+120. Skont l -IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9, il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju …

120. Skont l -IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9, il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju …

Skont l -IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9, il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu hi bbażata fuq it - tqabbil tar - riskju tal - kreditu fuq skoperturi fid -data tar- rappurtar relattivi għar - riskju tal - kreditu fir - rikonoxximent inizjali. L -IFRS 9, il- paragrafu BC 5.161, u l - Eżempju Illustrattiv 6 jirrappreżentaw eżempju tal - applikazzjoni ta’ dan il - prinċipju fl - Istandard, aktar milli eċċezzjoni għal dak il - prinċipju. Dan l - eżempju jissuġġerixxi li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu j istgħu jissettjaw riskju tal - kreditu massimu għal portafolli partikolari fir - rikonoxximent inizjali li jwasslu lil dak il - portafoll jiċċaqlaq għall - kejl tal - ECL tul il - ħajja meta r - riskju tal - kreditu jiżdied aktar mil - livell massimu. Din is - simplifikazzjoni hi rilevanti biss meta l - iskoperturi jinqasmu fuq bażi biżżejjed granulari b’tali mod li istituzzjoni ta’ kreditu tist’ turi li l - analiżi hi konsistenti mal - prinċipji tal -IFRS 9. B’mod speċifiku, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru li żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu ma seħħitx għal oġġetti fil - portafoll qabel ma ntlaħqet il - klassifikazzjoni massima tal - kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/