOA, tal-imlieħ tiegħu u tal-komposti relatati mal-PFOA għandu jkun permess, permezz ta’ deroga, fil-fowm tat-tifi tan-nar li jintuża biex irażżan il-fwar tal-karburanti likwidi u n-nirien li jieħdu mill-fjuwils likwidi (nirien tal-Klassi B) f’sistemi installati, kemm dawk mobbli kif ukoll dawk fissi, sal- ►M13  3 ta’ Diċembru 2025 ◄ , soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)  il-fowm tat-tifi tan-nar li fih, jew li jista’ jkun fih, il-PFOA, l-imlieħ tiegħu, u/jew komposti relatati mal-PFOA ma għandux jintuża għat-taħriġ;
(b)  il-fowm tat-tifi tan-nar li fih, jew li jista’ jkun fih, il-PFOA, l-imlieħ tiegħu, u/jew komposti relatati mal-PFOA ma għandux jintuża għall-ittestjar dment li ma tkunx ikkonfinata kull emissjoni tagħhom;
(c)  mill-1 ta’ Jannar 2023, l-użu tal-fowm tat-tifi tan-nar li fih, jew li jista’ jkun fih, il-PFOA, l-imlieħ tiegħu, u/jew komposti relatati mal-PFOA għandu jkun ristrett għal siti fejn kull emissjoni tagħhom tista’ tiġi kkonfinata;
(d)  il-ħażniet tal-fowm tat-tifi tan-nar li fih, jew li jista’ jkun fih, il-PFOA, l-imlieħ tiegħu, u/jew komposti relatati mal-PFOA għandhom jiġu ttrattati f’konformità mal-Artikoli 5.
“fowm tat-tifi tan-nar” tfisser kwalunkwe taħlita għat-tifi tan-nirien bil-fowm u tinkludi iżda mhijiex limitata għall-konċentrati tal-fowm tat-tifi tan-nar u s-soluzzjonijiet tal-fowm tat-tifi tan-nar għall-produzzjoni tal-fowm.
7.  L-użu tal-bromur tal-perfluworoottil li fih il-jodur tal-perfluworottil għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi għandu jkun permess, permezz ta’ deroga, soġġett għar-rieżami u l-valutazzjoni mill-Kummissjoni li jridu jsiru sal-31 ta’ Diċembru 2026 u kull erba’ snin wara dan, u sal-31 ta’ Diċembru 2036.
8.  L-użu ta’ oġġetti li diġà kienu jintużaw fl-Unjoni qabel l-4 ta’ Lulju 2020 li fihom il-PFOA, l-imlieħ tiegħu, u/jew komposti relatati mal-PFOA għandu jkun permess. It-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw b’rabta ma’ dawn l-oġġetti.
►C2  9.  Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PFOA, tal-imlieħ tiegħu u tal-komposti relatati mal-PFOA għandhom ikunu permessi b’deroga sat-3 ta’ Diċembru 2020 għall-iskopijiet li ġejjin: ◄
(a)  l-apparati mediċi ħlief l-apparati impjantabbli, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 (8);
(b)  il-linek tal-latex għall-istampar;
(c)  kisi nanoteknoloġiku tal-plażma. ►M4  
10.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFOA u l-imlieħ tiegħu u/jew komposti relatati mal-PFOA ta’ 2 mg/kg jew inqas (0,0002 % skont il-piż) meta jkunu preżenti f’apparati mediċi għajr apparati invażivi u apparati impjantabbli. ►M13  —22 ta’ Frar 2023— ◄  ◄ ►M13  
11.  L-oġġetti li jkun fihom il-PFOA, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA li diġà jkunu qed jintużaw fl-Unjoni qabel jew fid-data tal-iskadenza tal-eżenzjoni rilevanti stabbilita fil-punti 5(a) sa (d) jistgħu jibqgħu jintużaw.  ◄

▼M3

Dicofol

115-32-2

204-082-0

Xejn

▼M9

L-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħi tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS

“L-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħi tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS” tfisser dan li ġej:

(i)  l-aċidu perfluworoeżan sulfoniku, inkluż kwalunkwe wieħed mill-isomeri ramifikati tiegħu;

(ii)  l-imlieħ tiegħu;

(iii)  il-komposti relatati mal-PFHxS li, għall-iskopijiet tal-Konvenzjoni, huma kwalunkwe sustanza li fiha l-frazzjoni C6F13S- bħala waħda mill-elementi strutturali tagħha u li tiddegrada f’PFHxS.

355-46-4 u oħrajn

206-587-1 u oħrajn

1.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-PFHxS jew għal kwalunke wieħed mill-imlieħi tiegħu ekwivalenti għal 0,025 mg/kg (0,0000025 % tal-piż) jew inqas, meta dawn ikunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.

2.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kollha relatati mal-PFHxS ekwivalenti għal 1 mg/kg (0,0001 % skont il-piż) jew inqas fejn ikun preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.

3.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet ta’ PFHxS, tal-imlieħi tiegħu u ta’ komposti relatati mal-PFHxS ekwivalenti għal 0,1 mg/kg (0,00001 % skont il-piż) jew inqas meta jkunu preżenti f’taħlitiet ikkonċentrati ta’ fowm tat-tifi tan-nar li għandhom jintużaw jew li jintużaw fil-produzzjoni ta’ taħlitiet oħra ta’ fowm tat-tifi tan-nar. Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata u vvalutata mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn is-28 ta' Awwissu 2026.

▼M11

Metossiklor

“Metossiklor” tirreferi għal kwalunkwe isomeru possibbli tad-dimetossidifeniltrikloroetan jew xi kombinament tiegħu.

72-43-5

30667-99-3

76733-77-2

255065-25-9

255065-26-0

59424-81-6

1348358-72-4

u oħrajn

200-779-9

Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-metossiklor daqs minn 0,01 mg/kg (0,000001% skont il-piż) jew inqas, meta jkun preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.

▼M14

2-(2H-benzotriazol-2-il)-4,6-di-tert-pentilfenol

(UV-328)

25973-55-1

247-384-8

1.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-UV-328 ekwivalenti għall-ammont li ġej jew inqas minnu:

(a)  100 mg/kg (0,01 % skont il-piż) minn 4 ta’ Awwissu 2025;

(b)  10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) minn 4 ta’ Awwissu 2027;

(c)  1 mg/kg (0,0001 % skont il-piż) minn 4 ta’ Awwissu 2029;

fejn ikunu preżenti f’sustanzi, taħlitiet, jew oġġetti.

2.  L-introduzzjoni fis-suq u l-użu tal-UV-328 preżenti f’oġġetti u l-użu ta’ tali oġġetti għandhom ikunu permessi b’deroga għall-iskopijiet li ġejjin:

(a)  f’vetturi motorizzati għall-użu fuq l-art, sa 4 ta’ Awwissu 2030;

(b)  f’kisi industrijali għal vetturi motorizzati għall-użu fuq l-art, f’magni tal-inġinerija, f’vetturi għat-trasport bil-ferrovija, u f’kisi li jiflaħ għall-istrapazz għal strutturi kbar tal-azzar, sa 4 ta’ Awwissu 2030;

(c)  f’separaturi mekkaniċi fit-tubi għall-ġbir tad-demm, sa 4 ta’ Awwissu 2030;

(d)  fil-film taċ-ċelluloża trijaċetil fil-polarizzaturi, sa 4 ta’ Awwissu 2030;

(e)  fil-karta fotografika, sa 4 ta’ Awwissu 2030;

(f)  f’inġenji tal-ajru ċivili u militari, sa 4 ta’ Awwissu 2030;

(g)  fi spare parts għal kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  vetturi motorizzati għall-użu fuq l-art;

(ii)  magni industrijali stazzjonarji għall-użu fl-agrikoltura, fil-forestrija, u fil-kostruzzjoni;

(iii)  skrins tal-kristalli likwidi fi strumenti għall-analiżi, għall-kejl, għall-kontroll, għall-monitoraġġ, għall-ittestjar, għall-produzzjoni, u għall-ispezzjoni, għajr għall-applikazzjonijiet mediċi;

fejn il-UV-328 kien inizjalment użat fil-produzzjoni tagħhom, sa tmiem il-ħajja operattiva tagħhom jew sal-31 ta’ Diċembru 2043, skont liema jiġi l-ewwel;

(h)  fi spare parts għal kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  skrins tal-kristalli likwidi f’apparati fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745, u fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(ii)  skrins tal-kristalli likwidi fi strumenti għall-analiżi, għall-kejl, għall-kontroll, għall-ittestjar, għall-produzzjoni, u għall-ispezzjoni;

fejn il-UV-328 kien inizjalment użat fil-produzzjoni tagħhom, sa tmiem il-ħajja operattiva tagħhom;

(i)  fl-ispare parts għall-inġenji tal-ajru ċivili u militari fejn l-UV-328 inizjalment intuża fil-produzzjoni tagħhom, sal-31 ta’ Diċembru 2030.

3.  L-oġġetti li jkun fihom l-UV-328 li kienu diġà qed jintużaw fl-Unjoni qabel id-data tal-iskadenza tal-eżenzjoni rilevanti jew f’dik id-data stabbilita fil-punt 2(a) sa (i) jistgħu jibqgħu jintużaw.

▼M15

Dechlorane Plus

“Dechlorane Plus” jinkludi s-sinisomeru u l-antiisomeru tiegħu

13560-89-9

135821-03-3

135821-74-8

236-948-9

1.  Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tad-Dechlorane Plus:

(a)  ekwivalenti għal 1 000  mg/kg (0,1 % skont il-piż) jew inqas, meta jkunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti sal-15 ta’ April 2028.

(b)  ekwivalenti għal 1 mg/kg (0,0001 % skont il-piż) jew inqas, meta jkunu preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti wara l-15 ta’ April 2028.

2.  L-introduzzjoni fis-suq u l-użu tad-Dechlorane Plus għandhom ikunu permessi b’deroga għall-finijiet li ġejjin:

(a)  l-applikazzjonijiet ajruspazjali, spazjali u tad-difiża, sas-26 ta’ Frar 2030;

(b)  l-applikazzjonijiet tal-imaging mediku, sas-26 ta’ Frar 2030;

(c)  l-apparati u l-installazzjonijiet tar-radjoterapija, sas-26 ta’ Frar 2030;

(d)  l-ispare parts għal xi wieħed minn dawn li ġejjin u t-tiswija tagħhom:

(i)  il-vetturi motorizzati għall-użu fuq l-art;

(ii)  il-magni industrijali stazzjonarji għall-użu fl-agrikoltura, fil-forestrija, u fil-kostruzzjoni;

(iii)  it-tagħmir motorizzat tal-baħar, tal-ġonna, tal-forestrija u għall-użu barra għajr dak kopert taħt (ii);

(iv)  l-applikazzjonijiet ajruspazjali, spazjali u tad-difiża;

(v)  l-istrumenti għall-analiżi, għall-kejl, għall-kontroll, għall-monitoraġġ, għall-ittestjar, għall-produzzjoni u għall-ispezzjoni;

fejn id-Dechlorane Plus kien inizjalment użat fil-produzzjoni tagħhom, sa tmiem il-ħajja operattiva tagħhom jew sal-31 ta’ Diċembru 2043, skont liema jiġi l-ewwel;

(e)  l-ispare parts għal xi wieħed minn dawn li ġejjin u t-tiswija tagħhom:

(i)  l-apparati mediċi u l-aċċessorji għal apparati mediċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745;

(ii)  l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u l-aċċessorji għal apparati mediċi dijanjostiċi in vitro fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/746;

fejn id-Dechlorane Plus kien inizjalment użat fil-produzzjoni tagħhom, sa tmiem il-ħajja operattiva tagħhom.

3.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa ta’ estensjoni tal-eżenzjonijiet speċifiċi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2028.

4.  L-oġġetti li jkun fihom id-Dechlorane Plus li diġà jkunu qed jintużaw fl-Unjoni qabel jew fid-data tal-iskadenza tal-eżenzjoni rilevanti stabbilita fil-paragrafu 2(a) sa (d) jistgħu jibqgħu jintużaw.

5.  L-introduzzjoni fis-suq u l-użu ta’ spare parts li jkun fihom id-Dechlorane Plus imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(iv), li jkunu preżenti fit-territorju tal-Unjoni qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2043 għandhom ikunu permessi.

▼M18

Klorpyrifos

2921-88-2

220-864-4

Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet ta’ chlorpyrifos daqs jew anqas minn 0,01 mg/kg (0,000001 % skont il-piż), meta jkun preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.

▼B

(1)   

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

(2)   

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(3)   

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(4)   

Id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8).

(5)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fejn jidħol l-Anness I (ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4).

(6)   

ĠU C 10, 13.1.2016, p. 3.

(7)   

Polikloronaftaleni tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu tal-idroġenu wieħed jew iktar jiġu sostitwiti b'atomi tal-kloru.

►M1  (8)   

Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE.

 ◄
(9)   

Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/746/oj).

(10)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1935/oj).

(11)   

Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170. 30.6.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/48/oj).

Parti B

Is-sustanzi elenkati biss fil-Protokoll



Sustanza

Nru CAS

Nru KE

Eżenzjoni speċifika fuq użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

 

 

 

 

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.