+ANNESS II DESKRIZZJONIJIET
---+1. It-Tabella A tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li …
---+2. Għal uħud mill-kategoriji ta' strumenti, huma meħtieġa klassifikazzjonijiet skont il-maturità. …
---+3. Tista' ssir distinzjoni bejn pretensjonijiet finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. …
---+1. “Tranżazzjonijiet finanzjarji” jitkejlu f'termini tad-differenza bejn il-pożizzjonijiet …
---+2. “Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tirrifletti bidliet fil-valutazzjoni …
|
ANNESS II DESKRIZZJONIJIET
ANNESS II DESKRIZZJONIJIET
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. It-Tabella A tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li …
|
|
1.
|
It-Tabella A tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jittrasponu fil-kategoriji nazzjonali tagħhom skont dan ir-Regolament. La l-lista ta' strumenti finanzjarji individwali fit-tabella u lanqas id-deskrizzjonijiet korrispondenti tagħhom ma huma intiżi li jkunu eżawrjenti. Id-deskrizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta' kontijiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (iktar 'il quddiem l-“ESA 2010”).
|
|
|
2. Għal uħud mill-kategoriji ta' strumenti, huma meħtieġa klassifikazzjonijiet skont il-maturità. …
|
|
2.
|
Għal uħud mill-kategoriji ta' strumenti, huma meħtieġa klassifikazzjonijiet skont il-maturità. Dawn jirreferu għal:
|
(a)
|
il-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, li huwa l-perijodu fiss tal-ħajja ta' strument finanzjarju li qablu ma jistax jinfeda, eż. titoli ta' dejn, jew li qablu jista' jinfeda biss b'penali, eż. xi tipi ta' depożiti; jew
|
|
(b)
|
il-maturità li jifdal, jiġifieri l-perjodu ta' ħajja li jifdal ta' strument finanzjarju fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportar, li qablu ma jistax jinfeda, eż. titoli ta' dejn, jew li qablu jista' jinfeda biss b'penali, eż. xi tipi ta' depożiti.
|
|
|
|
3. Tista' ssir distinzjoni bejn pretensjonijiet finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. …
|
|
3.
|
Tista' ssir distinzjoni bejn pretensjonijiet finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Pretensjoni tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun faċilment tista' tiġi trasferita minn unità għal oħra b'konsenja jew approvazzjoni jew tkun paċuta fil-każ ta' derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista' potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati permezz ta' borża organizzata jew barra l-borża, minkejja li jekk attwalment ikunux innegozjati mhix kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà.
|
Tabella A
Deskrizzjoni ta' kategoriji ta' strumenti fl-assi u l-obbligazzjonijiet ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (ICs)
ASSI
|
Kategoriji ta' strumenti
|
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin
|
|
|
Investimenti f'karti tal-flus u muniti tal-euro u ta' valuti barranin f'ċirkolazzjoni li jintużaw b'mod komuni sabiex isiru ħlasijiet u depożiti li jsiru mill-IC ma' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM). Dawn jistgħu jinkludu depożiti ta' matul il-lejl, depożiti b'maturità miftiehma u depożiti li jistgħu jinfdew b'avviż, kif ukoll pretensjonijiet taħt retroriakkwisti jew self teħid ta' titoli b'self kontra kollaterali fi flus kontanti.
|
|
1.1
|
Depożiti trasferibbli
|
|
Depożiti trasferibbli huma depożiti li huma trasferibbli direttament fuq talba biex jagħmlu ħlasijiet lil aġenti ekonomiċi oħra permezz ta' mezzi ta' ħlas użati normalment, bħal trasferiment ta' kreditu u debitu dirett, possibbilment ukoll permezz ta' karta ta' kreditu jew ta' debitu, tranżazzjonijiet ta' flus elettroniċi, ċekkijiet, jew mezzi simili, mingħajr dewmien sinifikanti, restrizzjoni jew penali. Depożiti li jistgħu jintużaw biss għal ġbid ta' flus, u/jew depożiti li minnhom jistgħu jinġibdu jew jiġu ttrasferiti flus permezz ta' kont ieħor tal-istess sid, m'għandhomx jiddaħħlu bħala depożiti trasferibbli.
|
|
|
Investimenti f'titoli ta dejn, li huma strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala prova ta' dejn, normalment jiġu nnegozjati fis-swieq sekondarji. Dawn jistgħu jiġu paċuti wkoll fuq is-suq u ma jagħtu ebda dritt ta' proprjetà lid-detentur kontra l-istituzzjoni ta-ħruġ.
