5. Minbarra l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-objettivi ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart u sabiex jintlaħqu l-miri stipulati f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jimminimizzaw l-impatt ambjentali tal-imballaġġ. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, bħall-miżuri msemmija fl-Annessi IV u IVa tad-Direttiva 2008/98/KE, jew strumenti u miżuri xierqa oħra, inkluż inċentivi pprovduti permezz tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u l-obbligi għall-produtturi jew għall-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex jadottaw pjanijiet għall-prevenzjoni tal-iskart. Il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji u jkunu mfassla b'tali mod li jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Tali miżuri ma għandhomx iwasslu għal bidla lejn materjal tal-imballaġġ eħfef użat biex jissodisfa l-għan tat-tnaqqis fl-iskart mill-imballaġġ.