+ANNESS Dimensjonijiet tar-riżolvibbiltà
---+1. Kontinwità operazzjonali (a) il-punt sa fejn l-interdipendenzi interni u esterni, finanzjarji u …
---+2. Aċċess għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkunu …
---+3. Separabbiltà (a) il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkunu identifikaw, naqqsu u, fejn …
---+4. Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni (a) il-punt sa fejn teżisti kapaċità …
---+5. Likwidità u finanzjament f'riżoluzzjoni (a) il-punt sa fejn il-mudell tan-negozju tal-impriża …
---+6. Sistemi ta' informazzjoni u rekwiżiti tad- data Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkollhom …
---+7. Komunikazzjoni Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta' …
---+8. Governanza Il-punt sa fejn jeżistu proċessi ta' governanza robusti li jiffaċilitaw it-tħejjija …
---+9. Kredibbiltà u impatt (a) il-punt sa fejn l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tissodisfa l-objettivi ta' …
|
ANNESS Dimensjonijiet tar-riżolvibbiltà
ANNESS Dimensjonijiet tar-riżolvibbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Kontinwità operazzjonali (a) il-punt sa fejn l-interdipendenzi interni u esterni, finanzjarji u …
|
|
1.
|
Kontinwità operazzjonali
|
(a)
|
il-punt sa fejn l-interdipendenzi interni u esterni, finanzjarji u operazzjonali rilevanti kollha ġew identifikati b'referenza għas-servizzi u r-rwoli rilevanti kollha, inkluż il-persunal, u mmappjati ma' entitajiet ġuridiċi, funzjonijiet kritiċi, linji ta' negozju ewlenin u arranġamenti kuntrattwali relatati;
|
|
(b)
|
il-punt sa fejn ikunu fis-seħħ arranġamenti operazzjonali adegwati biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi rilevanti li huma meħtieġa għall-preservazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi, u l-linji ta' negozju ewlenin meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe ristrutturar konsegwenti, b'mod partikolari billi jiġu ffaċilitati trasferimenti possibbli ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, rwoli u persunal;
|
|
(c)
|
il-punt sa fejn ir-riskji għall-kontinwità operazzjonali fir-riżoluzzjoni ġew ivvalutati b'mod komprensiv, inkluż informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva li tippermetti li tiġi identifikata l-kritikalità tas-servizzi rilevanti, inkluż l-impatt tal-interruzzjoni jew id-diskontinwità tas-servizzi rilevanti fir-riżoluzzjoni u s-sostitwibbiltà tagħhom;
|
|
(d)
|
il-punt sa fejn ir-riskji għall-kontinwità operazzjonali ġew mitigati b'mod effettiv u l-preżenza ta' miżuri biex tittejjeb it-tħejjija għar-riżoluzzjoni, inkluż fir-rigward tal-infurzar ta' arranġamenti ta' kontinwità ma' fornituri terzi esterni ta' servizzi rilevanti;
|
|
|
|
2. Aċċess għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkunu …
|
|
2.
|
Aċċess għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju
Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkunu stabbilew il-proċessi u l-arranġamenti meħtieġa biex iżommu l-aċċess, qabel, matul u wara r-riżoluzzjoni, għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju u għas-servizzi ta' pagament, ikklerjar, saldu u kustodja pprovduti minn intermedjarji.
|
|
|
3. Separabbiltà (a) il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkunu identifikaw, naqqsu u, fejn …
|
|
3.
|
Separabbiltà
|
(a)
|
il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkunu identifikaw, naqqsu u, fejn meħtieġ, neħħew sorsi ta' kumplessità mhux dovuta fl-istruttura u fis-sistemi ta' informazzjoni tagħhom, li joħolqu riskju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari bl-objettiv li jiffaċilitaw is-separazzjoni u t-trasferiment ta' funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin;
|
|
(b)
|
il-punt sa fejn iċ-ċessjonarju jew ix-xerrej ikunu disponibbli għall-portafoll jew in-negozju tal-impriża;
|
|
|
|
4. Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni (a) il-punt sa fejn teżisti kapaċità …
|
|
4.