Din il-kategorija ta' strumenti tinkludi:
|
—
|
investimenti f'titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b'kuntratt fil-forma ta' pagamenti ta' ċedoli u/jew ta' somma fissa stabbilita minn qabel f'data jew dati speċifiċi, jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ,
|
|
—
|
self li jkunu saru negozjabbli f'suq organizzat, jiġifieri self innegozjati, sakemm ikun hemm prova ta' kummerċ f'suq sekondarju, inkluża l-eżistenza ta' ġeneraturi tas-suq, u l-kwotazzjoni frekwenti tal-ass finanzjarju, bħal dik ipprovduta minn bid-offer spreads. Meta dawn il-kriterji ma jkunux sodisfatti, is-self għandu jkun ikklassifikat taħt il-kategorija ta' strumenti 3 “Self” (ara wkoll “self innegozjat” taħt l-istess kategorija),
|
|
—
|
debitu subordinat fil-forma ta' titoli ta' dejn (ara ukoll “debitu subordinat fil-forma ta' depożiti jew self” fil-kategorija 3 “Self”).
|
Titoli mislufa taħt operazzjonijiet ta' self ta' titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tas-sid oriġinali (u ma jiġux irreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-akkwirent temporanju) meta jkun hemm impenn sod li tinqeleb l-operazzjoni, u mhux sempliċement għażla biex isir dan. Meta l-akkwirent temporanju ibiegħ it-titoli rċevuti, dan il-bejgħ għandu jitniżżel bħala transazzjoni ċara f'titoli u mdaħħla fil-karta tal-bilanċ tal-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli.
|
|
|
Għall-finijiet tal-iskema ta' rapportar, din il-kategorija tikkonsisti f'fondi mislufa minn ICs lil mutwatarji, jew self akkwistati minn ICs, li tagħhom ikun hemm prova permezz ta' dokumenti mhux negozjabbli jew inkella ma jkunx hemm prova b'dokumenti.
L-oġġetti li ġejjin huma inklużi:
|
—
|
investimenti f'titoli ta' dejn li ma humiex negozjabbli: investimenti f'titoli ta' dejn li mhumiex negozjalli u li ma jistgħux jiġu nnegozjati u ma jistgħux jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji,
|
|
—
|
self innegozjati: self li de facto jkunu saru negozjabbli għandhom jiġu kklassifikati taħt il-partita ta' assi “self” kemm-il darba ma jkun hemm ebda evidenza ta' negozjar f'suq sekondarju. Inkella jiġu kklassifikati bħala titoli ta' dejn (kategorija ta' strumenti 2),
|
|
—
|
dejn subordinat fil-forma ta' self: strumenti ta' dejn subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista' tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla, biex b'hekk jingħatawlhom xi wħud mill-karatteristiċi ta' ekwità. Għal finijiet ta' statistika, dejn subordinat għandu jiġi kklassifikat bħala “self” jew bħala “titoli ta' dejn” skont in-natura tal-istrument finanzjarju. Meta investimenti ta' IC f'kull forma ta' dejn subordinat ikunu identifikati attwalment bħala ċifra unika għal skopijiet statistiċi, din iċ-ċifra trid tiġi klassifikata taħt il-partita tal-assi “titoli ta' dejn”, fuq il-bażi li debitu subordinat huwa kkostitwit b'mod predominanti fil-forma ta' titoli, aktar milli self,
|
|
—
|
pretensjonijiet taħt retroriakkwisti jew self ta' titoli kontra kollateral fi flus kontanti; kontroparti ta' flus imħallsa bi skambju għal tito9li mixtrija minn aġenti li jirrapportaw bi prezz partikolari taħt impenn fiss li jinbiegħu mill-ġdid l-istess titoli jew titoli simili bi prezz fiss f'data futura speċifikata, jew self ta' titoli kontra kollateral fi flus.
|
Din il-kategorija teskludi assi fil-forma ta' depożiti li jsiru minn ICs (li huma inklużi fil-kategorija 1).
|
|
3.1
|
Garanziji ta' depożitu b'rabta ma' negozju ta' riassigurazzjoni
|
|
Depożiti li jsiru minn korporazzjonijiet ta' riassigurazzjoni bħala kolateral għal ICs li jaġixxu bħala korporazzjonijiet ċessjonarji fi transazzjonijiet ta' riassigurazzjoni.
|
|
|
Assi finanzjarji li jirrappreżentaw drittijiet ta' proprjetà f'korporazzjonijiet jew kważikorporazzjonijiet. Tali assi finanzjarji ġeneralment jagħtu dritt lid-detenturi għal sehem fil-profitti tal-korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet, u għal sehem fl-assi netti tagħhom f'każ ta' likwidazzjoni.
