+14. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu l - ambitu, il - passi u r …

14. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu l - ambitu, il - passi u r …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jistabbilixxu l - ambitu, il - passi u r - rekwiżiti taż - żamma ta’ rekords tal - valutazzjoni ta’ qabel l - implimentazzjoni fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, li għandhom jinkludu mill - inqas:

  • a) valutazzjoni tal - adegwatezza tas - soluzzjon i rigward il- kompletezza u l - akkuratezza tad - data u d- dokumenti li għandhom jinġabru, kif ukoll tal - affidabbiltà u l - indipendenza tas - sorsi tal - informazzjoni li tuża;
  • b) valutazzjoni tal - impatt tal - użu tas - soluzzjoni għall - onboarding remot tal - klijenti fuq ir- riskji tiegħu għan - negozju kollu, inklużi l - ML/TF, ir - riskji operazzjonali, reputazzjonali u legali;
  • c) l- identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u azzjonijiet ta’ rimedju possibbli għal kull riskju identifikat fil - valutazzjoni skont il - punt b);
  • d) testijiet biex jiġu vvalutati r - riskji ta’ frodi inkluż ir - riskji ta’ frodi bbażata fuq ix - xebh u teknoloġiji tal - informazzjoni u tal - komunikazzjoni (“ICT”) oħrajn u r - riskji għas - sigurtà, f’konformità mad - dispożizzjoni 43 tal - Linji Gwida tal - EBA dwar l - ICT u l - ġestjoni tar - riskju tas - sigurtà5 ;
  • e) ittestjar minn tarf sa tarf tal - funzjonament tas - soluzzjoni mmirata lejn il - klijent(i), il - prodott(i) u s - servizz(i) identifikati fil - politiki u l - proċeduri għall - onboarding remot tal - klijenti.

5 EBA/GL/2019/04

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/