+8. Emendi għal -Linji Gwida EBA/GL/2018/08 u EBA/GL/2018/09 dwar il-kriterji tal-STS għal titolizzazzjoni ABCP u mhux ABCP
---+103. EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan …
---+104. EBA/GL/2018/08 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal-Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li …

8. Emendi għal -Linji Gwida EBA/GL/2018/08 u EBA/GL/2018/09 dwar il-kriterji tal-STS għal titolizzazzjoni ABCP u mhux ABCP

8. Emendi għal -Linji Gwida EBA/GL/2018/08 u EBA/GL/2018/09 dwar il-kriterji tal-STS għal titolizzazzjoni ABCP u mhux ABCP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
103. EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan …

EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej:

  • a. Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li nħatru bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u lill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni skont ir- Regolament (UE) 2017/2402, inklużi partijiet terzi li jivverifikaw il -konformità STS ukoll f’konformità mal-Artikolu 2 (5), l- aħħar subparagrafu, tar -Regolament 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 li ma jikkwalifikawx bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 4, il-punt (2) tar-Regolament Nru 1093/2010 huma mħeġġa japplikaw dawn il -linji gwida.”

  • b. Il-paragrafu 22 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(10), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi għandhom jitqiesu li huma ta’ natura simili jekk tiġi ssodisfata waħda mill -kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. l- iskoperturi jappartjenu għal waħda mill -kategoriji ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punti (a)(i) sa (a)(iii) jew (a)(v) sa (a)(vii) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
  • b. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(iv) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għall -istess tip ta’ debitur imsemmi fl-Artikolu 2(3), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;
  • c. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(viii), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għandhom karatteristiċi simili fir - rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill - fatturi ta’ omoġeneità msemmija fl-Artikolu 2(6) ta’ dak ir-Regolament.”
  • c. Il-paragrafu 26 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej: “Bidliet f’dawn l- istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jitqiesu bħala materjali meta jirreferu għal xi wieħed mit - tipi li ġejjin ta’ bidliet fl - istandards ta’ sottoskrizzjoni:
  • a. bidliet li jaffettwaw ir- rekwiżit tas -similarità tal-istandards tas-sottoskrizzjoni speċifikati aktar fl -Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
  • b. bidliet li materjalment jaffettwaw ir-riskju ta’ kreditu globali jew il-prestazzjoni medja mistennija tal- aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti mingħajr ma jirriżultaw f’approċċi sostanzjalment differenti għall -valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal -iskoperturi sottostanti.”
  • d. Il-paragrafu 39 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi speċifikati fil - punti (a) sa (c) ta’ dak il- paragrafu għandhom jinftiehmu bħala definizzjonijiet ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu. Ċirkostanzi possibbli oħra ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu li mhumiex imsemmija fil-punti (a) sa (c) għandhom jinftiehmu li huma esklużi minn dan ir - rekwiżit.”

  • e. Il-paragrafu 44 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-debituri b’indeboliment fil-kreditu jew il- garanti ta’ skoperturi jenħtieġ li ma jitqisux li għandhom “valutazzjoni tal- kreditu jew punteġġ tal -kreditu li jindika li r-riskju li ma jsirux pagamenti miftiehma kuntrattwalment ikun ogħla b’mod sinifikanti minn dak għal skoperturi komparabbli ta’ debituri jew garanti oħrajn b’indeboliment fil - kreditu miżmuma mill - oriġinatur li mhumiex titolizzati” meta japplikaw iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti u l-iskoperturi komparabbli huma simili;
  • b. bħala riżultat tas -similarità msemmija fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew il -mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni jew fuq massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja ta t- tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il -prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi komparabbli.”
  • f. Il-paragrafu 45 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kundizzjonijiet fil- paragrafu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

  • a. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi li huma kklassifikati bħala dubjużi, indeboliti jew improduttivi, jew ikklassifikati għal effett simili skont il - prinċipji ta’ kontabbiltà rilevanti;
  • b. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi għal debituri jew garanti li l - kwalità tal- kreditu tagħhom, ibbażata fuq klassifikazzjonijiet tal -kreditu jew livelli limiti tal-kwalità tal- kreditu oħra, hija agħar b’mod sinifikanti mill -kwalità tal-kreditu ta’ debituri jew garanti ta’ skoperturi komparabbli li l- oriġinatur joriġina matul l -operazzjonijiet ta’ self standard u l- istrateġija tar -riskju tal-kreditu tiegħu.”
  • g. Il-paragrafu 46 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar- Regolament (UE) 2017/2402, avvanzi u ġbid ulterjuri f’termini ta’ skopertura waħda jew ristrutturar tal - istess skopertura għal ċertu mutwatarju ma għandhomx jitqiesu li jiskattaw rekwiżit ġdid ta’ ‘mill - inqas pagament wieħed’ fir -rigward ta’ tali skopertura.”