Din il-kategorija tinkludi ishma elenkati u mhux elenkati u ekwità oħra.
Titoli ta' ekwità mislufa taħt operazzjonijiet ta' self ta' titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid, jiġu ttrattati b'mod konformi mal-kategorija 2 “Titoli ta' dejn”.
|
|
|
It-titoli ta' ekwità kkwotati f'borża. Din il-borża tista' tkun borża rikonoxxuta jew kwalunkwe forma oħra ta' suq sekondarju. L-ishma kkwotati jissejħu wkoll “ishma kkwotati fil-borża”.
|
|
|
L-ishma mhux ikkwotati huma titoli ta' ekwità mhux ikkwotati f'Borża.
|
|
|
Ekwità oħra tinkludi kull forma ta' ekwità minbarra ishma elenkati u ishma mhux elenkati.
|
|
5.
|
Ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment
|
|
Din il-kategorija tinkludi investimenti f'ishma jew unitajiet maħruġa minn fondi tas-suq monetarju (MMFs) u fondi ta' investiment li mhumiex MMF (jiġifieri fondi ta' investiment apparti MMFs) inklużi fil-listi tal-BĊE ta' IFM u fondi ta' investiment (FI) għal finijiet ta' statistika.
|
|
5.1
|
Ishma/unitajiet ta' MMF
|
|
Investimenti f'ishma jew unitajiet maħruġa minn MMFs kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).
|
|
5.2
|
Ishma/unitajiet mhux ta' MMF
|
|
Investimenti f'ishma jew unitajiet maħruġa minn FI apparti MMFs kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38).
|
|
6.
|
Derivattivi finanzjarji
|
|
Derivattivi finanzjarji huma strumenti finanzjarji li huma marbuta ma' strument finanzjarju, indikatur jew kommodità speċifikati, li permezz tagħhom riskji finanzjarji speċifiċi jistgħu jkunu nnegozjati fi swieq finanzjarji per se.
Din il-kategorija tinkludi:
|
—
|
derivattivi tal-kreditu.
|
Id-derivattivi finanzjarji huma rreġistrati bil-valur tas-suq fuq il-karta tal-bilanċ fuq bażi grossa. Kuntratti individwali ta' derivattivi b'valuri tas-suq pożittivi għandhom jitniżżlu fuq in-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ, u l-kuntratti b'valuri tas-suq negattivi fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ.
Rabtiet futuri gross li joħorġu minn kuntratti ta' derivattivi m'għandhomx jiddaħħlu bħala partiti ta' fuq il-karta tal-bilanċ.
Din il-kategorija ma tinkludix derivattivi finanzjarji li ma humiex soġġetti għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ skont ir-regoli nazzjonali.
|
|
7.
|
Riservi tekniċi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja
|
|
Pretensjonijiet finanzjarji ta' ICs kontra korporazzjonijiet tar-riassigurazzjoni ibbażati fuq poloz tar-riassigurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja.
|
|
|
Assi tanġibbli jew intanġibbli minbarra assi finanzjarji.
Din il-kategorija tinkludi residenzi, binjiet u strutturi oħrajn, makkinarju u tagħmir, oġġetti prezzjużi, prodotti tal-proprjetà intellettwali bħal programmi tal-kompjuter u databases.
|
|
|
Din hija l-kategorija residwa fuq in-naħa tal-assi tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “assi mhux inklużi x'imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu li jiġu rrapportati subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi taħt din il-kategorija. Attiv li jifdal jista' jinkludi:
|
—
|
imgħax akkumulat riċevibbli,
|
|
—
|
pretensjonijiet ta' riassigurazzjoni riċevibbli,
|
|
—
|
ammonti riċevibbli li mhumiex relatati man-negozju prinċipali tal-IC.
|
|
OBBLIGAZZJONIJIET
|
Kategorija ta' strumenti
|
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin
|
|
10.
|
Titoli ta' dejn maħruġin
|
|
Titoli maħruġa mill-IC, minbarra ekwità, li huma strumenti normalment negozjabbli u nnegozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtu ebda drittijiet ta' proprjetà lid-detentur fuq l-istituzzjoni emittenti.
