+54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq …

54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq …

Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq, tipproċessa u tirreġistra l - operazzjonijiet, biex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB, kif ukoll biex tiġġenera r - rapporti, għandhom ikunu kapaċi jappoġġaw il - ġestjoni tal - IRRBB f’waqtha u bi preċiżjoni. B’mod partikolari, is - sistemi għandhom:

  • (a) Jirreġistraw data dwar ir - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax fir -rigward tal- iskoperturi materjali tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inklużi l - iskoperturi għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet. Dan għandu jappoġġa s - sistema ta’ kejl tal - istituzzjoni biex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - akbar sorsi ta’ skoperturi għall -IRRBB.
  • (b) Ikunu kapaċi jirreġistraw b’mod sħiħ u ċar it - tranżazzjonijiet kollha li jsiru mill - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l - karatteristiki tal - IRRBB tagħhom.
  • (c) Ikunu mfassla apposta għall - kumplessità u l - għadd ta’ tranżazzjonijiet li joħolqu l -IRRBB; u
  • (d) Joffru biżżejjed flessibbiltà sabiex jakkomodaw firxa raġonevoli ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress, kif ukoll kwalunkwe xenarju addizzjonali.
  • (e) Jippermettu li l - istituzzjonijiet ikejlu, jivvalutaw u jimmonitorjaw bis - sħiħ il - kontribut ta’ tranżazzjonijiet individwali għall - iskopertura globali tagħhom.
  • (f) Ikunu jistgħu jikkomputaw il - kejl tal - IRRBB ibbażat fuq il - valur ekonomiku u l - qligħ, kif ukoll kejl ieħor tal - IRRBB preskritt mill - awtoritajiet kompetenti tagħhom, abbażi tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax stipulati fit - Taqsimiet 4.4.3 u 4.4.4.
  • (g) Ikunu flessibbli biżżejjed biex jinkorporaw restrizzjonijiet superviżorji imposti fuq is - suppożizzjonijiet dwar il - parametru tar- riskju intern.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/