  • h. Jiddaħħal paragrafu 46a addizzjonali wara l-paragrafu 46:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- trasferiment maħsub ta’ skopertura separata differenti għall - istess mutwatarju għall - SSPE għandu jiskatta rekwiżit ġdid ta’ “tal- inqas pagament wieħed” fir -rigward ta’ tali skopertura.”

  • i. Il-paragrafu 47 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pagament imsemmi fir- rekwiżit li skontu ‘mill- inqas pagament wieħed’ kellu jsir fil - ħin tat - trasferiment għandu jkun pagament ta’ kiri, kapital jew imgħax jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pagament ordinarju speċifikat fil -ftehim kuntrattwali relatat mal-iskopertura.”

  • j. Jiżdied paragrafu 50a addizzjonali wara l - paragrafu 50:

“Rekwiżiti ta’ ritenzjoni tar -riskju

Għall -finijiet tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) ta’ dak ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2 sa 4, ta’ dak ir- Regolament jenħtieġ li jikk ooperaw mill- qrib f’konformità mal -Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, meta jkunu differenti.”

  • k. Il-paragrafu 57 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall -finijiet tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala bażi ta’ referenza adegwata għal pagamenti tal - imgħax imsemmi jenħtieġ li jinkludu dan kollu li ġej:
  • a. ir- rati interbankarji inklużi Libor, Euribor u parametri referenzjarji rikonoxxuti oħra;
  • b. rati tal- imgħax ta’ referenza stabbiliti oħrajn bħal €STR, SONIA, SOFR u TONA;
  • c. rati stabbiliti mill-awtoritajiet tal- politika monetarja, inkluż ir -rati tal-fondi u r-rati ta’ skont tal- banek ċentrali;
  • d. rati settorjali li jirriflettu l-kost tal- fondi ta’ mutwanti, inklużi rati varjabbli standard u rati ta’ mgħax interni li jirriflettu b’mod dirett l - ispejjeż tas - suq tal -finanzjament ta’ bank jew subsett ta’ istituzzjonijiet, sal-punt li tkun ipprovduta bi żżejjed data lill-investituri biex ikunu jistgħu jevalwaw ir -relazzjoni tar- rati settorjali ma’ rati oħra tas - suq.
  • l. Jiddaħħal paragrafu 66a addizzjonali wara l-paragrafu 66:

“Għall -fini tal-Artikolu 21(5) tar- Regolament (UE) 2017/2402, ladarba tiġi applikata r - riverżjoni tal - amortizzament għal pagament sekwenzjali, jenħtieġ li ma tkunx permessa riverżjoni ulterjuri lura għal amortizzament mhux sekwenzjali f’konformità mad -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni.”

  • m. Il-paragrafu 76 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

Għall -finijiet tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “skoperturi sostanzjalment simili” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal skoperturi li għalihom jiġu sodisfati ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti huma simili;
  • b. bħala riżultat tax -xebh imsemmi fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni, jew fuq perjodu massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja tat - tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il - prestazzjoni tagħhom ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi titolizzati.”
  • n. Jiżdied paragrafu 78a addizzjonali3 wara l- paragrafu 78:

“Għal titolizzazzjonijiet li joħorġu serje multipli ta’ titoli, inklużi fiduċjarji prinċipali, għandha tiġi kkompletata verifika ġdida qabel il - ħruġ fil - każijiet fejn tkun għaddiet sena mill - verifika preċedenti.”

  • o. il-paragrafu 79 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej:

Għall -finijiet tal-Artikolu 22(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, parti xierqa u indipendenti għandha titqies bħala parti li tissodisfa ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. ikollha l-esperjenza u l- kapaċità biex twettaq il -verifika;
  • b. ma tkun l- ebda waħda minn dawn li ġejjin:
  • i. aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu;
  • ii. parti terza li tivverifika l-konformità mal-STS skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
  • iii. entità affiljata mal- oriġinatur, l -isponsor, l-investitur jew l-SSPE.”
  • p. il-paragrafu 80 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- verifika għandha titwettaq bl - applikazzjoni ta’ metodu statistiku xieraq u abbażi ta’ kampjun aleatorju ta’ skoperturi sottostanti estratti mill-iskoperturi sottostanti fit- titolizzazzjoni, filwaqt li d - daqs tal -kamp jun għandu jiġi ddeterminat sabiex jiġi żgurat li l - probabbiltà (livell ta’ fiduċja) li tiġi rrifjutata b’mod korrett l - ipoteżi li ma hemm l- ebda eċċezzjoni għar - rekwiżit fl -aggregazzjoni kollha tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni tkun mill- inqas 95 % (jiġifieri l -probabbiltà li dak l- hekk imsejjaħ żball tat -tip II li jiġi aċċettat b’mod falz stħarriġ sħiħ mingħajr eċċezzjonijiet għandha tkun ta’ 5 %).

