+Artikolu 280e Suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet
---+Artikolu 280e 1.
---+Artikolu 280e 2.
---+Artikolu 280e 3.
---+Artikolu 280e 4.
---+Artikolu 280e 5.

Artikolu 280e Suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 280e 1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

image

fejn:

AddOnCom

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging tal-komoditajiet stabbiliti skont il-punt (e) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

image

=

is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet ikkalkulat skont il-paragrafu 4.

Artikolu 280e 2.
Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment għal sett ta' hedging tal-komoditajiet ta' sett tan-netting partikolari skont il-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu t-tipi referenzjarji ta' komoditajiet rilevanti ta' kull sett ta' hedging. It-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lill-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta l-istrument tal-komoditajiet sottostanti dawk it-tranżazzjonijiet għandu l-istess natura, irrispettivament mill-post ta' kunsinnja u l-kwalità tal-istrument tal-komoditajiet.
Artikolu 280e 3.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni li hija esposta b'mod sinifikanti għar-riskju ta' bażi ta' pożizzjonijiet differenti li jikkondividu l-istess natura kif imsemmi fil-paragrafu 2 biex jistabbilixxu t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet għal dawk il-pożizzjonijiet li jużaw iktar karatteristiċi minn sempliċiment n-natura tal-istrument tal-komoditajiet sottostanti. F'sitwazzjoni bħal din, it-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati l-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta huma jikkondividu dawk il-karatteristiċi.
Artikolu 280e 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:

image

fejn:

image

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j;

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

ρCom

=

il-fattur ta' korrelazzjoni tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet b'valur ugwali għal 40 %;

k

=

l-indiċi li jindika t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet tas-sett tan-netting stabbilit skont il-paragrafu 2; u

image

=

is-suppliment għal tip referenzjarju ta' komoditajiet k ikkalkulat skont il-paragrafu 5.

Artikolu 280e 5.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k kif ġej:

image

fejn:

image

=

is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k;

▼C8

image

=

il-fattur ta’ superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet k jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta’ hedging imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 277a(1), eskluż tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku image; għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, image;

▼M8

image

=

l-ammont nozzjonali effettiv tat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k ikkalkulat kif ġej:

image

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit