+Artikolu 39 Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4
---+Artikolu 39 5
---+Artikolu 39 6
|
Artikolu 39 Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1
|
1. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 30(1), il-punt (e), għandha tiddikjara li l-manifattur ta’ sistema ta’ EHR ikun wera li r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 39 2
|
2. Meta sistema ta’ EHR tkun soġġetta għal atti legali oħra tal-Unjoni fir-rigward ta’ aspetti mhux koperti minn dan ir-Regolament, li wkoll jirrikjedu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE mill-manifattur li fiha jiġi ddikjarat li l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ dawk l-atti legali ikun ġie muri, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità unika tal-UE fir-rigward tal-atti legali kollha tal-Unjoni applikabbli għas-sistema ta’ EHR. Dik id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni li magħha tkun relatata.
|
|
Artikolu 39 3
|
3. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV u għandha tiġi tradotta b’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni ddeterminata mill-Istati Membrui li fihom is-sistema ta’ EHR issir disponibbli.
|
|
Artikolu 39 4
|
4. Fejn dikjarazzjoniji ta’ konformità tal-UE tiġi mfassla f’format diġitali, din għandha issir aċċessibbli online għall-ħajja mistennija tas-sistema ta’ EHR u fi kwalunkwe każ għal mill-inqas 10 snin mill-introduzzjoni fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tas-sistema ta’ EHR.
|
|
Artikolu 39 5
|
5. Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistema ta’ EHR mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, meta tiġi introdotta fis-suq jew imqiegħda fis-servizz.
|
|
Artikolu 39 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika mudell uniformi standard għad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u tagħmlu disponibbli f’format diġitali bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|