|
|
|
Ammonti dovuti lil kredituri mill-IC, minbarra dawk li jirriżultaw mill-ħruġ ta' titoli negozzjabbli. Din il-kategorija tikkonsisti f'dawn li ġejjin:
|
—
|
self: self mogħtija lill-ICs li tagħhom ikun hemm prova permezz ta' dokumenti mhux negozjabbli jew li tagħhom ma jkunx hemm prova permezz ta' dokumenti,
|
|
—
|
riakkwisti u operazzjonijiet tat-tip ta' riakkwisti kontra kollaterali fi flus kontanti: kontroparti ta' flus irċevuti bi skambju għal titoli mibjugħa mill-IC bi prezz miftiehem taħt rabta soda biex l-istess titoli (jew simili) jerġgħu jinxtraw bi prezz fiss f'data speċifikata aktar 'il quddiem. Ammonti rċevuti mill-IC bi skambju għal titoli ttrasferiti lil parti terza (l-“akkwirent temporanju”) għandhom jiġu kklassifikati hawnhekk meta jkun hemm rabta soda biex jinqaleb l-operat u mhux sempliċement għażla biex isir dan. Dan jimplika li l-IC iżomm ir-riskji u l-benefiċċji kollha tat-titoli sottostanti matul l-operat,
|
|
—
|
kollaterali fi flus kontanti riċevuti fi skambju għal self ta' titoli: ammonti rċevuti bi skambju għal titoli ittrasferiti temporanjament lil parti terza fil-forma ta' self ta' titoli kontra kollateral fi flus,
|
|
—
|
kollateral fi flus riċevuti f'operazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju ta' deheb kontra kollateral.
|
|
|
11.1
|
Garanziji ta' depożitu b'rabta ma' negozju ta' riassigurazzjoni
|
|
Depożiti riċevuti minn korporazzjonijiet ċessjonarji bħala kollateral minn korporazzjonijiet ta' riassigurazzjoni.
|
|
|
Ara l-kategorija 4
|
|
|
Ara l-kategorija 4.1
|
|
12.2
|
Ishma mhux ikkwotati
|
|
Ara l-kategorija 4.2
|
|
|
Ara l-kategorija 4.3
|
|
13.
|
Riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms tal-assigurazzjoni futuri tad-detenturi tal-poloz tagħha.
|
|
13.1
|
Riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni tal-ħajja
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms tal-assigurazzjoni futuri tad-detenturi tal-poloz tagħha fuq il-ħajja.
|
|
13.1.1
|
li minnhom riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma' Unità
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms tal-assigurazzjoni futuri tad-detenturi tal-poloz tagħha fuq il-ħajja marbuta ma' unità. Il-klejms futuri tad-detentur ta' polza taħt kuntratt ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma' unità jiddependu fuq il-prestazzjoni ta' pool ta' assi li fihom ikunu investiti l-fondi tad-detentur tal-polza.
|
|
13.1.2
|
li minnhom riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mhux marbuta ma' unità
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms tal-assigurazzjoni futuri tad-detenturi tal-poloz tagħha fuq il-ħajja mhux marbuta ma' unità. Il-klejms futuri ta' detentur ta' polza taħt kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il- ħajja mhux marbuta ma' unità ma jiddependux fuq il-prestazzjoni ta' xi pool ta' assi ddefinit.
|
|
13.1.3
|
li minnhom intitolamenti għall-pensjoni
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms futuri tal-iskemi tal- pensjoni tagħha. Din il-kategorija tirreferi biss għal pjanijiet tal-pensjoni okkupazzjonali. Pjanijiet tal-pensjoni individwali li ma humiex marbuta ma' relazzjoni ta' impjieg ma jaqgħux taħt din il-kategorija.
|
|
13.1.3.1
|
Intitolamenti għall-pensjoni li minnhom Skemi ta' kontribuzzjoni ddefiniti
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms tal-assigurazzjoni futuri tad-detenturi tal-poloz tal-iskema ta' kontribuzzjoni ddefinita tagħha.
Fi skema ta' kontribuzzjoni ddefinita, il-benefiċċji mħallsa jiddependu mir-rendiment tal-assi akkwistati mill-iskema tal-pensjoni. Il-passiv ta' skema b'kontribuzzjoni definita hu l-valur tas-suq attwali tal-assi tal-fond.
|
|
13.1.3.2
|
Intitolamenti għall-pensjoni li minnhom Skemi ta' benefiċċju ddefiniti
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms tal-assigurazzjoni futuri tad-detenturi tal-poloz tal-iskema ta' benefiċċju ddefinita tagħha.
Fi skema tal-pensjoni ta' benefiċċju definit, il-livell tal-benefiċċji tal-pensjoni mwiegħda lil impjegati parteċipanti jiġi determinat b'formola miftiehma minn qabel. Il-passiv ta' skema tal-pensjoni ta' benefiċċju definit ikun daqs il-valur preżenti tal-benefiċċji mwiegħda.
|
|
13.1.3.3
|
Intitolamenti għall-pensjoni li minnhom Skemi ibridi
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms tal-assigurazzjoni futuri tal-iskemi tagħha li jikkombinaw elementi ta' kontribuzzjoni ddefinita u skemi ta' benefiċċji ddefiniti.
|
|
13.2
|
Riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja
|
|
L-ammont ta' kapital li l-IC iżżomm sabiex tissodisfa l-klejms tal-assigurazzjoni futuri tad-detenturi tal-poloz tagħha mhux fuq il-ħajja.
|
|
13.2.1
|
Assigurazzjoni għall-ispejjeż mediċi
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni għall-ispejjeż mediċi fejn in-negozju sottostanti ma jkunx segwit fuq bażi teknika simili bħal dik tal-assigurazzjoni fuq il- ħajja, minbarra l-obbligi inklużi fil-linja tan-negozju 13.2.3.
|
|
13.2.2
|
Assigurazzjoni għall-protezzjoni tad-dħul
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni għall-protezzjoni tad-dħul fejn in-negozju sottostanti ma jkunx segwit fuq bażi teknika simili bħal dik tal-assigurazzjoni fuq il- ħajja, minbarra l-obbligi inklużi fil-linja tan-negozju 13.2.3.
|
|
13.2.3
|
Assigurazzjoni għall-kumpens tal-ħaddiema
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni tas-saħħa relatati ma' inċidenti fuq ix-xogħol, korriment industrijali u mard okkupazzjonali u fejn in-negozju sottostanti ma jkunx segwit fuq bażi teknika simili bħal dik tal-assigurazzjoni fuq il- ħajja.
|
|
13.2.4
|
Assigurazzjoni għal responsabbiltà għal vetturi bil-mutur
|
|
Obbligi ta' assigurazjoni li jkopru kull responsabbiltà li tista' tirriżulta mill-użu ta' vetturi bil-mutur li joperaw fuq l-art (inkluża r-responsabbiltà tat-trasportatur).
|
|
13.2.5
|
Assigurazzjoni oħra fuq vetturi
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru kull ħsara lil jew telf ta' vetturi ta' fuq l-art (inklużi vetturi ferrovjarji).
|
|
13.2.6
|
Assigurazzjoni marittima, tal-avjazzjoni u tat-trasport
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru kull ħsara jew telf lil inġenji tal-baħar, tal-lagi, tax-xmajjar u tal-kanali, inġenji tal-ajru, u ħsara lil jew telf ta' merkanzija fi tranżitu jew bagalji irrispettivament mill-forma tat-trasport. Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-użu ta' inġenji tal-ajru, vapuri, inġenji tal-baħar jew dgħajjes fuq il-baħar, lagi, xmajjar jew kanali (inkluża r-responsabbiltà tat-trasportatur).
|
|
13.2.7
|
Assigurazzjoni għal nirien u ħsarat oħrajn lill-proprjetà
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru kull ħsara lil jew telf ta' proprjetà, minbarra dawk inklużi fil-linji tan-negozju 13.2.5 u 13.2.6, minħabba nar, splużjoni, forzi naturali inklużi tempesti, borra jew silġ, enerġija nukleari, ċediment tal-art u kwalunkwe avveniment bħal serq.
|
|
13.2.8
|
Assigurazzjoni għal responsabbiltà ġenerali
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru responsabbiltajiet minbarra dawk fil-linji ta' negoszju 13.2.4 u 13.2.6.
|
|
13.2.9
|
Assigurazzjoni ta' kreditu u ta' garanzija
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru insolvenza, kreditu tal-esportazzjoni, kreditu fuq ħlas bin-nifs, ipoteki, kreditu agrikolu u garanziji diretti u indiretti.
|
|
13.2.10
|
Assigurazzjoni għal spejjeż legali
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru spejjeż legali u l-ispejjeż tal-litigazzjoni
|
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru assistenza għal persuni li jiltaqgħu ma' diffikultajiet waqt li jkunu qegħdin jivvjaġġaw, waqt li jkunu 'l bogħod mid-dar u waqt li jkunu 'l bogħod mir-residenza normali tagħhom.
|
|
13.2.12
|
Telf finanzjarju mixxellanju
|
|
Obbligi ta' assigurazzjoni li jkopru riskju tal-impjieg, dħul insuffiċjenti, temp ħażin, telf ta' benefiċċju, spejjeż ġenerali kontinwi, spejjeż ta' negozjar mhux previsti, telf ta' valur fis-suq, telf ta' kera jew dħul, telf indirett minn negozjar minbarra dawk imsemmija hawn fuq, telf ieħor (mhux tan-negozju) kif ukoll kull riskju ieħor ta' assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja li ma jkunx koperta bil-linji ta' negozju 13.2.1 sa 13.2.11.
|
|
|
Obbligi ta' riassigurazzjoni
|
|
14.
|
Derivattivi finanzjarji
|
|
Ara l-kategorija 6
|
|
15.
|
Obbligazzjonijiet li jifdal
|
|
Din hija l-partita residwa fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “obbligazzjonijiet mhux inklużi x'imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu li jiġu rrapportati subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi taħt din il-kategorija. Obbligazzjonijiet li jifdal jistgħu jinkludu:
|
—
|
ammonti pagabbli mhux relatati man-negozju prinċipali tal-IC, jiġifieri ammonti dovuti lil fornituri, taxxi, pagi, kontribuzzjonijiet soċjali, eċċ.
|
|
—
|
dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw responsabbiltajiet kontra partijiet terzi, jiġifieri pensjonijiet, dividendi, eċċ.
|
|
—
|
pożizzjonijiet netti li joħorġu mis-self ta' titoli mhux garantiti bi flus kontanti,
|
|
—
|
ammonti netti pagabbli fir-rigward tar-regolament futur ta' transazzjonijiet f'titoli.
|
|
PARTI 2
Deskrizzjonijiet ta' attributi titolu b'titolu
Tabella B
Deskrizzjonijiet ta' attributi titolu b'titolu
|
Qasam
|
Deskrizzjoni
|
|
Kodiċi għall-identifikazzjoni tat-titolu
|
Kodiċi li tidentifika titolu b'mod uniku, soġġett għall-istruzzjonijiet tal-BĊN (eż. in-numru ta' identifikazzjoni tal-BĊN, CUSIP, SEDOL).
|
|
Numru ta' unitajiet jew ammont nominali aggregat
|
Numru ta' unitajiet ta' titolu, jew ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f'ammonti aktar milli f'unitajiet, eskluż imgħax akkumulat.
|
|
Prezz
|
Prezz tas-suq għal kull unità ta' titolu, jew perċentwal tal-ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f'ammonti aktar milli f'unitajiet. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll li l-imgħax akkumulat ikun irrapportat taħt din il-pożizzjoni.
|
|
Quotation basis (Bażi ta' kwotazzjoni)
|
Jindika kif inhu kkwotat it-titolu, bħala perċentwali jew f'unitajiet
|
|
Ammont totali
|
Valur tas-suq totali ta' titolu Fil-każ ta' titoli li huma nnegozjati f'unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs in-numru ta' titoli multiplikat bil-prezz għal kull unità. Meta t-titoli jkunu nnegozjati f'ammonti aktar milli f'unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs l-ammont nominali aggregat immultiplikat bil-prezz imfisser bħala persentaġġ tal-ammonti nominali.
Il-BĊNi jistgħu fil-prinċipju jitolbu li l-imgħax akkumulat ikun irrapportat jew taħt din il-pożizzjoni jew inkella separatament. Madankollu, il-BĊNi jistgħu fid-diskrezzjoni tagħhom jitolbu dejta li teskludi imgħax akkumulat.
|
|
Transazzjonijiet finanzjarji
|
Is-somma tax-xiri wara li jitnaqqsu l-bejgħ (titoli fuq in-naħa tal-assi) jew l-emissjonijiet wara li jitnaqqsu l-fidjiet (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta' titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni f'euro.
|
|
Titoli mixtrija
|
Is-somma tax-xiri ta' titolu rreġistrat bil-valur tat-transazzjoni.
|
|
Titoli mibjugħa
|
Is-somma tal-bejgħ ta' titolu rreġistrat bil-valur tat-transazzjoni.
|
|
Munita tar-reġistrazzjoni tat-titolu
|
Kodiċi ISO jew ekwivalenti tal-munita użata biex tfisser il-prezz u/jew l-ammont pendenti tat-titolu.
|
|
Bidliet oħra fil-volum b'valur nominali
|
Bidliet oħrajn fil-volum tat-titolu miżmum, bil-valur nominali fil-valuta/unità nominali jew f'euro.