|
Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni
|
(a)
|
il-punt sa fejn teżisti kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni u l-valutazzjoni ta' jekk tali kapaċità hijiex biżżejjed għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, inkluż id-disponibbiltà ta' kwalunkwe skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni jew arranġament ta' finanzjament u l-kredibbiltà li d-detentur tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf ser ikun jista' jassorbi t-telf;
|
|
(b)
|
il-punt sa fejn jeżistu arranġamenti adegwati biex jiġu żgurati r-rikonoxximent u l-effettività transfruntiera tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
il-punt sa fejn jeżistu arranġamenti ta' governanza, proċessi interni u sistemi ta' informazzjoni maniġerjali adegwati biex jappoġġaw l-eżekuzzjoni operazzjonali tal-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni, inkluż biex jappoġġaw it-trasferiment ta' portafolli;
|
|
|
|
5. Likwidità u finanzjament f'riżoluzzjoni (a) il-punt sa fejn il-mudell tan-negozju tal-impriża …
|
|
5.
|
Likwidità u finanzjament f'riżoluzzjoni
|
(a)
|
il-punt sa fejn il-mudell tan-negozju tal-impriża jew tal-grupp jista' jwassal għal ħtiġijiet ta' likwidità f'riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
il-punt sa fejn il-proċessi u l-kapaċitajiet biex (i) jagħtu stima tal-ħtiġijiet ta' likwidità u finanzjament għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni, (ii) ikejlu u jirrapportaw il-pożizzjoni tal-likwidità f'riżoluzzjoni u (iii) jidentifikaw u jimmobilizzaw kollateral disponibbli, jeżistu u jistgħu jintużaw biex jinkiseb finanzjament matul ir-riżoluzzjoni u warajha.
|
|
|
|
6. Sistemi ta' informazzjoni u rekwiżiti tad- data Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkollhom …
|
|
6.
|
Sistemi ta' informazzjoni u rekwiżiti tad-data
Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkollhom fis-seħħ sistemi adegwati ta' informazzjoni dwar il-ġestjoni, kapaċitajiet ta' valwazzjoni u infrastruttura teknoloġika biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għal (i) l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, (ii) l-eżekuzzjoni ta' valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika u (iii) l-applikazzjoni effettiva tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, anke taħt kundizzjonijiet li jinbidlu malajr.
|
|
|
7. Komunikazzjoni Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta' …
|
|
7.
|
Komunikazzjoni
Il-punt sa fejn l-impriżi jew il-gruppi jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta' komunikazzjoni biex jiżguraw komunikazzjoni f'waqtha, robusta u konsistenti lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, u biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni, kif ukoll arranġamenti ta' governanza biex tiġi żgurata eżekuzzjoni effettiva ta' dawn il-pjanijiet.
|
|
|
8. Governanza Il-punt sa fejn jeżistu proċessi ta' governanza robusti li jiffaċilitaw it-tħejjija …
|
|
8.
|
Governanza
Il-punt sa fejn jeżistu proċessi ta' governanza robusti li jiffaċilitaw it-tħejjija kif ukoll l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni, inkluż (i) għoti f'waqtu u akkurat ta' informazzjoni rilevanti fuq bażi regolari u ad hoc, (ii) sorveljanza effettiva matul l-ippjanar tar-riżoluzzjoni u fi kriżi u (iii) teħid ta' deċiżjonijiet effiċjenti fiż-żmien tar-riżoluzzjoni.
|
|
|
9. Kredibbiltà u impatt (a) il-punt sa fejn l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tissodisfa l-objettivi ta' …
|
|
9.
|
Kredibbiltà u impatt
|
(a)
|
il-punt sa fejn l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tissodisfa l-objettivi ta' riżoluzzjoni u hija kredibbli, inkluż l-evalwazzjoni tal-impatti probabbli fuq id-detenturi ta' poloz, il-kredituri, il-kontropartijiet, u l-impjegati;
|
|
(b)
|
il-punt sa fejn l-impatt tar-riżoluzzjoni tal-impriża jew tal-grupp fuq l-ekonomija reali jew l-istabbiltà finanzjarja jista' jiġi evalwat b'mod adegwat u l-kontaġju jista' jiġi limitat, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet possibbli li l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jistgħu jieħdu;
|
|
(c)
|
il-punt sa fejn jeżisti kwalunkwe arranġament u mezz li jista' jiffaċilita r-riżoluzzjoni fil-każijiet ta' gruppi li għandhom impriżi sussidjarji stabbiliti f'ġuriżdizzjonijiet differenti.
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|