+Artikolu 340 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq it-tul taż-żmien
---+Artikolu 340 1.
---+Artikolu 340 2.
---+Artikolu 340 3.
---+Artikolu 340 4.
---+Artikolu 340 5.
---+Artikolu 340 6.
---+Artikolu 340 7.
|
Artikolu 340 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq it-tul taż-żmien
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 340 1.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw approċċ għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali fuq l-istrumenti tad-dejn li jirrefletti t-tul taż-żmien, minflok l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 339, sakemm l-istituzzjoni tagħmel dan fuq bażi konsistenti.
|
|
Artikolu 340 2.
|
Skont l-approċċ ibbażat fuq it-tul taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq ta’ kull strument tad-dejn b’rata fissa u minn dan tikkalkula r-rendiment tiegħu sal-maturità, li hija r-rata ta' skont impliċita ta’ dak l-istrument. Fil-każ ta’ strumenti b’rata varjabbli, l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq ta’ kull strument u minn dan tikkalkula r-rendiment tiegħu bis-suppożizzjoni li l-ammont kapitali jkun dovut fid-darba li jmiss meta r-rata tal-imgħax tkun tista’ tinbidel.
|
|
Artikolu 340 3.
|
Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula t-tul taż-żmien modifikat ta’ kull strument tad-dejn fuq il-bażi tal-formula li ġejja:
fejn:
|
D
|
=
|
it-tul ta' żmien ikkalkulat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
R
|
=
|
ir-rendiment sal-maturità;
|
|
Ct
|
=
|
ħlas fi flus f'ħin t;
|
|
Għandha ssir korrezzjoni fil-kalkolu tat-tul taż-żmien modifikat għall-istrumenti tad-dejn li huma soġġetti għar-riskju ta' ħlas minn qabel. L-ABE għandha, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar kif għandhom jiġu applikati tali korrezzjonijiet.
|
|
Artikolu 340 4.
|
L-istituzzjoni għandha mbagħad talloka kull strument tad-dejn fiż-żona xierqa fit-Tabella 3. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tat-tul taż-żmien modifikat ta’ kull strument.
Tabella 3
|
Żona
|
Tul taż-żmien modifikat
(fi snin)
|
Imgħax preżunt (varjazzjoni f’%)
|
|
L-Ewwel
|
> 0 ≤ 1,0
|
1,0
|
|
It-Tieni
|
> 1,0 ≤ 3,6
|
0,85
|
|
It-Tielet
|
> 3,6
|
0,7
|
|
|
Artikolu 340 5.
|
Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien għal kull strument billi timmultiplika l-prezz tas-suq tiegħu bit-tul taż-żmien modifikat tiegħu u bil-varjazzjoni preżunta fir-rata tal-imgħax għal strument b’dak it-tul taż-żmien modifikat partikolari (ara l-kolonna 3 fit-Tabella 3).
|
|
Artikolu 340 6.
|
L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet twal tagħha ppeżati skont it-tul taż-żmien u dawk qosra ppeżati skont it-tul taż-żmien f’kull żona. L-ammont tal-ewwel somma li jkun ibbilanċjat bit-tieni somma f’kull żona għandu jkun il-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien ibbilanċjata għal dik iż-żona. Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet ippeżati skont it-tul taż-żmien mhux ibbilanċjati għal kull żona. Hija mbagħad għandha ssegwi l-proċeduri għall-pożizzjonijiet ippeżati mhux ibbilanċjati stabbiliti fl-Artikolu339(5) sa (8).
|
|
Artikolu 340 7.
|
Imbagħad, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dawn li ġejjin:
(a)
2 % tal-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien ibbilanċjata għal kull żona;
(b)
40 % tal-pożizzjonijiet ippeżati skont it-tul taż-żmien ibbilanċjati bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;
(c)
150 % tal-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien ibbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona;
(d)
100 % tal-pożizzjonijiet reżidwi ppeżati skont it-tul taż-żmien mhux ibbilanċjati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|