|
|
Bidliet oħra fil-volum b'valur tas-suq
|
Bidliet oħrajn fil-volum tat-titolu miżmum, bil-valur tas-suq f'euro.
|
|
Investiment f'portafoll jew investiment dirett
|
The function of the investment according to its classification in balance of payment statistics (1).
|
|
Pajjiż emittent
|
Ir-residenza tal-emittent Fil-każ ta' ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment, il-pajjiż emittent jirreferi għall-post fejn il-fond ta' investiment ikun residenti u mhux għar-residenza tal-maniġer tal-fond.
|
PARTI 3
Tabella Ċ
Deskrizzjonijiet ta' primjums, klejms u kummissjonijiet
|
Kategorija
|
Deskrizzjoni
|
|
Primjums kontabbilizzati
|
Primjums grossi kontabilizzati li jikkonsistu fl-ammonti kollha dovuti matul is-sena finanzjarja fir-rigward ta' kuntratti ta' assigurazzjoni, irrispettivament mill-fat li dawk l-ammonti jistgħu jkunu relatati totalment jew parzjalment ma' sena finanzjarja aktar tard.
|
|
Klejms imġarrba
|
Somma tal-klejms imħallsa fir-rigward tas-sena finanzjarja u l-provvediment għal klejms għal dik is-sena finanzjarja, wara li jitnaqqas il-provvediment għal klejms għas-sena finanzjarja preċedenti.
|
|
Kummissjonijiet
|
Spejjeż tal-akkwist imħallsa minn ICs lil entitajiet oħrajn biex ibiegħu l-prodotti tagħhom.
|
PARTI 4
Deskrizzjonijiet skont is-settur
L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni settorjali. It-Tabella D tipprovdi deskrizzjonijiet dettaljati ta' dawk is-setturi li l-BĊNi għandhom jittrasponu fil-kategoriji nazzjonali tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-kontropartijiet residenti fit-territorji tal-Istati membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma identifikati skont is-settur tagħhom b'mod konformi mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal finijiet statistiċi u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduta fil-“Manwal dwar is-Settur tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Monetarji u Statistika dwar is-Swieq: Gwida għall-Klassifikazzjoni statistika tal-klijenti”
(2).
TABELLA D
Deskrizzjonijiet skont is-settur
|
Settur
|
Deskrizzjonijiet
|
|
|
IFM huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Is-settur tal-IFM jikkonsisti minn BĊNi, istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-liġi tal-Unjoni, MMFs, istituzzjonijiet finanzjarji oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti viċini għal depożiti mingħand entitajiet li mhumiex IFM u, f'isimhom stess, tal-anqas f'termini ekonomiċi, biex jagħtu self u/jew jagħmlu investimenti f'titoli, u istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li huma prinċipalment involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja fil-forma ta' ħruġ ta' flus elettroniċi.
|
|
|
Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali kollha li huma produtturi mhux għas-suq li l-output tagħhom huwa intiż għall-konsum individwali u kollettiv, u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u l-unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu nazzjonali u l-ġid (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113)
|
|
3.
|
Intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra ICs u fondi tal-pensjonijiet + FI li mhumiex MMF + awżiljarji finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus
|
|
L-intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra s-subsettur tal-ICs u tal-fondi ta' pensjonijiet (S.125) jikkonsistu fil-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet kollha li huma involuti prinċipalment fl-intermedjazzjoni finanzjarja billi jġarrbu obbligazzjonijiet f'forma oħra minbarra valuta, depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), ishma/unitajiet ta' FI, jew b'rabta ma' assigurazzjoni, pensjonijiet u skemi ta' garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali. FVCs kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40) huma inklużi f'dan is-subsettur (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94).
FI li mhumiex MMF huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38).
Is-sottosettur tal-awżiljari finanzjarji (S.126) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status kważi ta' korporazzjoni finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f'attivitajiet marbuta mill-qrib ma' intermedjazzjoni finanzjarja iżda li huma nfushom mhumiex intermedjarji finanzjarji. Dan is-subsettur jinkludi wkoll uffiċċji prinċipali li s-sussidjarji tagħhom huma kollha jew prinċipalment korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97).
