|
Kwalunkwe inċident kbir kopert bil-paragrafu 1 jew li jkollu minn tal-lanqas waħda mill-konsegwenzi deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni.
1. Sustanzi perikolużi involuti
Kwalunkwe nar jew splużjoni jew skariku aċċidentali ta’ sustanza perikoluża li tinvolvi kwantità ta’ mill-anqas 5 % tal-kwantità li tikkwalifika stabbilita fil-Kolonna 3 tal-Parti 1 jew fil-Kolonna 3 tal-il-Parti 2 tal-Anness I.
2. Korriment ta’ persuni u ħsara għall-proprjetà;
(b)
sitt persuni korruti fl-istabbiliment u jinżammu fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;
(c)
persuna waħda barra l-istabbiliment tinżamm fl-isptar mill-anqas għal 24 siegħa;
(d)
abitazzjoni(jiet) barra l-istabbiliment li ssirilha(hom) ħsara u ma tkunx/jkunux tista'/jistgħu tintuża/jintużaw iżjed minħabba l-inċident;
(e)
l-evakwazzjoni jew l-għeluq ta’ persuni għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa mill-anqas 500;
(f)
l-interruzzjoni tas-servizzi tal-ilma tajjeb għax-xorb, tal-elettriku, tal-gass jew tat-telefon għal aktar minn sagħtejn (persuni × sigħat): il-valur huwa tal-anqas 1 000 .
3. Ħsara immedjata għall-ambjent
(a)
Ħsara permanenti jew għal żmien twil għall-ħabitats terrestri:
(i)
0,5 ettari jew aktar ta’ ħabitat ta’ importanza ambjentali jew ta’ valur ta’ konservazzjoni li huwa protett bil-liġi;
(ii)
10 ettari jew aktar ta’ ħabitat li huwa aktar mifrux, inkluża art agrikola;
(b)
ħsara sinifikanti jew ta’ perjodu twil għall-ħabitats tal-ilma ġieri u tal-baħar:
(i)
10 km jew aktar ta’ xmara jew kanal;
(ii)
ettaru (1) jew aktar ta’ lag jew għadira;
(iii)
2 ettari jew aktar ta’ delta;
(iv)
2 ettari jew aktar ta’ kosta jew baħar miftuħ;
(c)
ħsara sinifikanti għall-akkwifer jew l-ilma taħt l-art:
ettaru (1) jew aktar.
4. Ħsara għall-proprjetà:
(a)
ħsara għall-proprjetà fl-istabbiliment: mill-anqas EUR 2 000 000 ;
(b)
ħsara għall-proprjetà barra l-istabbiliment: mill-anqas EUR 500 000 .
5. Ħsara transkonfinali
Kwalunkwe inċident kbir li jinvolvi direttament sustanza perikoluża li tikkawża effetti barra t-territorju tal-Istat Membru konċernat.
|