+Artikolu 236 Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB mingħajr l-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB
---+Artikolu 236 1.
---+Artikolu 236 1a.
---+Artikolu 236 1b.
---+Artikolu 236 1c.
---+Artikolu 236 1d.
---+Artikolu 236 2.
---+Artikolu 236 3.

Artikolu 236 Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB mingħajr l-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 236 1.
Għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha, u meta skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, l-istituzzjoni għandha tiddetermina il-parti koperta tal-iskopertura bħala l-aktar baxx bejn il-valur tal-iskopertura (E) u l-valur aġġustat tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata (GA).
Artikolu 236 1a.
Istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni bl-użu tal-istimi proprji tal-PD għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura billi tuża l-PD tal-fornitur tal-protezzjoni u l-LGD applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 161(1), f'konformità mal-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.
Artikolu 236 1b.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura sottostanti billi jużaw il-PD, l-LGD speċifikat fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.
Artikolu 236 1c.
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikoli 153(5) u 158(6).
Artikolu 236 1d.
Minkejja l-paragrafu 1c ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi garantiti billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura billi jużaw il-PD, l-LGD applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 161(1), f'konformità mal-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu, u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità ma' dan il-Kapitolu.
Artikolu 236 2.
Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.
Artikolu 236 3.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, (GA) huwa l-ammont tal-protezzjoni tal-kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat skont l-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu. Il-valur tal-iskopertura (E) huwa l-valur tal-iskopertura ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fl-Artikolu 166(8), (8a) u (8b).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit