+Anness II – Matriċi ta’ sofistikazzjoni għall - kejl tal - IRRBB

Anness II – Matriċi ta’ sofistikazzjoni għall - kejl tal - IRRBB

Fil - kejl tar - riskju tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom japplikaw mill - anqas il - livell ta’ sofistikazzjoni li jidher fit - tabella hawn taħt li jikkorrispondi għall - kategorizzazzjoni tagħhom taħt il - Linji gwida dwar is - SREP. Fejn il - kumplessità jew l - ambitu ta’ mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni jkunu sinifikanti, irrispettivament mid - daqs tagħha, l - istituzzjoni għandha tapplika u timplimenta kejl tar - riskju li jikkorrispondi għall - mudell kummerċjali speċifiku tagħha u li jaqbad is - sensittivitajiet kollha b’mod adegwat. Is - sensittivitajiet materjali kollha għall - bidliet fir - rati tal - imgħax għandhom jinqabdu b’mod adegwat, inkluża s - sensittività għas - suppożizzjonijiet komportamentali.

Istituzzjonijiet li joffru prodotti finanzjarji li jinkludu opzjonalitajiet inkorporati għandhom jużaw sistemi ta’ kejl li jistgħu jaqbdu b’mod adegwat id - dipendenza tal - opzjonijiet fuq il - bidliet fir - rati tal - imgħax. Istituzzjonijiet bi prodotti li jipprovdu opzjonalitajiet komportamentali lill - klijenti għandhom jużaw approċċi kundizzjonali adegwati għall - immudellar tal - fluss tal - flus, sabiex jikkwantifikaw l - IRRBB fir - rigward tal - bidliet fl - imġiba tal - klijenti li jistgħu jseħħu f’xenarji differenti ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax.

L- erba’ kategoriji msemmija fit - tabella ta’ sofistikazzjoni hawn taħt jirriflettu l - kategorizzazzjoni tal - istituzzjonijiet stabbilita fil - Linji Gwida tal - EBA dwar is - SREP. Il - kategoriji differenti jirriflettu daqsijiet, strutturi u n - natura, l - ambitu u l - kumplessitajiet differenti tal - attivitajiet tal - istituzzjonijiet; bil - Kategorija 1 tikkorrispondi għall - istituzzjonijiet l - aktar sofistikati.

Metrika u mmudellar tal -IRRBBAspettattivi superviżorji indikattivi rigw ard il- metrika tal -IRRBB u l- immudellar, skont il- kategorija ta’ sofistikazzjoni tal - istituzzjoni
Immudellar tal- fluss MetrikaIstituzzjoni tal - Istituzzjoni tal - Istituzzjoni tal - Istituzzjoni tal-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/