+2. Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
|
2. Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
2. Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
|
(a)
|
L-għażla tas-sit tal-punti ta’ kampjunar maħsuba għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem għandha ssir b’tali mod li tiġi provduta data affidabbli dwar dan kollu li ġej:
|
(i)
|
il-livelli ta’ konċentrazzjoni fil-hotspots tat-tniġġis tal-arja fiż-żoni;
|
|
(ii)
|
il-livelli ta’ konċentrazzjoni f’partijiet oħra fiż-żoni li jkunu rappreżentattivi tal-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali, kemm f’postijiet bi sfond urban kif ukoll f’postijiet bi sfond rurali;
|
|
(iii)
|
għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, ir-rati ta’ depożizzjoni li jirrappreżentaw l-esponiment indirett tal-popolazzjoni tul il-katina alimentari;
|
|
|
(b)
|
l-għażla tas-sit tal-punti ta’ kampjunar ġeneralment għandha ssir b’mod li jiġi evitat il-kejl ta’ mikroambjenti fil-viċinat immedjat tal-punt ta’ kampjunar, li jfisser li l-għażla tas-sit tal-punt ta’ kampjunar għandha ssir, meta dan ikun fattibbli, b’tali mod li l-arja li tagħha jittieħdu l-kampjuni tkun rappreżentattiva tal-kwalità tal-arja f’segment ta’ triq ta’ mhux inqas minn 100 m fit-tul f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mit-traffiku tat-triq, tal-inqas 25 m × 25 m f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mit-tisħin domestiku u tal-inqas 250 m × 250 m f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mis-siti industrijali jew minn sorsi oħra bħal portijiet jew ajruporti;
|
|
(c)
|
meta l-għan ikun li tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja f’hotspots tat-tniġġis tal-arja, il-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu installati f’partijiet fiż-żoni bl-ogħla konċentrazzjonijiet li għalihom il-popolazzjoni iktarx tiġi esposta direttament jew indirettament għal perjodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perjodu tal-medja tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira; tali punti ta’ kampjunar għandhom ikunu jinsabu, meta dan ikun rilevanti u sa fejn ikun possibbli, f’żoni fejn il-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli x’iktarx li jkunu esposti direttament jew indirettament għal perjodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perjodu tal-medja tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira, inklużi iżda mhux biss żoni residenzjali, skejjel, sptarijiet, faċilitajiet ta’ għajxien assistit u żoni ta’ uffiċċji;
|
|
(d)
|
is-siti tal-punti ta’ kampjunar fil-postijiet bi sfond urban għandhom jintgħażlu b’mod li l-livell ta’ tniġġis tagħhom ikun influwenzat mill-kontribut integrat tas-sorsi rilevanti kollha. Il-livell ta’ tniġġis ma għandux ikun iddominat minn sors wieħed sakemm din is-sitwazzjoni ma tkunx tipika ta’ żona urbana akbar; dawk il-punti ta’ kampjunar għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu rappreżentattivi għal bosta kilometri kwadri;
|
|
(e)
|
il-punti ta’ kampjunar f’postijiet bi sfond rurali għandhom jintgħażlu b’tali mod li l-livell ta’ tniġġis tagħhom ikun influwenzat mill-kontribut integrat minn sorsi rilevanti iżda mhux minn żoni urbani, toroq ewlenin jew siti industrijali fil-viċinanza tagħhom, jiġifieri eqreb minn 5 km;
|
|
(f)
|
meta l-għan ikun li jiġi vvalutat il-kontribut tat-traffiku tat-triq, il-punti ta’ kampjunar għandhom jintgħażlu b’tali mod li jipprovdu data dwar it-toroq fejn iseħħu l-ogħla konċentrazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-volum tat-traffiku (li jirrappreżenta l-akbar densità tat-traffiku fiż-żona), il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni lokali u l-użu tal-art spazjali (pereżempju f’toroq tat-tip canyon);
|
|
(g)
|
meta l-għan ikun li jiġi vvalutat il-kontribut tat-tisħin domestiku, il-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu installati favur ir-riħ tas-sorsi ewlenin fid-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ ta’ dawk is-sorsi;
|
|
(h)
|
meta l-għan ikun li jiġu vvalutati l-kontributi tas-sorsi industrijali, tal-portijiet jew tal-ajruporti, għandu jiġi installat mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed fid-direzzjoni favur ir-riħ tas-sors ewlieni fid-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ fl-eqreb żona residenzjali; meta l-konċentrazzjoni tal-isfond ma tkunx magħrufa, għandu jiġi stabbilit punt ta’ kampjunar addizzjonali fid-direzzjoni kontra r-riħ mis-sors ewlieni, b’mod relattiv għad-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ; il-punti ta’ kampjunar jistgħu jitqiegħdu f’sit b’tali mod li l-applikazzjoni tal-BAT tkun tista’ tiġi mmonitorjata;
|
|
(i)
|
il-punti ta’ kampjunar għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu rappreżentattivi wkoll ta’ postijiet simili mhux fil-viċinat immedjat tal-punti ta’ kampjunar; fiż-żoni fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja jkun ogħla mil-livell limitu ta’ valutazzjoni, iż-żona li kull punt ta’ kampjunar ikun rappreżentattiv tagħha, għandha tkun definita b’mod ċar. iż-żona kollha għandha, meta dan ikun possibbli, tkun koperta mill-punti differenti ta’ rappreżentattività definiti għal dawk il-punti ta’ kampjunar; il-konċentrazzjonijiet f’partijiet f’żona li mhumiex koperti mill-punti ta’ kampjunar ta’ dik iż-żona għandhom jiġu vvalutati b’metodi xierqa;
|
|
(j)
|
għandu jittieħed kont tal-ħtieġa li jinstabu punti ta’ kampjunar fuq gżejjer meta dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;
|
|
(k)
|
il-punti ta’ kampjunar li jkejlu l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi għandhom, meta jkun possibbli, jitqiegħdu fl-istess sit mal-punti ta’ kampjunar għall-PM10.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|