|
Il- korp maniġerja li12 fil- funzjoni superviżorja tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni superviżorja’’) għandu jkun responsabbli għall - adozzjoni u ż - żamma tal -politika ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni, u s-sorveljanza tal- implimentazzjoni tagħha sabiex ikun żgurat li qiegħda topera bis - sħiħ kif suppost. Il - funzjoni superviżorja għandha tapprova wkoll kwalunkwe eżenzjoni materjali sussegwenti magħmula għall -membri tal-persunal individwali u bidla fil-politika ta’ remunerazzjoni u tqis u tissorvelja l - effetti tagħhom bir -r eqqa. Kwalunkwe eżenzjoni m’għandhiex tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet tal - ġeneru jew aspetti oħra li jistgħu jkunu diskriminatorji, għandha tkun raġunata sew u f’konformità mar - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni skont il- liġi nazzjonali. 30.Il-funzjoni superv iżorja għandu jkollha għarfien xieraq, ħiliet u esperjenza b’mod kollettiv fir - rigward tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni kif ukoll dwar l- inċentivi u r - riskji li jistgħu jirriżultaw minnhom. Dan għandu jinkludi għarfien, ħiliet u esperjenza fir -rigward tal-mekkaniżmi għall -allinjament tal-istruttura ta’ remunerazzjoni mal-profili tar-riskju u l-istruttura tal-kapital tal-istituzzjonijiet. 31.Il- funzjoni superviżorja għandha tiżgura li l -politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni tal-istituzzjoni huma implimentati b’mod xieraq u huma allinjati mal - qafas ta’ governanza korporattiva ġenerali, mal -kultura korporattiva u tar-riskju, mal-aptit tar-riskju u mal- proċessi ta’ governanza relatati tal-istituzzjoni. 32.Kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-politika ta’ remunerazzjoni u remunerazzjoni mogħtija għandhom jiġu identifikati u mitigati b’mod xieraq, inkluż billi jiġu stabbiliti kriterji tal - għoti oġġettivi bbażati fuq sistema ta’ rapportar interna, kontrolli xierqa u l - prinċipju ta’ erba’ għajnejn aħjar mi nn tnejn. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tiżgura li ma jinqala’ l -ebda kunflitt ta’ interess materjali għall - persunal, inkluż għal persunal fil -funzjonijiet ta’ kontroll. 33.Il-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni u l- proċeduri biex jiġu stabbiliti għandhom ikunu ċari, dokumentati kif xieraq u trasparenti. Għandha tinżamm dokumentazzjoni xierqa dwar il - proċess ta’ teħid tad - deċiżjonijiet (eż. il - minuti ta’ laqgħat rilevanti, rapporti rilevanti, u dokumenti rilevanti oħrajn) u r - raġunament wara l -politika ta’ remunerazzjoni. 34.Il- funzjonijiet superviżorji u ta’ mmaniġġjar u, fejn stabbilit, il -kumitati ta’ remunerazzjoni u ta’ riskju għandhom jaħdmu flimkien mill - qrib u jiżguraw li l - politika ta’ remunerazzjoni hija konsistenti ma’ u tippromwovi mmaniġġ jar tar- riskji tajjeb u effikaċi. 35.Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tipprovdi għal qafas effettiv għall -kejl tal-prestazzjoni, aġġustament għar -riskju u l-konnessjonijiet tal- prestazzjoni li għandha tiġi premjata. 36.Il-funzjonijiet ta’ riskju u ta’ kon formità għandhom jipprovdu input effettiv f’konformità mar - rwoli tagħhom fl -issettjar ta’ aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet, kriterji tal- prestazzjoni u għotjiet tar-remunerazzjoni meta dawk il- funzjonijiet ikunu mħassbin dwar l - impatt fuq l - imġiba tal - persunal u r-riskju tan- negozju mwettaq. 37.Il- funzjoni superviżorja għandha tistabbilixxi u tissorvelja r -remunerazzjoni tal-membri tal-funzjoni maniġerjali u, jekk ma jkunx ġie stabbilit il -kumitat tar-remunerazzjoni msemmi fit-Taqsima 2.4, tissorvelja direttament ir-remunerazzjoni tal- uffiċjali għolja fil -funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti, inklużi l - funzjonijiet ta’ mmaniġġjar tar -riskju u verifika tal-konformità. 