+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-definizzjonijiet ta’ “data personali”, “ipproċessar”, “psewdonimizzazzjoni”, “kontrollur”, “proċessur”, “parti terza”, “kunsens”, “data ġenetika”, “data dwar is-saħħa” u “organizzazzjoni internazzjonali” stabbiliti fl-Artikolu 4, il-punti (1), (2), (5), (7), (8), (10), (11), (13), (15) u (26), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2016/679;

(b)

id-definizzjonijiet ta’ “kura tas-saħħa”, “Stat Membru ta’ affiljazzjoni”, “Stat Membru tat-trattament”, “professjonist tas-saħħa”, “fornitur tal-kura tas-saħħa”, “prodott mediċinali” u “preskrizzjoni” stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punti (a), (c), (d), (f), (g), (i) u (k), rispettivament, tad-Direttiva 2011/24/UE;

(c)

id-definizzjonijiet ta’ “data”, “aċċess”, “altruwiżmu fir-rigward tad-data”, “korp tas-settur pubbliku” u “ambjent tal-ipproċessar sigur” stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punti (1), (13) u (16), (17) u (20), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2022/868;

(d)

id-definizzjonijiet ta’ “tqegħid fis-suq”, “introduzzjoni fis-suq”, “sorveljanza tas-suq”, “awtorità tas-sorveljanza tas-suq”, “nuqqas ta’ konformità”, “manifattur”, “importatur”, “distributur”, “operatur ekonomiku”, “azzjoni korrettiva”, “sejħa lura” u “irtirar” stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punti (1), (2), (3), (4), (7), (8), (9), (10), (13), (16), (22) u (23), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(e)

id-definizzjonijiet ta’ “apparat mediku”, “għan maħsub”, “struzzjonijiet għall-użu”, “prestazzjoni”, “istituzzjoni tas-saħħa” u “speċifikazzjonijiet komuni” stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punti (1), (12), (14), (22), (36) u (71), rispettivament tar-Regolament (UE) 2017/745;

(f)

id-definizzjonijiet ta’ “identifikazzjoni elettronika” u “mezz ta’ identifikazzjoni elettronika” stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punti (1) u (2), rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(g)

id-definizzjoni ta’ “awtoritajiet kontraenti” stabbilita fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28);

(h)

id-definizzjoni ta’ “saħħa pubblika” stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt (c), tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

Artikolu 2 2

2.   Barra minn hekk, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“data elettronika personali dwar is-saħħa” tfisser data li tirrigwarda s-saħħa u data ġenetika, ipproċessati f’forma elettronika;

(b)

“data elettronika mhux personali dwar is-saħħa” tfisser data elettronika dwar is-saħħa għajr data elettronika personali dwar is-saħħa, inkluż kemm data li tkun ġiet anonimizzata sabiex ma tibqax relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (is-“suġġett tad-data”) kif ukoll data li qatt ma kienet relatata ma’ suġġett tad-data;

(c)

“data elettronika dwar is-saħħa” tfisser data elettronika personali jew mhux personali dwar is-saħħa;

(d)

“użu primarju” tfisser l-ipproċessar ta’ data elettronika dwar is-saħħa għall-forniment tal-kura tas-saħħa, sabiex jiġi vvalutat, jinżamm jew jiġi rrestawrat l-istat tas-saħħa tal-persuna fiżika li magħha hija relatata dik id-data, inklużi l-preskrizzjoni, l-iddispensar u l-forniment ta’ prodotti mediċinali u apparati mediċi, kif ukoll għas-servizzi soċjali, amministrattivi jew ta’ rimborż rilevanti;

(e)

“użu sekondarju” tfisser l-ipproċessar ta’ data elettronika dwar is-saħħa għall-għanijiet stabbiliti fil-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament, għajr l-għanijiet inizjali għaliex inġabru jew ġew prodotti;

(f)

“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet, kif ukoll tal-applikazzjonijiet tas-software jew tal-apparati mill-istess manifattur jew minn manifatturi differenti, li jinteraġixxu permezz tal-proċessi li jappoġġaw, li jinvolvu l-iskambju ta’ informazzjoni u għarfien mingħajr ma jinbidel il-kontenut tad-data bejn dawk l-organizzazzjonijiet, l-applikazzjonijiet tas-software jew l-apparati;

(g)

