+36. Fir- rigward ta’ fatturi relatati mal - karattru, mal - kapaċità u mal -kapital tal- …

36. Fir- rigward ta’ fatturi relatati mal - karattru, mal - kapaċità u mal -kapital tal- …

Fir- rigward ta’ fatturi relatati mal - karattru, mal - kapaċità u mal -kapital tal- mutwatarji, it - termini ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, u l - valuri ta’ assi mirhuna bħala kollateral flimkien ma’ mitiganti tar - riskju ta’ kreditu oħrajn li jistgħu jaffettwaw il - kapaċità sħiħa li l - flussi ta’ flus jinġabru, istituzzjoni ta’ kreditu għandha (skont it - tip ta’ skopertura) tikkunsidra:

  • a. il- politiki u l - proċeduri ta’ self tagħha, inklużi l - istandards ta’ sottoskrizzjoni u t - termini ta’ self tagħha, li kienu fis - seħħ mar - rikonoxximent inizjali tal - iskopertura tal - għoti ta’ self tal - mutwatarju, u jekk l - iskopertura tal - għoti ta’ self oriġinatx bħala eċċezzjoni għal din il - politika. Politika ta’ self ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinkludi dettalji tal - istandards ta’ sottoskrizzjoni tagħha, u linji gwida u proċeduri li jixprunaw il - proċess tal - approvazzjoni ta’ self tal - istituzzjo ni tal- kreditu;
  • b. is - sorsi ta' dħul rikorrenti ta’ mutwatarju disponibbli biex jissodisfaw il - ħlasijiet skedati;
  • c. il- kapaċità ta’ mutwatarju li jiġġenera fluss ta’ fluss ta’ flus matul it - terminu tal - istrument finanzjarju;
  • d. il- livell ta’ lieva ġenerali u l - aspettattivi ta’ bidliet għal - lieva tal - mutwatarju;
  • e. l- inċentivi jew ir - rieda tal - mutwatarji li jissodisfaw l - obbligi tagħhom;
  • f. assi mhux gravati10 li l- mutwatarju jista’ jirhan bħala kollateral fis - suq jew bilateralment biex iżid il - fondi u l - aspettattivi ta’ bidliet għall - valur ta’ dawk l - assi;
  • g. events ta’ darba u imġiba rikorrenti raġonevolment possibbli li jistgħu jaffettwaw il - kapaċità tal- mutwatarju biex jissodisfa l - obbligi kuntrattwali; u
  • h. valutazzjonijiet f’waqthom ta’ valur kollaterali u kunsiderazzjoni ta’ fatturi li jistgħu jħallu impatt fuq il - valur futur ta’ kollateral (filwaqt li jitqies li l - valuri kollaterali jaffettwaw direttament l - istimi tal - LGD).

10 Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2015/79 tat -18 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir -rigward tar- rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir -rigward ta' interess ta' garanzija tal - assi, mudell ta' punt uniku tad - dejta u r - regoli dwar il - valutazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/