+ANNESS I REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VALURI PARAMETRIĊI UŻATI BIEX TIĠI VVALUTATA L-KWALITÀ TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

ANNESS I REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VALURI PARAMETRIĊI UŻATI BIEX TIĠI VVALUTATA L-KWALITÀ TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM




ANNESS I

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VALURI PARAMETRIĊI UŻATI BIEX TIĠI VVALUTATA L-KWALITÀ TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi



Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Enterokokki intestinali

0

numru/100 ml

Fil-każ ta’ ilma imqiegħed fi fliexken jew reċipjenti, l-unità hi numru/250 ml

Escherichia coli (E.coli)

0

numru/100 ml

Fil-każ ta’ ilma imqiegħed fi fliexken jew reċipjenti, l-unità hi numru/250 ml

PARTI B

Parametri kimiċi



Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Akrilammid

0,10

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 0,10 μg/l jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

Antimonju

10

μg/l

 

Arseniku

10

μg/l

 

Benżen

1,0

μg/l

 

Benżo(a)piren

0,010

μg/l

 

Bisfenol A

2,5

μg/l

 

Boron

1,5

mg/l

Valur parametriku ta’ 2,4 mg/l għandu jiġi applikat meta l-ilma desalinat ikun is-sors predominanti tal-ilma tas-sistema ta’ provvista kkonċernata jew f’reġjuni fejn il-kondizzjonijiet ġeoloġiċi jistgħu jwasslu għal livelli għoljin ta’ boron fl-ilma ta’ taħt l-art.

Bromat

10

μg/l

 

Kadmju

5,0

μg/l

 

Klorat

0,25

mg/l

Għandu jiġi applikat valur parametriku ta’ 0,70 mg/l meta, għad-diżinfezzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jintuża metodu ta’ diżinfezzjoni li jiġġenera l-klorat, b’mod partikolari d-diossidu tal-kloru. Fejn hu possibbli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu valur aktar baxx. Dan il-parametru għandu jitkejjel biss jekk jintużaw tali metodi ta’ diżinfezzjoni.

Klorit

0,25

mg/l

Għandu jiġi applikat valur parametriku ta’ 0,70 mg/l meta, għad-diżinfezzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jintuża metodu ta’ diżinfezzjoni li jiġġenera l-klorit, b’mod partikolari d-diossidu tal-kloru.

Fejn hu possibbli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu valur aktar baxx.

Dan il-parametru għandu jitkejjel biss jekk jintużaw tali metodi ta’ diżinfezzjoni.

Kromju

25

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 25 μg/l għandu jintlaħaq mhux iktar tard mit-12 ta’ Jannar 2036. Il-valur parametriku għall-kromu sa dik id-data għandu jkun ta’ 50 μg/l.

Ram

2,0

mg/l

 

Ċjanur

50

μg/l

 

1,2-dikloroetan

3,0

μg/l

 

Epikloroidrin

0,10

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 0,10 μg/l jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

Fluworur

1,5

mg/l

 

Aċidi Aloaċetiċi (HAAs)

60

μg/l

Dan il-parametru għandu jitkejjel biss meta jintużaw il-metodi ta’ diżinfezzjoni li jistgħu jiġġeneraw HAAs għad-diżinfezzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Huwa l-għadd totali tal-ħames sustanzi rappreżentattivi li ġejjin: aċidu monokloroaċetiku, dikloroaċetiku, u trikloroaċetiku, u aċidu monoaċetiku u aċidu dibromoaċetiku.

Ċomb

5

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 5 μg/l għandu jintlaħaq, mhux iktar tard mit-12 ta’ Jannar 2036. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data għandu jkun ta’ 10 μg/l.

 

 

 

Wara dik id-data, il-valur parametriku ta’ 5 μg/l għandu jiġi ssodisfat tal-anqas fil-punt tal-provvista lis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2), għandu japplika l-valur parametriku ta’ 5 μg/l fil-vit.

Merkurju

1,0

μg/l

 

Mikroċistina-LR

1,0

μg/l

Dan il-parametru għandu jitkejjel biss fil-każ ta’ proliferazzjoni potenzjali fl-ilma tas-sors (tkabbir tad-densità ċellulari taċ-ċjanobatterji jew il-potenzjal tal-formazzjoni tal-proliferazzjoni).