Is-sottosettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal- flus (S.127) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji kollha u kważi-korporazzjonijiet li la huma involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira jew tal-assi tagħhom jew l-obbligazzjonijiet tagħhom mhumiex innegozjati fi swieq miftuħa. Dan is-subsettur jinkludi kumpaniji holding li jżommu livelli ta' ekwità li jagħtuhom kontroll fuq grupp ta' korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm l-ekwità, jiġifieri, la jamministraw u lanqas ma jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 u 2.99)
|
|
|
ICs huma ddefiniti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
|
|
5.
|
Fondi tal-pensjonijiet
|
|
Is-subsettur tal-fondi tal-pensjonijiet (S.129) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet li huma involuti prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ippuljar tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjoni bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu introjtu waqt l-irtirar, u ħafna drabi benefiċċji mal-mewt u diżabbiltà (ESA 2010, paragrafi 2.105 sa 2.110). Fondi tas-sigurtà soċjali li jaqgħu fi ħdan is-settur tal-gvern ġenerali huma esklużi.
|
|
6.
|
Korporazzjonijet mhux finanzjarji
|
|
Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi tas-suq, u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważi-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.45 sa 2.50).
|
|
7.
|
Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi
|
|
Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f'individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi u bħala imprendituri li jipproduċu prodotti għas-suq u jipprovdu servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm il-produzzjoni ta' prodotti u servizzi ma tkunx imwetqa minn entitajiet separati li huma kważi-korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta' individwi li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklużivament għal użu finali proprju. Is-settur tal-unitajiet domestiċi jinkludi proprjetarjati uniċi u soċjetajiet mhux inkorporati li mhumiex entitajiet legali indipendenti, minbarra dawk ittrattati bħala kważi-korporazzjonjiet, u li huma produtturi għas-suq (ESA 2010, paragrafi 2.118 sa 2.128).
Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi jikkonsisti f'istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċi u li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus kontanti jew in natura minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvern ġenerali u minn introjtu minn proprjetà (ESA 2010, paragraphs 2.129 u 2.130)
|
PARTI 5
Deskrizzjonijiet ta' transazzjonijiet finanzjarji u aġġustamenti ta' rivalutazzjoni għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament
|
|
1. “Tranżazzjonijiet finanzjarji” jitkejlu f'termini tad-differenza bejn il-pożizzjonijiet …
|
|
1.
|
“Tranżazzjonijiet finanzjarji” jitkejlu f'termini tad-differenza bejn il-pożizzjonijiet tal-istokk f'dati ta' rappurtar ta' tmiem il-perijodu, li minnha jitneħħew l-effetti ta' bidliet li jirriżultaw mill-influwenza ta' “aġġustamenti ta' rivalutazzjoni” (bħala konsegwenza ta' tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju) u mir-“riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra”. Il-BĊE jeħtieġ informazzjoni statistika għall-iskop li jikkumpila dejta dwar tranżazzjonijiet finanzjarji fil-forma ta' aġġustamenti li jinvolvu “riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra” kif ukoll “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju”.
|
|
|
2. “Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tirrifletti bidliet fil-valutazzjoni …
|
|
2.
|
“Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tirrifletti bidliet fil-valutazzjoni tal-assi/obbligazzjonijiet li li jirriżultaw jew minn bidliet fil-prezz li bih jiġu rreġistrati jew innegozjati assi/obbligazzjonijiet, jew minn bidliet fir-rata tal-kambju li jaffettwaw il-valuri, espressi f'euro, ta' assi u obbligazzjonijiet iddenominati f'valuta barranija. Ir-rivalutazzjonijiet tal-prezz iqisu l-bidliet li jseħħu tul iż-żmien fil-valur tal-istokks ta' tmiem il-perijodu minħabba bidliet fil-valuri ta' referenza li bihom dawk l-istokks huma rreġistrati, jiġifieri qligħ/telf ta' investiment. Movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jseħħu bejn id-dati tar-rappurtar ta' tmiem il-perijodu jwasslu wkoll għal bidliet fil-valur tal-assi/obbligazzjonijiet meta mfissra f'euro. Billi dawn il-bidliet jirrappreżentaw qligħ/telf ta' investiment u mhumiex dovuti għal tranżazzjonijiet finanzjarji, dawn l-effetti għandhom jitneħħew mid-dejta tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. Fil-prinċipju, “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tqis ukoll bidliet fil-valur li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fl-assi/obbligazzjonijiet, jiġifieri qligħ/telf realizzat; madankollu, hemm prattiċi nazzjonali differenti f'dan ir-rigward.
|
(1) Linja Gwida BĊE/2011/23 tad-9 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).
(2) Marzu 2007, disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq https://www.ecb.europa.eu/
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.12.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1374
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|