80a. Fi kwalunkwe każ, in -numru minimu tal-iskoperturi sottostanti fil- kampjun għandu jkun 50. Għal titolizzazzjonijiet fejn l - aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti tikkonsisti f’inqas minn 50 skopertura sottostanti, il- kampjun għandu jikkonsisti mill -iskoperturi sottostanti kollha.

80b. Il- verifika għandha titwettaq fil -forma ta’ rapport dwar il- proċeduri li jkun sar qbil dwarhom.”

  • q. Il-paragrafu 83 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il-mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet huwa żviluppat minn fornituri terzi, l - oriġinatur għandu jibqa’ responsabbli biex jagħmel l - informazzjoni disponibbli għall -investituri potenzjali.”

  • r. il-paragrafu 84 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej: “Dan ir- rekwiżit għandu jkun applikabbli biss jekk l- informazzjoni dwar iċ - ċertifikati tar -rendiment fl- użu tal - enerġija msemmija fl -ewwel subparagrafu tkun disponibbli, jew fejn l-informazzjoni dwar l- impatti negattivi prinċipali fuq fatturi ta’ sostenibbiltà tal -assi ffinanzjati mill-iskoperturi sottostanti msemmija fit- tieni subparagrafu tkun disponibbli għall - oriġinatur u l - oriġinatur jiddeċiedi li japplika dak it -tieni subparagrafu, u fejn l- informazzjoni rispettiva tkun inkluża fil - bażi tad- data interna jew fis-sistemi tal-IT tie għu. Fejn kwalunkwe informazzjoni bħal din tkun disponibbli biss għal proporzjon tal -iskoperturi sottostanti, ir- rekwiżit għandu japplika biss fir - rigward tal-proporzjon tal- iskoperturi sottostanti li għalihom hemm informazzjoni disponibbli.”
  • s. Jiżdied paragrafu 85 addizzjonali:

“Konformità mar- rekwiżiti ta’ divulgazzjoni skont l -Artikolu 7

Għall -finijiet tal-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) ta’ dak ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2 sa 4, ta’ dak ir- Regolament jenħtieġ li jikk ooperaw mill- qrib f’konformità mal -Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, meta jkunu differenti.”


3 Dan huwa segwitu għall -ispjegazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni ta’ feedback fil- paġna 77 tal-linji gwida dwar titolizzazzjoni mhux ABCP, li skontha tali kjarifika jenħtieġ li tkun ġiet ipprovduta fit -test legali tal- linji gwida iżda tħalliet barra fit-test finali tal-linji gwida.

104. EBA/GL/2018/08 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal-Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li …

EBA/GL/2018/08 huwa emendat kif ġej:

  • a. Il-paragrafu 8 tal-Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li nħatru bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u lill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni skont ir- Regolament (UE) 2017/2402, inklużi partijiet terzi li jivverifikaw il -konformità STS ukoll f’konformità mal-Artikolu 2(5), l- aħħar subparagrafu, tar -Regolament 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 li ma jikkwalifikawx bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 4, il-punt (2) tar-Regolament Nru 1093/2010 huma mħeġġa japplikaw dawn il -linji gwida.”

  • b. Il-paragrafu 29 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 24(9) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi speċifikati fil-punti (a) sa (c) ta’ dak il- paragrafu jenħtieġ li jinftehmu bħala definizzjonijiet ta’ indeboliment tal - kreditu. Ċirkostanzi possibbli oħra ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu li mhumiex imsemmija fil - punti (a) sa (c) għandhom jinftiehmu li huma esklużi minn dan ir - rekwiżit.”

  • c. Il-paragrafu 34 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall -finijiet tal-Artikolu 24(9), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-debituri b’indeboliment fil-kreditu jew il- garanti ta’ skoperturi jenħtieġ li ma jitqisux li għandhom “valutazzjoni tal- kreditu jew punteġġ tal -kreditu li jindika li r-riskju li ma jsirux pagamenti miftiehma kuntrattwalment ikun ogħla b’mod sinifikanti minn dak għal skoperturi komparabbli ta’ debituri jew garanti oħrajn b’indeboliment fil - kreditu miżmuma mill - oriġinatur li mhumiex titolizzati” meta japplikaw iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
  • a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti u l-iskoperturi komparabbli huma simili;
  • b. bħala riżultat tas -similarità msemmija fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew il -mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni jew fuq massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja ta t- tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il -prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi komparabbli.”
  • d. Il-paragrafu 35 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kundizzjonijiet fil- paragrafu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