“reġistrazzjoni ta’ data elettronika dwar is-saħħa” tfisser ir-reġistrar ta’ data dwar is-saħħa f’format elettroniku, permezz ta’ dħul manwali ta’ tali data, permezz tal-ġbir ta’ tali data minn apparat, jew permezz tal-konverżjoni ta’ data mhux elettronika dwar is-saħħa f’format elettroniku, li għandha tiġi pproċessata f’sistema ta’ EHR jew f’applikazzjoni tal-benessri;

(h)

“servizz ta’ aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa” tfisser servizz online, bħal portal jew applikazzjoni għal tagħmir mobbli, li jippermetti lill-persuni fiżiċi li ma jkunux qegħdin jaġixxu f’kapaċità professjonali li jaċċessaw id-data elettronika tagħhom dwar is-saħħa jew id-data elettronika dwar is-saħħa ta’ dawk il-persuni fiżiċi li d-data elettronika tagħhom dwar is-saħħa huma legalment awtorizzati li jaċċessaw;

(i)

“servizz ta’ aċċess għall-professjonisti tas-saħħa” tfisser servizz, appoġġat minn sistema ta’ EHR, li jippermetti lill-professjonisti tas-saħħa jaċċessaw data ta’ persuni fiżiċi taħt il-kura tagħhom;

(j)

“rekord elettroniku tas-saħħa” jew “EHR” - electronic health record) tfisser ġabra ta’ data elettronika dwar is-saħħa relatata ma’ persuna fiżika u miġbura fis-sistema tas-saħħa, ipproċessata għall-għan tal-forniment tal-kura tas-saħħa;

(k)

sistema ta’ EHR“sistema ta’ rekords elettroniċi tas-saħħa” jew “sistema ta’ EHR” tfisser kwalunkwe sistema fejn is-software jew kombinazzjoni tal-hardware u s-software ta dik is-sistema ippermetti data elettronika personali dwar is-saħħa li tappartjeni għall-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa stabbilita f’dan ir-Regolament li tiġi maħżuna, intermedjata, esporatat, importata, konvertita, editjata jew murija u maħsuba mill-manifattur biex tintuża mill-fornituri tal-kura tas-saħħa meta tingħata l-kura tal-pazjenti jew mill-pazjenti meta jaċċessaw id-data elettronika dwar is-saħħa tagħhom;

(l)

“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu, għall-għan maħsub għaliha, fl-Unjoni, ta’ sistema ta’ EHR koperta b’dan ir-Regolament;

(m)

“komponent tas-software” tfisser parti diskreta mis-software li tipprovdi funzjonalità speċifika jew twettaq funzjonijiet jew proċeduri speċifiċi u li tista’ topera b’mod indipendenti jew flimkien ma’ komponenti oħra;

(n)

“komponent tas-software Ewropew tal-interoperabbiltà għas-sistemi ta’ EHR” tfisser komponent tas-software tas-sistema ta’ EHR li jipprovdi u jirċievi data elettronika personali dwar is-saħħa taħt kategorija ta’ prijorità għall-użu primarju stabbilit skont dan ir-Regolament fil-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa previst f’dan ir-Regolament u li huwa indipendenti mill-komponent tas-software Ewropew tar-reġistrazzjoni għas-sistemi ta’ EHR;

(o)

“komponent tas-software Ewropew tar-reġistrazzjoni għas-sistemi ta’ EHR” tfisser komponent tas-software tas-sistema ta’ EHR li jipprovdi informazzjoni tar-reġistrazzjoni relatata mal-aċċessi mill-professjonisti tas-saħħa jew minn individwi oħra għal kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa stabbiliti skont dan ir-Regolament, fil-format definit fil-punt 3.2 tal-Anness II tiegħu, u li huwa indipendenti mill-komponent tas-software Ewropew tal-interoperabbiltà għas-sistemi ta’ EHR;

(p)

“markatura CE tal-konformità” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li s-sistema ta’ EHR hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament u f’liġi applikabbli oħra tal-Unjoni li tipprevedi t-twaħħil tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

(q)

“riskju” tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ periklu li jikkawża ħsara għas-saħħa, għas-sikurezza jew għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-grad ta’ severità ta’ tali ħsara;

(r)

“inċident serju” tfisser kwalunkwe ħsara jew deterjorament fil-karatteristiċi jew fil-prestazzjoni ta’ sistema ta’ EHR imqiegħda fis-suq li jwassal, seta’ jwassal jew jista’ jwassal direttament jew indirettament għal xi wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-mewt ta’ persuna fiżika jew ħsara serja għas-saħħa ta’ persuna fiżika;

