+Artikolu 281 2.

Artikolu 281 2.

Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għandu jiġi kkalkulat skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjonijiet ma għandhomx japplikaw it-trattament imsemmi fl-Artikolu 274(6);

(b) 

b'deroga mill-Artikolu 275(1), għas-settijiet tan-netting li ma jissemmewx fl-Artikolu 275(2), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:

RC = max{CMV, 0}

fejn:

RC

=

kost tas-sostituzzjoni; u

CMV

=

valur tas-suq kurrenti.

(c) 

b'deroga mill-Artikolu 275(2) ta' dan ir-Regolament, għas-settijiet tan-netting ta' transazzjonijiet: li huma nnegozjati fuq borża rikonoxxuta; li huma kklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; jew li l-kollateral għalihom huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:

RC = TH + MTA

fejn:

RC

=

kost tas-sostituzzjoni;

TH

=

il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u

MTA

=

l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni;

(d) 

b'deroga mill-Artikolu 275(3), għal settijiet tan-netting multipli soġġetti għal ftehim ta' marġni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni bħala s-somma tal-prezz tas-sostituzzjoni ta' kull sett tan-netting individwali, ikkalkulat skont il-paragrafu 1 bħallikieku ma kinux marġinalizzati;

(e) 

is-settijiet ta' ħħeġġjar kollha għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 277a(1);

(f) 

l-istituzzjonijiet għandhom jissettjaw għal 1 il-multiplikatur fil-formula li jintuża biex tiġi kkalkulata l-iskopertura futura potenzjali fl-Artikolu 278(1), kif ġej:

image

fejn:

PFE

=

l-iskopertura futura potenzjali; u

AddOn(a)

=

is-suppliment ta' kategorija 'a' ta' riskju;

(g) 

b'deroga mill-Artikolu 279a(1), għal kull transazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:



δ =

left accolade

+1 “fejn it-tranżazzjoni tkun pożizzjoni twila fil-motivatur tar-riskju primarju”

– 1 “fejn it-tranżazzjoni tkun pożizzjoni qasira fil-motivatur tar-riskju primarju”

fejn:

δ

=

id-delta ta' superviżjoni;

(h) 

il-formula msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 279b(1) li tintuża biex jiġi kkalkulat il-fattur ta' durata tas-superviżjoni għandha taqra kif ġej:

fattur ta' durata tas-superviżjoni = E – S

fejn:

E

=

il-perijodu bejn id-data ta' skadenza ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar; u

S

=

il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar;

(i) 

il-fattur ta' maturità msemmi fl-Artikolu 279c(1) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(i) 

fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1), MF = 1;

(ii) 

fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), MF = 0,42;

(j) 

il-formula msemmija fl-Artikolu 280a(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat l-ammont nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

image

fejn:

image

=

l-ammont nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar j; u

Dj,k,

=

l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket k ta' sett ta' ħħeġġjar j;

(k) 

il-formula msemmija fl-Artikolu 280c(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

image

fejn:

image

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

AddOn( Entitàk )

=

is-suppliment għall-entità 'k' ta' referenza ta' kreditu;

(l) 

il-formula msemmija fl-Artikolu 280d(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

image

fejn:

image

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

AddOn(Entitàk)

=

is-suppliment għall-entità 'k' ta' referenza ta' kreditu;

(m) 

il-formula msemmija fl-Artikolu 280e(4) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

image

fejn:

image

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

image

=

is-suppliment għat-tip 'k' ta' referenza tal-komoditajiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit