+Artikolu 7 Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
|
Artikolu 7 Individwazzjoni ta’ informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jimplimenta proċeduri effettivi biex jindividwa jekk is-segmenti li jirrigwardaw l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur fis-sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u saldu li tintuża sabiex isir it-trasferiment ta’ fondi jkunux imtlew bl-użu tal-karattri jew inputs ammissibbli skont il-prattika ta’ dik is-sistema.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jimplimenta proċeduri effettivi, inkluż, fejn xieraq, monitoraġġ wara jew waqt it-trasferimenti, sabiex jindividwa jekk l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur jew il-prenditur tkunx nieqsa:
|
(a)
|
għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit fl-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5;
|
|
(b)
|
għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra l-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b);
|
|
(c)
|
għal trasferimenti f’lottijiet fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra l-Unjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b) fir-rigward ta’ dak it-trasferiment f’lottijiet.
|
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi li jaqbżu l-EUR 1 000, kemm jekk dawk it-trasferimenti jsiru fi tranżazzjoni waħda kif ukoll jekk isiru f’diversi tranżazzjonijiet li jidhru marbutin, qabel ma jikkredita l-kont tal-pagamenti tal-prenditur jew jagħmel il-fondi disponibbli għall-prenditur, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur għandu jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-prenditur imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ dokumenti, data jew informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 83 u 84 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, mhuwiex meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-prenditur, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur:
|
(a)
|
ma jħallasx il-fondi fi flus kontanti jew fi flus elettroniċi anonimi; jew
|
|
(b)
|
ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.
|
|
|
Artikolu 7 5
|
5. Il-verifika kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandha titqies li tkun saret meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-identità tal-prenditur tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-informazzjoni miksuba bis-saħħa ta’ dik il-verifika tkun inżammet f’konformità mal-Artikolu 40 ta’ dik id-Direttiva;
|
|
(b)
|
l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 ikun japplika għall-prenditur.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|