+Artikolu 161 Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)
---+Artikolu 161 1.
---+Artikolu 161 2.
---+Artikolu 161 3.
---+Artikolu 161 4.
---+Artikolu 161 5.
---+Artikolu 161 6.
---+Artikolu 161 7.
|
Artikolu 161 Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 161 1.
|
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-valuri ta’ LGD li ġejjin:
▼M17
(a)
skoperturi prijoritarji mingħajr protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, għal entitajiet tas-settur finanzjarju u għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku: 45 %;
▼M17
(aa)
skoperturi prijoritarji mingħajr protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għal korporattivi li mhumiex entitajiet tas-settur finanzjarju: 40 %;
▼B
(b)
skoperturi subordinati mingħajr kollateral eliġibbli: 75 %;
▼M17 —————
▼B
(d)
bonds koperti eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) jistgħu jiġu assenjati il-valur ta’ LGD ta’ 11,25 %;
▼M17
(e)
għal skoperturi prijoritarji ta' riċevibbli korporattivi mixtrija meta istituzzjoni ma tkunx tista' tistima l-PDs jew meta l-istimi tal-PD tal-istituzzjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6: 40 %;
▼B
(f)
għal skoperturi subordinati ta’ riċevibbli korporattivi mixtrija fejn l-istituzzjoni ma tistax tagħti stima tal-PDs jew inkella l-istimi tal-PD mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6: 100 %;
▼M17
(g)
għar-riskju ta' dilwazzjoni ta' riċevibbli korporattivi mixtrija: 100 %.
▼B
|
|
Artikolu 161 2.
|
Għal riskju ta’ dilwizzjoni u inadempjenza jekk istituzzjoni tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 143 u tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal riċevibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod ikkunsidrat affidabbli mill-awtorità kompetenti, tista’ tintuża l-istima tal-LGD għar-riċevibbli korporattivi mixtrija.
|
|
Artikolu 161 3.
|
Għal skopertura koperta permezz ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 kemm għall-iskopertura li tkun koperta minn protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata kif ukoll għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, tista' tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fl-LGD f'konformità mal-Artikolu 183.
|
|
Artikolu 161 4.
|
Għal skoperturi assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 153(1), il-punt (iii), l-Artikolu 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), meta jintużaw stimi proprji tal-LGD, il-valuri tal-LGD għal kull skopertura li tintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri minimi tal-input tal-LGD li ġejjin, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
Tabella 1
|
Il-minimi tal-input tal-LGD (LGDfloor) għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii)
|
|
Skopertura mingħajr FCP eliġibbli (LGDU-floor)
|
Skopertura ggarantit bis-sħiħ permezz ta' FCP eliġibbli (LGDS-floor)
|
|
25 %
|
kollateral finanzjarju
|
0 %
|
|
riċevibbli
|
10 %
|
|
proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali
|
10 %
|
|
kollateral fiżiku ieħor
|
15 %
|
|
|
Artikolu 161 5.
|
Għal skoperturi assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (aa)(i) jew (ii), għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta’ telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi, u b’mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 153(1), il-punt (iii), l-Artikolu 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), fejn jintużaw l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-LGD li jintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni għal skoperturi mingħajr FCP eliġibbli m'għandux ikun inqas mill-valur minimu tal-input tal-LGD li ġej: 5 %.
|
|
Artikolu 161 6.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-minimi tal-input tal-LGD fit-Tabella 1 f'dak il-paragrafu għal skoperturi ggarantiti bis-sħiħ permezz ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli għandhom japplikaw meta l-valur tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti għall-volatilità Hc u Hfx ikkonċernati f'konformità mal-Artikolu 230, ikun daqs jew jaqbeż il-valur tal-iskopertura sottostanti. Għall-finijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-aġġustamenti relatati rilevanti, Hc u Hfx, f'konformità mal-Artikolu 230, il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata għandha tkun eliġibbli skont dan il-Kapitolu. F’dak il-każ, it-tip ta’ protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu “kollateral fiżiku ieħor” fl-Artiklu 230, it-Tabella 1, għandha tinftiehem bħala “kollateral fiżiku ieħor u kollateral ieħor eliġibbli”. Il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD (LGDfloor) għal skopertura parzjalment iggarantita permezz ta' FCP jiġi kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-LGDU-floor għall-parti tal-iskopertura mingħajr FCP u LGDS-floor għall-parti kompletament iggarantita, kif ġej: fejn: LGDU-floor u LGDS-floor huma l-valuri minimi rilevanti fit-Tabella 1; E, ES, EU u HE jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 230.
|
|
Artikolu 161 7.
|
Meta istituzzjoni li tuża l-istimi proprji tal-LGD għal tip partikolari ta' skoperturi mhux iggarantiti għal korporattivi u skoperturi mhux iggarantiti għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku ma tkunx tista' tqis l-effett tal-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata li tiggarantixxi waħda mill-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi fl-istima proprja tal-LGD minħabba nuqqas ta' data dwar l-irkupri għal dik il-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata, l-istituzzjoni għandha titħalla tapplika l-formula stabbilita fl-Artikolu 230, bl-eċċezzjoni li l-LGDU f'dik il-formula għandu jkun l-istima proprja tal-istituzzjoni tal-LGD għal skoperturi mhux iggarantiti. F'dak il-każ, il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata għandha tkun eliġibbli f'konformità mal-Kapitolu 4 u l-istima proprja tal-istituzzjoni tal-LGD użati bħala l-LGDU għandha tiġi kkalkulata abbażi tat-telf sottostanti bl-esklużjoni ta' kwalunkwe rkupru li jirriżulta minn dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|