+Parti 7 – Telf impost
---+24. L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom dejjem japplikaw telf impost għall-valur tal-assi …
---+25. L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jiżguraw li t-telf impost jirrifletti r-riskju …
---+26. L-applikazzjoni ta’ telfiet imposti għandha tkun ibbażata wkoll fuq kwantifikazzjoni ta’ …
---+27. Filwaqt li varjetà ta’ skedi u metodoloġiji ta’ telf impost huma possibbli, l-iskeda ta’ telf …
---+28. L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jiżguraw li l-valur tal-assi b’riskju baxx huwa …
---+29. Barra minn hekk, għandu jinżamm matul iż-żmien il-valur fis-suq aġġustat skont it-telf impost …
---+30. Fi kwalunkwe każ, l-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura mhumiex preklużi milli jimponu fuq …
|
Parti 7 – Telf impost
Parti 7 – Telf impost
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
24. L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom dejjem japplikaw telf impost għall-valur tal-assi …
|
L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom dejjem japplikaw telf impost għall-valur tal-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral, sakemm il-kollateral huwa pprovdut fi flus fl-istess munita bħala l-impenn ta’ pagament. Dan jimplika li l-valur tal-assi sottostanti jiġi kkalkolat bħala l-valur fis-suq tal-assi li minnu jitnaqqas ċertu perċentwal (it-telf impost)
|
|
25. L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jiżguraw li t-telf impost jirrifletti r-riskju …
|
L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jiżguraw li t-telf impost jirrifletti r-riskju tal-kreditu, is-suq u l-likwidità li jirriżultaw mill-valur tal-iskopertura ta’ kull ass. Għal dan l-għan, għandhom jiġu determinati telfiet imposti differenti b’kunsiderazzjoni għat-tip ta’ emittenti u l-kwalità tal-kreditu tiegħu, kif ukoll għall-maturità tal-assi u l-munita tad-denominazzjoni.
|
|
26. L-applikazzjoni ta’ telfiet imposti għandha tkun ibbażata wkoll fuq kwantifikazzjoni ta’ …
|
L-applikazzjoni ta’ telfiet imposti għandha tkun ibbażata wkoll fuq kwantifikazzjoni ta’ telfiet mistennija u d-dewmien fiż-żmien mistenni qabel il-bejgħ tal-assi.
|
|
27. Filwaqt li varjetà ta’ skedi u metodoloġiji ta’ telf impost huma possibbli, l-iskeda ta’ telf …
|
Filwaqt li varjetà ta’ skedi u metodoloġiji ta’ telf impost huma possibbli, l-iskeda ta’ telf impost għal assi eliġibbli għall-użu bħala kollateral mill-BĊE jew il-banek nazzjonali ċentrali tal-Unjoni Ewropea joffru soluzzjoni tajba.
|
|
28. L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jiżguraw li l-valur tal-assi b’riskju baxx huwa …
|
L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jiżguraw li l-valur tal-assi b’riskju baxx huwa mmarkat skont is-suq fuq bażi regolari u possibbilment ta’ kuljum.
|
|
29. Barra minn hekk, għandu jinżamm matul iż-żmien il-valur fis-suq aġġustat skont it-telf impost …
|
Barra minn hekk, għandu jinżamm matul iż-żmien il-valur fis-suq aġġustat skont it-telf impost tal-assi b’riskju baxx pprovduti bħala kollateral. Dan jimplika li jekk il-valur tal-assi sottostanti mmarkati skont is-suq fuq bażi regolari jaqa’ taħt ċertu limitu minimu u ma jibqax jikkonforma mal-proporzjon ta’ kopertura li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-telf impost, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tkun rikjesta li tissupplimenta assi b’riksju baxx addizzjonali jew tissostitwixxi l-parti rilevanti tal-impenn ta’ pagament bi flus.
|
|
30. Fi kwalunkwe każ, l-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura mhumiex preklużi milli jimponu fuq …
|
Fi kwalunkwe każ, l-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura mhumiex preklużi milli jimponu fuq istituzzjonijiet membri rekwiżiti addizzjonali ta’ rapportar u notifikazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|