+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 3 (19)
---+Artikolu 3 (20)
---+Artikolu 3 (21)
---+Artikolu 3 (22)
---+Artikolu 3 (23)
---+Artikolu 3 (24)
---+Artikolu 3 (25)
---+Artikolu 3 (26)
---+Artikolu 3 (27)
---+Artikolu 3 (28)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“ħamrija” tfisser is-saff ta’ fuq tal-qoxra tad-Dinja, li jinsab bejn is-sodda ta’ blat jew il-materjal oriġinali u wiċċ l-art, u li huwa magħmul minn partikoli minerali, materja organika, ilma, arja u organiżmi ħajjin;

Artikolu 3 (2)

“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali u mikroorganiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom li jinteraġixxu bħala unità funzjonali;

Artikolu 3 (3)

“servizzi tal-ekosistema” tfisser il-kontributi diretti jew indiretti tal-ekosistemi għall-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi, soċjali, kulturali u benefiċċji oħrajn li n-nies jieħdu minn dawk l-ekosistemi;

Artikolu 3 (4)

“bijodiversità tal-ħamrija” tfisser il-varjazzjoni fil-ħajja tal-ħamrija, mill-ġeni għall-komunitajiet ta’ organiżmi, u l-kumplessi ekoloġiċi li huma parti minnhom, jiġifieri kumplessi li jvarjaw minn mikroħabitats tal-ħamrija għal pajsaġġi;

Artikolu 3 (5)

“saħħa tal-ħamrija” tfisser il-kundizzjoni fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija li tiddetermina l-kapaċità tagħha li tiffunzjona bħala sistema vitali ħajja u li tipprovdi servizzi tal-ekosistema;

Artikolu 3 (6)

“reżiljenza tal-ħamrija” tfisser il-kapaċità tal-ħamrija li tippreserva l-funzjonijiet tagħha u żżomm il-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi tal-ekosistema, u li tirreżisti disturbi u tirkupra minnhom;

Artikolu 3 (7)

“prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija” tfisser prattiki li jħallu impatt fuq il-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi tal-ħamrija;

Artikolu 3 (8)

“distrett tal-ħamrija” tfisser parti tat-territorju ta’ Stat Membru, li ġiet delinjata minn dak l-Istat Membru f’konformità ma’ din id-Direttiva;

Artikolu 3 (9)

“unità tal-ħamrija” tfisser żona ġeografikament distinta f’distrett tal-ħamrija li tirriżulta mill-intersezzjoni ta’ settijiet ta’ data ġeografika użati bħala fatturi għall-omoġeneità statistika f’dak id-distrett tal-ħamrija;

Artikolu 3 (10)

“deskrittur tal-ħamrija” tfisser parametru li jiddeskrivi karatteristika fiżika, kimika jew bijoloġika tas-saħħa tal-ħamrija;

Artikolu 3 (11)

“valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija” tfisser l-evalwazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija abbażi tal-kejl jew l-istima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija;

Artikolu 3 (12)

“kontaminazzjoni tal-ħamrija” tfisser il-preżenza ta’ sustanza fil-ħamrija f’livell li jista’ jkun ta’ ħsara, direttament jew indirettament, għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;

Artikolu 3 (13)

“kontaminant” tfisser sustanza li tista’ tikkawża kontaminazzjoni tal-ħamrija jew kontaminazzjoni tas-sodda ta’ blat jew tal-materjal oriġinali;

Artikolu 3 (14)

“sit potenzjalment ikkontaminat” tfisser żona delinjata fejn hija suspettata l-kontaminazzjoni tal-ħamrija jew il-kontaminazzjoni tas-sodda ta’ blat jew tal-materjal oriġinali, ikkawżata minn attivitajiet antropoġeniċi minn sors lokalizzat, abbażi ta’ evidenza rilevanti;

Artikolu 3 (15)

“sit ikkontaminat” tfisser żona delinjata b’kontaminazzjoni kkonfermata tal-ħamrija jew kontaminazzjoni tas-sodda ta’ blat jew tal-materjal oriġinali kkawżata minn attivitajiet antropoġeniċi minn sors lokalizzat;

Artikolu 3 (16)

“art” tfisser is-superfiċje tad-Dinja li ma hijiex regolarment mgħottija b’korpi tal-ilma;

Artikolu 3 (17)

“kopertura tal-art” tfisser il-kopertura fiżika u bijoloġika tas-superfiċje tad-Dinja;

Artikolu 3 (18)

“issiġillar tal-ħamrija” tfisser il-kopertura tal-ħamrija b’materjal kompletament jew parzjalment impermeabbli;

Artikolu 3 (19)

“ħamrija ssiġillata” tfisser żona ta’ ħamrija li għaddiet mill-issiġillar tal-ħamrija;

Artikolu 3 (20)

“tneħħija tal-ħamrija” tfisser it-tneħħija totali jew parzjali, temporanja jew fit-tul tal-ħamrija f’żona;

Artikolu 3 (21)

“tneħħija tal-issiġillar” tfisser il-konverżjoni ta’ ħamrija ssiġillata f’ħamrija li mhix ħamrija ssiġillata;

Artikolu 3 (22)

“funzjoni ta’ trasferiment” tfisser regola matematika li tippermetti li l-valur ta’ kejl li jsir bl-użu ta’ metodoloġija differenti minn metodoloġija ta’ referenza jiġi kkonvertit fil-valur li jinkiseb billi l-kejl tal-ħamrija jsir bl-użu tal-metodoloġija ta’ referenza;

Artikolu 3 (23)

“membri tal-pubbliku kkonċernati” tfisser il-membri tal-pubbliku affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mid-degradazzjoni tal-ħamrija, jew li għandhom interess fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-obbligi skont din id-Direttiva, inkluż is-sidien tal-artijiet, il-maniġers tal-artijiet u l-utenti tal-artijiet, kif ukoll l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali;

Artikolu 3 (24)

“riġenerazzjoni tal-ħamrija” tfisser attività intenzjonata mmirata biex tbiddel il-kundizzjoni tal-ħamrija minn degradata għal f’saħħitha;

Artikolu 3 (25)

“riskju” tfisser il-probabbiltà ta’ effetti ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jirriżultaw minn esponiment għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija jew għall-kontaminazzjoni tas-sodda ta’ blat jew tal-materjal oriġinali;

Artikolu 3 (26)

“investigazzjoni tal-ħamrija” tfisser proċess li jista’ jitwettaq f’fażijiet multipli u iterattivi biex jiġu vvalutati l-preżenza u l-livelli ta’ kontaminanti fil-ħamrija, fis-sodda ta’ blat jew fil-materjal oriġinali u, jekk rilevanti, biex tiġi kkaratterizzata u ddeterminata l-firxa ta’ sit ikkontaminat;

Artikolu 3 (27)

“riabilitazzjoni tal-ħamrija” tfisser sett ta’ azzjonijiet li jnaqqsu, jiżolaw jew jimmobilizzaw il-kontaminanti fil-ħamrija, fis-sodda ta’ blat jew fil-materjal oriġinali;

Artikolu 3 (28)

“miżuri tat-tnaqqis tar-riskji” tfisser miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskji li s-siti kkontaminati jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, jew permezz tar-riabilitazzjoni tal-ħamrija jew permezz tal-modifika tar-rabta bejn is-sors-il-passaġġ-ir-riċevitur mingħajr ma jbiddlu l-karatteristiċi tal-kontaminazzjoni nnifisha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.