+Kontrolli interni
---+51. Fir - rigward tal - politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet …
---+52. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ …
---+53. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …
|
Kontrolli interni
Kontrolli interni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
51. Fir - rigward tal - politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet …
|
Fir - rigward tal - politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandu jkollhom proċessi ta’ approvazzjoni, limiti ta’ skopertura, rieżamijiet u mekkaniżmi xierqa oħrajn mfassla sabiex jipprovdu aċċertament raġonevoli li jkunu qegħdin jintlaħqu l - objettivi tal - ġestjoni tar - riskju.
|
|
52. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ kontroll intern u l - proċessi ta’ ġestjoni tar - riskju tagħhom, fejn ifittxu aċċertament li l - persunal jikkonforma mal - politiki u l - proċeduri stabbiliti. Dawn ir - rieżamijiet għandhom jindirizzaw ukoll kwalunkwe bidla sinifikanti li tista’ taffettwa l - effettività tal - kontrolli, inklużi bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq, fil - persunal, fit - teknoloġija u fl - istrutturi ta’ konformità mal - limiti tal - iskopertura, u jiżguraw li jkun hemm proċeduri ta’ eskalazzjoni xierqa għal kwalunkwe limitu maqbuż. Ir - rieżamijiet u l - evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu regolarment minn individwi jew unitajiet li huma indipendenti mill - funzjoni taħt rieżami. Meta jkunu ġġustifikati reviżjonijiet jew titjib għall - kontrolli interni, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta’ rieżami intern fis - seħħ sabiex jiżgura li dawn jiġu implimentati f’waqthom.
|
|
53. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl, monitoraġġ u kontroll tal - IRRBB rieżaminati regolarment minn funzjoni tal - awditjar indipendenti, li jista’ jkun awditur intern jew estern. F’dawn il - każijiet, rapporti miktuba minn awdituri interni jew esterni, jew kwalunkwe partijiet esterni ekwivalenti, għandhom ikunu disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|