4. Fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, mhuwiex meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni dwar il-prenditur, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur:
|
(a)
|
ma jħallasx il-fondi fi flus kontanti jew fi flus elettroniċi anonimi; jew
|
|
(b)
|
ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.
|