38.Il- funzjoni superviżorja għandha tqis l -input ipprovdut mill-funzjonijiet u l-korpi korporattivi kompetenti kollha (eż. kumitati, funzjonijiet ta’ kontroll13 , riżorsi umani, legali, ippjanar strateġiku, funzjoni tal - baġit, eċċ.) u mill -unitajiet tan-negozju dwar id-disinn, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni. 39.Il-funzjoni tar- riżorsi umani għandha tieħu sehem fi u tinforma dwar it -tfassil u l-evalwazzjoni tal- politika ta’ remunerazzjoni għall - istituzzjoni, inklużi l -istruttura tar-remunerazzjoni, l-aspett tan-newtralità tal- ġeneru, il -livelli tar-remunerazzjoni u l- iskemi ta’ inċentivi, b’mod li mhux biss tattira u żżomm il -persunal li l- istituzzjoni għandha bżonn imma li tiżgura wkoll li l -politika tar-remunerazzjoni hija allinjata mal -profil tar-riskju tal-istituzzjoni. 40.Il-funzjoni tal-immani ġġ jar tar- riskju għandha tgħin u tinforma dwar id - definizzjoni ta’ miżuri tal - prestazzjoni aġġustata għar - riskji (inkluż l - aġġustamenti ex post ), kif ukoll fil-valutazzjoni ta’ kif l-istruttura tar-remunerazzjoni varjabbli taffettwa l-profil tar-riskju u l-kultura tal-istituzzjoni. Il-funzjoni tal- immaniġġjar tar - riskju għandha tivvalida u tevalwa d - data ta’ aġġustament għar - riskju kif ukoll tkun mistiedna tattendi l- laqgħat tal -kumitat tar-remunerazzjoni dwar din il-kwistjoni. 41.Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tanalizza kif il -politika ta’ remunerazzjoni taffettwa l-konformità tal-istituzzjoni mal- leġiżlazzjoni, mar -regolamenti, mal-politiki interni u mal-kultura tar- riskju u għandha tirraporta r -riskji ta’ konformità identifikati u l-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità kollha lill - korp maniġerjali, kemm fil - funzjonijiet maniġerjali u kif ukoll fil - funzjonijiet superviżorji tiegħu. Is -sejbiet tal-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandhom jitqiesu mill - funzjoni superviżorja matul l -apporvazzjoni, il- proċeduri ta’ rieżami u s -sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni. 42.L- uffiċċju tal - awditjar intern għandu jwettaq rieżami indipendenti tad -disinn, l-implimentazzjoni u l-effetti tal-politiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni dwar il-profil tar- riskju tagħha u dwar il - mod ta’ kif dawn l- effetti huma mmaniġġjati f’konformità mal -linji gwida pprovduti fit-Taqsima 2.5. 43.F’kuntest ta’ grupp, il-funzjonijiet kompetenti fl-istituzzjoni konsolidanti u s-sussidjarji għandhom jinteraġixxu u jiskambja w l- informazzjoni kif xieraq.
12 F’pa jjiżi Ewropej differenti jistgħu jiġu osservati strutturi tal - korpi maniġerjali differenti. F’ċerti pajjiżi hija komuni struttura unitarja, jiġifieri l - funzjonijiet superviżorji u maniġerjali tal - bord jiġu eżerċitati minn korp wieħed biss. F’pajjiżi oħrajn hija komuni struttura doppja, li fiha jiġu stabbiliti żewġ korpi indipendenti, wieħed għall - funzjoni maniġerjali u l - ieħor għas - superviżjoni tal - funzjoni maniġerjali. 13 Il-funzjoni tal-kontroll indipendenti tinvolvi unitajiet organizzazzjonali, indipendenti mill-funzjonijiet tan-negozju u korporattivi li huma responsabbli għall -kontroll u l- monitoraġġ tal -operazzjonijiet u r- riskji li jirriżultaw minn dawk l - operazzjonijiet, li jiżguraw konformità mal - liġijiet, ir -regoli u r- regolamenti kollha applikabbli u jagħtu pariri lill - funzjonijiet maniġerjali fuq il - kwistjonijiet li jaqgħu taħt l - oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom. Normalment il - funzjonijiet tal- kontroll indipendenti jinvolvu funzjonijiet ta’ mmaniġġjar tar -riskji, ta’ verifika tal-konformità u tal-awditjar intern. Dettalji ulterjuri dwar il-funzjonijiet tal- kontroll jistgħu jinkisbu mil -Linji Gwida tal-EBA dwar il-Governanza Interna (GL44), il-punti 26 sa 29.
|