Nikil

20

μg/l

 

Nitrat

50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f’mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur parametriku ta’ 0,10 mg/l għan-nitriti f’ilma li jkun ġie trattat.

Nitrit

0,50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f’mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur parametriku ta’ 0,10 mg/l għan-nitriti f’ilma li jkun ġie trattat.

Pestiċidi

0,10

μg/l

“Pestiċidi” tfisser:

— insettiċidi organiċi,

— erbiċidi organiċi,

— fungiċidi organiċi,

— nematoċidi organiċi,

— akariċidi organiċi,

— algiċidi organiċi,

— rodentiċidi organiċi

— slimiċidi organiċi,

— prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir),

u l-metaboliti tagħhom kif definiti fil-punt (32) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li huma meqjusa rilevanti għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Metabolit pestiċida għandu jkun meqjus bħala rilevanti għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jekk ikun hemm raġuni biex jitqies li għandu proprjetajiet intrinsiċi li jistgħu jitqabblu ma’ dawk tas-sustanza oriġinarja f’termini tal-attività pestiċida fil-mira tiegħu jew li minnu nnifsu jew mill-prodotti ttrasformati tiegħu jiġġenera/w riskju għas-saħħa għall-konsumaturi.

 

 

 

Il-valur parametriku ta’ 10 μg/l għandu japplika għal kull pestiċida individwali.

Fil-kaz tal-aldrin, tad-dieldrin, tal-ettakloru u tal-epossidu tal-ettakloru, il-valur parametriku għandu jkun ta’ 0,030 μg/l.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu valur ta’ gwida għall-ġestjoni tal-preżenza ta’ metaboliti mhux rilevanti tal-pestiċidi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Għandhom jiġu mmonitorjati biss il-pestiċidi li x’aktarx jinstabu fi provvista partikolari.

Abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi bażi tad-data ta’ pestiċidi u l-metaboliti rilevanti tagħhom, b’kont meħud tal-preżenza possibbli tagħhom fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

►C1  Pestiċidi Totali ◄

0,50

μg/l

“Pestiċidi Total” tfisser l-għadd totali tal-pestiċidi individwali kollha, kif definiti fir-ringiela preċedenti, misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ.

▼C1

PFAS Totali

0,50

μg/l

“PFAS Totali” tfisser l-għadd totali tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati.

Dan il-valur parametriku għandu japplika biss ladarba jiġu żviluppati linji gwida tekniċi għall-monitoraġġ ta’ dan il-parametru f’konformità mal-Artikolu 13(7). L-Istati Membri jistgħu mbagħad jiddeċiedu li jużaw il-parametri “PFAS Totali” jew “Somma tal-PFAS”.

Somma tal-PFAS

0,10

μg/l

“Somma tal-PFAS” tfisser l-għadd tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati meqjusa bħala ta’ tħassib fir-rigward tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem elenkati fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness III. Dan hu subsett ta’ sustanzi “PFAS Totali” li fihom frazzjoni ta’ perfluworoalkilati bi tliet karboni jew aktar (jiġifieri –CnF2n–, n ≥ 3) jew frazzjoni ta’ perfluworoalkiletere b’żewġ karboni jew aktar (jiġifieri – CnF2nOCmF2 m–, n u m ≥ 1).

▼B

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

0,10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti speċifikati li ġejjin: benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten, benżo(ghi)perilen, u indeno(1,2,3-cd)piren.

Selenju

20

μg/l

Għandu jkun applikat valur parametriku ta’ 30 μg/l għal reġjuni fejn il-kondizzjonijiet ġeoloġiċi jistgħu jwasslu għal livelli għoljin ta’ selenju fl-ilma ta’ taħt l-art.

Tetrakloroeten u Trikloroeten

10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ parametri.

Triħalometani Total

100

μg/l

Fejn hu possibbli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu valur parametriku aktar baxx.

Huwa l-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti speċifikati li ġejjin: kloroform, bromoform, dibromoklorometan u bromodiklorometan.

