9. L-importaturi għandhom jinvestigaw u jsegwu l-ilmenti u l-informazzjoni li jirċievu dwar inċidenti li jinvolvu sistema ta’ EHR li jkunu għamlu disponibbli fis-suq. L-importaturi għandhom jirreġistraw dawk l-ilmenti, kwalunkwe -sejħa lura jewirtirar ta’ sistemi ta’ EHR u kwalunkwe miżura kollettiva li tkun ittieħdet biex is-sistema ta’ EHR tinġieb f’konformità, fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 30(1), il-punt (o), jew fir-reġistru intern tagħhom stess. L-importaturi għandhom iżommu lill-manifattur, lid-distributuri u, meta rilevanti, lir-rappreżentanti awtorizzati infurmati b’mod f’waqtu dwar l-investigazzjoni u s-segwitu tagħha mwettqa u dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni u tas-segwitu tagħha..