(ii)

preġudizzju serju għad-drittijiet ta’ persuna fiżika;

(iii)

tfixkil serju fil-ġestjoni u fl-operat ta’ infrastruttura kritika fis-settur tas-saħħa;

(s)

“kura” tfisser servizz professjonali li l-għan tiegħu huwa li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ persuna fiżika li, minħabba ħsara jew kundizzjonijiet fiżiċi jew mentali oħra, teħtieġ assistenza, inklużi miżuri preventivi u ta’ appoġġ, biex twettaq attivitajiet essenzjali tal-ħajja ta’ kuljum sabiex tappoġġa l-awtonomija personali tagħha;

(t)

“detentur tad-data dwar is-saħħa” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor fis-setturi tal-kura tas-saħħa jew tal-kura, inklużi servizzi ta’ rimborż meta meħtieġa kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tiżviluppa prodotti jew servizzi maħsuba għas-setturi tas-saħħa, tal-kura tas-saħħa jew tal-kura, li tiżviluppa jew timmanifattura applikazzjonijiet tal-benessri, twettaq riċerka relatata mas-setturi tal-kura tas-saħħa jew tal-kura, jew taġixxi bħala reġistru tal-mortalità, kif ukoll kwalunkwe istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni, li għandhom jew:

(i)

id-dritt jew l-obbligu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli u fil-kapaċità tagħhom bħala kontrolluri jew kontrolluri konġunti, li jipproċessaw data elettronika personali dwar is-saħħa għall-forniment tal-kura tas-saħħa jew tal-kura jew għall-finijiet tas-saħħa pubblika, ir-rimborż, ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politiki, l-istatistika uffiċjali jew is-sikurezza tal-pazjenti jew għal għanijiet regolatorji; jew

(ii)

il-kapaċità li jagħml disponibbli data elettronika mhux personali dwar is-saħħa permezz tal-kontroll tad-disinn tekniku ta’ prodott u servizzi relatati, inkluż billi jirreġistraw, jipprovdu, jillimitaw l-aċċess jew jiskambjaw tali data;

(u)

“utent tad-data dwar is-saħħa” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inklużi istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, li tkun ingħatat aċċess legali għal data elettronika dwar is-saħħa għal użu sekondarju, skont permess tad-data, approvazzjoni ta’ talba għad-data dwar is-saħħa jew approvazzjoni tal-aċċess minn parteċipant awtorizzat fid-DataTas-Saħħa@UE;

(v)

“permess tad-data” tfisser deċiżjoni amministrattiva maħruġa lil utent tad-data dwar is-saħħa minn korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa biex jipproċessa ċerta data elettronika dwar is-saħħa speċifikata fil-permess tad-data għall-għanijiet speċifiċi ta’ użu sekondarju abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament;

(w)

“sett tad-data” tfisser ġabra strutturata ta’ data elettronika dwar is-saħħa;

(x)

“sett tad-data ta’ impatt għoli għall-użu sekondarju” tfisser sett tad-data li l-użu mill-ġdid tiegħu huwa assoċjat ma’ benefiċċji sinifikanti minħabba r-rilevanza tiegħu għar-riċerka dwar is-saħħa;

(y)

“katalgu tas-settijiet tad-data” tfisser ġabra ta’ deskrizzjonijiet tas-settijiet tad-data organizzata b’mod sistematiku u li tinkludi parti pubblika orjentata lejn l-utent, li fiha l-informazzjoni dwar il-parametri individwali tas-settijiet tad-data tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi permezz ta’ portal online;

(z)

“kwalità tad-data” tfisser il-grad sa fejn l-elementi tad-data elettronika dwar is-saħħa huma adatti għal użu primarju u użu sekondarju maħsub tagħhom;

(aa)

“tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data” tfisser dijagramma grafika, inkluża skala, li tiddeskrivi l-kwalità tad-data u l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ sett tad-data;

(ab)

“applikazzjoni tal-benessri” tfisser kwalunkwe software, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ hardware u software, maħsub mill-manifattur biex jintuża minn persuna fiżika, għall-ipproċessar ta’ data elettronika dwar is-saħħa speċifikament sabiex jipprovdi informazzjoni dwar is-saħħa ta’ persuni ifiżiċi, jew iwassal kura għal għanijiet oħrajn minbarra l-forniment tal-kura tas-saħħa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.