Uranju

30

μg/l

 

Klorur tal-vinil

0,50

μg/l

Il-valur parametriku ta’ 0,50 μg/l jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

(1)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

PARTI C

Parametri indikaturi



Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Aluminju

200

μg/l

 

Ammonju

0,50

mg/l

 

Klorur

250

mg/l

L-ilma ma għandux ikun korrożiv.

Clostridium perfringens inkluż l-ispori

0

numru/100 ml

Dan il-parametru għandu jitkejjel jekk il-valutazzjoni tar-riskju tindika li huwa xieraq li dan isir.

Kulur

Aċċettabbli għall-konsumatur u ebda bidla anormali

 

 

Konduttività

2 500

μS cm-1 f’temperatura ta’ 20 °C

L-ilma ma għandux ikun aggressiv.

Konċentrazzjoni b’joni tal-idroġenu

≥ 6,5 u ≤ 9,5

unitajiet ta’ pH

L-ilma ma għandux ikun aggressiv.

Fil-każ tal-ilma bla gass fil-fliexken jew fir-reċipjenti, il-valur minimu jista’ jitnaqqas għal 4,5 unitajiet ta’ pH. Fil-każ tal-ilma fil-fliexken jew fir-reċipjenti li huwa arrikkit b’mod naturali jew artifiċjali bid-diossidu tal-karbonju, il-valur minimu jista’ jkun aktar baxx.

Ħadid

200

μg/l

 

Manganiż

50

μg/l

 

Riħa

Aċċettabbli għall-konsumatur u ebda bidla anormali

 

 

Ossidabbiltà

5,0

mg/l O2

Dan il-parametru ma għandux għalfejn jitkejjel jekk jiġi analizzat il-parametru TOC.

Sulfat

250

mg/l

L-ilma ma għandux ikun korrożiv.

Sodju

200

mg/l

 

Togħma

Aċċettabbli għall-konsumatur u ebda bidla anormali

 

 

L-għadd tal-kolonji f’temperatura ta’ 22o C

Ebda bidla anormali

 

 

Batterji koliformi

0

numru/100 ml

Fil-każ ta’ ilma imqiegħed fil-fliexken jew ir-reċipjenti, l-unità hi numru/250 ml.

Karbonju organiku totali (TOC)

Ebda bidla anormali

 

Dan il-parametru ma għandux għalfejn jitkejjel għal provvisti ta’ anqas minn 10 000 m3 kuljum.

Turbidità

Aċċettabbli għal konsumaturi u ebda bidla anormali

 

 

L-ilma ma għandux ikun aggressiv jew korrożiv. Dan japplika b’mod partikolari għall-ilma li jkun qed isirlu trattament (demineralizzazzjoni, trattib, trattament tal-membrana, osmosi inversa, eċċ.).

Meta l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jirriżulta minn trattament li jiddemineralizza jew irattab b’mod sinifikanti l-ilma, jistgħu jiġu miżjuda mluħa tal-kalċju u tal-manjeżju biex l-ilma jiġi kkondizzjonat sabiex jitnaqqas kwalunkwe impatt negattiv possibbli fuq is-saħħa, kif ukoll sabiex titnaqqas il-korrożjoni jew l-aggressività tal-ilma u biex tittejjeb it-togħma. Jistgħu jiġu stabbiliti l-konċentrazzjonijiet minimi tal-kalċju u l-manjeżju jew it-total tas-solidi dissolti fl-ilma mrattab jew demineralizzat b’kont meħud tal-karatteristiċi tal-ilma li jidħol f’dawk il-proċessi.

PARTI D

Parametri rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika



Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Legionella

< 1 000

CFU/l

Dan il-valur parametriku huwa stabbilit għall-finijiet tal-Artikoli 10 u 14. Azzjonijiet previsti f’dawk l-Artikoli jistgħu jitqiesu anke meta l-valur huwa taħt il-valur parametriku, eż. f’każ ta’ infezzjonijiet u tifqigħat. F’tali każijiet, għandu jiġi kkonfermat is-sors tal-infezzjoni u l-ispeċijiet ta’ Legionella għandhom jiġu identifikati.

Ċomb

10

μg/l

Dan il-valur parametriku huwa stabbilit għall-finijiet tal-Artikoli 10 u 14.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiksbu l-valur aktar baxx ta’ 5 μg/l sat-12 ta’ Jannar 2036.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020L2184
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.