+14 Qafas ta’ kontroll intern
---+129. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżviluppaw u jżommu kultura li tħeġġeġ attitudni pożittiva …
---+130. Il- qafas ta’ kontroll intern tad -ditta tal- investiment kkonċernata għandu jiġi adattat fuq …
---+131. Id-ditti tal- investiment għandhom jimplimentaw proċessi u proċeduri xierqa li jiżguraw li …
---+132. Il- qafas ta’ kontroll intern għandu jkopri l - organizzazzjoni sħiħa, inklużi r …
---+133. Il- qafas ta’ kontroll intern ta’ ditta tal - investiment għandu jiżgura: a. operazzjonijiet …
|
14 Qafas ta’ kontroll intern
14 Qafas ta’ kontroll intern
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
129. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżviluppaw u jżommu kultura li tħeġġeġ attitudni pożittiva …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jiżviluppaw u jżommu kultura li tħeġġeġ attitudni pożittiva lejn il-kontroll tar-riskju u l-konformità fid-ditti tal- investiment u qafas robust u komprensiv ta’ kontroll intern. Taħt dan il - qafas, il -linji operatorji tad-ditta tal- investiment għandhom ikun u responsabbli mill- ġestjoni tar - riskji li jiffaċċjaw fit - twettiq tal - attivitajiet tagħhom u għandu jkollhom kontrolli stabbiliti bil- għan li tiġi żgurata konformità mar - rekwiżiti interni u esterni. Bħala parti minn dan il - qafas, id -ditti tal-investiment g ħandu jkollhom funzjoni27 ta’ konformità interna permanenti u effettiva b’awtorità xierqa u suffiċjenti, statura u aċċess għall - korp maniġerjali sabiex jaqdi l - missjoni tiegħu, u qafas ta’ ġestjoni tar -riskju. Fejn ikun proporzjonat filwaqt li jitqiesu l -kriterji elenkati fit-Titolu I, id-ditti tal- investiment għandu jkollhom ukoll funzjoni interna tal- ġestjoni tar -riskji u tal-awditjar.
27 Mingħajr preġudizzju għall -Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-UE 565/2017
|
|
130. Il- qafas ta’ kontroll intern tad -ditta tal- investiment kkonċernata għandu jiġi adattat fuq …
|
Il- qafas ta’ kontroll intern tad -ditta tal- investiment kkonċernata għandu jiġi adattat fuq bażi individwali għall - ispeċifiċità tan - negozju tagħha, għall - kumplessità tagħha u għar -riskji assoċjati, filwaqt li jitqies il -kuntest tal-grupp. Id-ditta tal- investiment kkonċernata għandha torganizza l-iskambju tal- informazzjoni meħtieġa b’mod li jiġi żgurat li kull korp maniġerjal i, linja operatorja u unità interna, inkluż kull funzjoni ta’ kontroll intern, tkun kapaċi twettaq dmirijietha. Dan ifisser, pereżempju, skambju meħtieġ ta’ informazzjoni adegwata bejn il -linji operatorji u l-funzjoni ta’ konformità u l-funzjoni ta’ verifika tal-konformità, u l-AML/CFT fejn tkun funzjoni ta’ kontroll separata, fil-livell tal-grupp u bejn il-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern fil-livell tal-grupp u l- korp maniġerjali tad -ditti tal-investiment.
|
|
131. Id-ditti tal- investiment għandhom jimplimentaw proċessi u proċeduri xierqa li jiżguraw li …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom jimplimentaw proċessi u proċeduri xierqa li jiżguraw li jikkonformaw mal- obbligi tagħhom fil -kuntest tal- ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu. Id -ditti tal- investiment għandhom jivvalutaw l - iskopertura tagħhom għar - riskju li jistgħu jintużaw għall -fini tal- ML/TF u, fejn meħtieġ, jieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni biex inaqqsu dawk ir -riskji kif ukoll ir- riskji operattivi u ta’ reputazzjoni tagħhom marbuta magħhom. Id -ditti tal- investiment għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l -persuna l tagħhom ikun konxju minn tali riskji tal-ML/TF u l-impatt li l- ML/TF għandu fuq id -ditta tal-investiment u l-integrità tas-sistema finanzjarja.
|
|
132. Il- qafas ta’ kontroll intern għandu jkopri l - organizzazzjoni sħiħa, inklużi r …
|
Il- qafas ta’ kontroll intern għandu jkopri l - organizzazzjoni sħiħa, inklużi r -responsabbiltajiet u l-kompiti tal- korp maniġerjali, u l -attivitajiet tal-linji operatorji u tal-unitajiet interni kollha, inkluż il -funzjonijiet ta’ kontroll intern, l-attivitajiet esternalizzati u l-kanali ta’ distribuzzjoni.
|
|
133. Il- qafas ta’ kontroll intern ta’ ditta tal - investiment għandu jiżgura: a. operazzjonijiet …
|
Il- qafas ta’ kontroll intern ta’ ditta tal - investiment għandu jiżgura: - a. operazzjonijiet effettivi u effiċjenti;
- b. identifikazzjoni, kejl u mitigazzjoni adegwati tar-riskji;
- c. l-affidabbiltà ta’ informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja rrapportata kemm internament kif ukoll esternament;
- d. proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi; u
- e. konformità mal- liġijiet, mar -regolamenti, mar- rekwiżiti superviżorji u mal -politiki interni, il- proċessi, ir -regoli u d- deċiżjonijiet tad -ditta tal-investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|