+115. Meta jikkalk ulaw il- bidla fl - EVE għall - fini tal - paragrafi 113 u 114, l- …

115. Meta jikkalk ulaw il- bidla fl - EVE għall - fini tal - paragrafi 113 u 114, l- …

Meta jikkalk ulaw il- bidla fl - EVE għall - fini tal - paragrafi 113 u 114, l- istituzzjonijiet għandhom japplikaw, b’mod partikolari, il - prinċipji li ġejjin:

  • (a) Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l - pożizzjonijiet kollha mill - istrumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax.
  • (b) Negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar għandu jiġi inkluż, dment li r - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal- imgħax tiegħu ma jkunx irreġistrat f’kejl tar - riskju ieħor.
  • (c) L- istrumenti kollha tas - CET1 u fondi proprji perpetwi oħra mingħajr dati eżerċitabbli għandhom jiġu esklużi mill - kalkolu tat - test standard tal - eċċezzjonijiet għall -EVE.
  • (d) L- istituzzjonijiet għandhom jirriflettu opzjonijiet awtomatiċi u komportamentali fil - kalkolu. L - istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw is - suppożizzjonijiet ewlenin għall - immudellar skont l -i mġiba għall - karatteristiċi ta’ xenarji differenti tar -rati tal- imgħax.
  • (e) Obbligazzjonijiet tal - pensjoni u assi ta’ pjanijiet tal - pensjoni għandhom jiġu inklużi, dment li r - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax tagħhom ma jkunx irreġistrat f’kejl tar - riskju ieħor.
  • (f) Il- flussi tal - flus mill - istrumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax għandhom jinkludu kwalunkwe ħlas lura tas - somma kapitali ewlenija, kwalunkwe pprezzar mill - ġdid tas - somma kapitali ewlenija, u kwalunkwe pagament tal - imgħax.
  • (g) Istituzzjonijiet bi proporzjon ta’ NPE8 ta’ 2 % jew aktar għandhom jinkludu l - NPEs bħala strumenti ġenerali sensittivi għar -rati tal- imgħax li l - immudellar tagħhom għandu jirrifletti l - flussi tal - flus mistennija u t - twaqqit tagħhom. L - NPEs għandhom jiġu inklużi mingħajr id - dispożizzjonijiet.
  • (h) L- istituzzjonijiet għandhom iqisu limiti inferjuri għall - imgħax li jkunu speċifiċi għall - istrumenti.
  • (i) It- trattament ta’ marġnijiet kummerċjali u ta' komponenti oħra tal - firxa fil - pagamenti tal- imgħax, f'termini tal - esklużjoni jew l - inklużjoni tagħhom fil - flussi tal - flus, għandu jkun konformi mal - approċċ intern ta’ ġestjoni u ta' kejl tal - istituzzjonijiet għar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax fil - portafoll mhux tan - negozjar. L - istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill - awtorità kompetenti irrispettivament minn jekk jeskludux mill - kalkolu l- marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal - firxa. Jekk il - marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal - firxa jiġu esklużi, l - istituzzjonijiet għandhom (i) jużaw metodoloġija trasparenti għall - identifikazzjoni tar - rata mingħajr riskju fil - bidu ta’ kull strument; (ii) jużaw metodoloġija li tiġi applikata b’mod konsistenti fl - unitajiet kummerċjali kollha; u (iii) jiżguraw li l - esklużjoni tal - marġnijiet kummerċjali u komponenti oħra tal - firxa mill - flussi tal - flus tkun konsistenti ma’ kif l - istituzzjoni tiġġestixxi u tiħħeġġja l -IRRBB.
  • (j) Il- bidla fl - EVE għandha tiġi kkomputata bis - suppożizzjoni ta’ karta tal - bilanċ “run - off”.
  • (k) Limitu inferjuri għar -rati tal- imgħax wara x - xokk u dipendenti fuq il - maturità għandu jiġi applikat għal kull munita li tibda b’ -100 punt bażi għal maturitajiet immedjati. Dan il- limitu inferjuri għandu jiżdied b’5 punti bażi kull sena, fejn eventwalment jilħaq 0 % għal maturitajiet ta’ 20 sena jew aktar. Jekk ir - rati osservati jkunu aktar baxxi mir -rata referenzjarja inferjuri attwali ta’ -100 punt bażi, l - istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir- rata osservata inferjuri9 .
  • (l) L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il - bidla fl -EVE mill- inqas għal kull munita fejn l - attivi jew il - passivi iddenominati f’dik il - munita jammontaw għal 5 % jew aktar tal -attivi finanzjarji (minbarra attivi tanġibbli) jew tal - passivi totali fil - portafoll mhux tan - negozjar, jew inkella inqas minn 5 % jekk it - total tal -attivi u l- passivi inklużi fil - kalkolu ikun inqas minn 90 % tal- attivi finanzjarji (minbarra attivi tanġibbli) jew tal - passivi (pożizzjonijiet materjali) totali fil - portafoll mhux tan - negozjar.
  • (m) Meta jikkalkulaw il - bidla aggregata fl - EVE għal kull xenarju ta’ xokk fuq ir -rati tal-imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom jgħoddu flimkien kwalunkwe bidliet negattivi u pożittivi fl - EVE li jseħħu f’kull munita. Bidliet pożittivi għandhom jiġu pponderati b’fattur ta’ 50 %.
  • (n) Għandha tiġi applikata kurva tar - rendiment “mingħajr riskju” ġenerali xierqa għal kull munita (eż. kur vi tar- rata swap). Dik il - kurva ma għandhiex tinkludi firxiet ta’ kreditu jew firxiet ta’ likwidità speċifiċi għall - istrumenti jew speċifiċi għall - entitajiet.
  • (o) Id- data preżunta għall - ipprezzar mill - ġdid skont l - imġiba għal depożiti bl -imnut u depożiti bl- ingrossa mhux finanzjarji mingħajr dati speċifiċi għall - ipprezzar mill - ġdid (depożiti mingħajr maturità), għandha tkun ristretta għal medja massima ta’ ħames snin. Il -limitu ta’ 5 snin japplika individwalment għal kull munita. Depożiti mingħajr maturità minn istituzzjonijiet finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal immudellar skont l - imġiba.

8 Proporzjon ta’ skoperturi improduttivi (titoli ta’ dejn u self u avvanzi improduttivi/titoli ta’ dejn u self u avvanzi gross totali) ikkalkulat fi l- livell tal - istituzzjoni.

9 L- EBA tista’ tipprevedi r - reviżjoni ta’ dan il - limitu minimu biex tiżgura li r - rata ta’ referenza inferjuri tkun prudenti biżżejjed fid - dawl ta’ żviluppi fir -rati tal- imgħax fil - ġejjieni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/