  • a. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi li huma kklassifikati bħala dubjużi, indeboliti jew improduttivi, jew ikklassifikati għal effett simili skont il - prinċipji ta’ kontabbiltà rilevanti;
  • b. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi għal debituri jew garanti li l - kwalità tal- kreditu tagħhom, ibbażata fuq klassifikazzjonijiet tal -kreditu jew livelli limiti tal-kwalità tal- kreditu oħra, hija agħar b’mod sinifikanti mill -kwalità tal-kreditu ta’ debituri jew garanti ta’ skoperturi komparabbli li l- oriġinatur joriġina matul l -operazzjonijiet ta’ self standard u l- istrateġija tar -riskju tal-kreditu tiegħu.”
  • e. Il-paragrafu 36 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

Għall -finijiet tal-Artikolu 24(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, avvanzi ulterjuri f’termini ta’ skopertura għal mutwatarju partikolari ma għandhomx jitqiesu li jixkattaw rekwiżit ta’ “tal - inqas pagament wieħed” ġdid fir -rigward ta’ tali skopertura.

  • f. Jiddaħħal paragrafu 36a addizzjonali wara l-paragrafu 36: “Għall -finijiet tal-Artikolu 24(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- trasferiment maħsub ta’ skopertura separata differenti għall - istess mutwatarju għall - SSPE għandu jiskatta rekwiżit ġdid ta’ “tal- inqas pagament wieħed” fir -rigward ta’ tali skopertura.”
  • g. Il-paragrafu 37 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 24(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pagament imsemmi fir- rekwiżit li skontu ‘mill- inqas pagament wieħed’ kellu jsir fil - ħin tat - trasferiment għandu jkun pagament ta’ kiri, kapital jew imgħax jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pagament ordinarju speċifikat fil -ftehim kuntrattwali relatat mal-iskopertura.”

  • h. Il-paragrafu 51 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

Għall -finijiet tal-Artikolu 24(14) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “skoperturi sostanzjalment simili” jenħtieġ li jinftiehem bħala li jirreferi għal skoperturi li għalihom jiġu ssodisfati l- kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti huma simili;
  • b. bħala riżultat tax -xebh imsemmi fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fl - imgħoddi jew mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni, jew fuq perjodu massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja tat - tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il - prestazzjoni tagħhom ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi titolizzati.”
  • i. Il-paragrafu 57 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 24(16) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li jenħtieġ li jiġu meqjusa bħala bażi ta’ referenza adegwata għal pagamenti tal - imgħax imsemmi jenħtieġ li jinkludu dan kollu li ġej:

  • a. ir- rati interbankarji inklużi Libor, Euribor u parametri referenzjarji rikonoxxuti oħra;
  • b. rati tal- imgħax ta’ referenza stabbiliti oħrajn bħal €STR, SONIA, SOFR u TONA;
  • c. rati stabbiliti mill-awtoritajiet tal- politika monetarja, inkluż ir -rati tal-fondi u r-rati ta’ skont tal- banek ċentrali;
  • d. rati settorjali li jirriflettu l-kost tal- fondi ta’ mutwanti, inklużi rati varjabbli standard u rati ta’ mgħax interni li jirriflettu b’mod dirett l - ispejjeż tas - suq tal -finanzjament ta’ bank jew subsett ta’ istituzzjonijiet, sal-punt li tkun ipprovduta bi żżejjed data lill-investituri biex ikunu jistgħu jevalwaw ir -relazzjoni tar- rati settorjali ma’ rati oħra tas - suq.
  • j. Il-paragrafu 65 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 24(18), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi għandhom jitqiesu li huma ta’ natura simili jekk tiġi ssodisfata waħda mill -kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. l- iskoperturi jappartjenu għal waħda mill -kategoriji ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punti (a)(i) sa (a)(iii) jew (a)(v) sa (a)(vii) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
  • b. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(iv) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għall -istess tip ta’ debitur imsemmi fl-Artikolu 2(3), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;
  • c. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(viii), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għandhom karatteristiċi simili fir - rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill - fatturi ta’ omoġeneità msemmija fl-Artikolu 2(6) ta’ dak ir-Regolament.”
  • k. Il-paragrafu 69 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bidliet f’dawn l- istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jitqiesu bħala materjali meta jirreferu għal xi wieħed mit - tipi li ġejjin ta’ bidliet fl - istandards ta’ sottoskrizzjoni:

  • a. bidliet li jaffettwaw ir- rekwiżit tas -similarità tal-istandards tas-sottoskrizzjoni speċifikati aktar fl -Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
  • b. bidliet li materjalment jaffettwaw ir-riskju ta’ kreditu globali jew il-prestazzjoni medja mistennija tal- aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti mingħajr ma jirriżultaw f’approċċi sostanzjalment differenti għall -valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċj at mal-iskoperturi sottostanti.”
  • l. il-paragrafu 82 huwa sostitwit bil- paragrafu li ġej:

“Għall -finijiet tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, parti xierqa u indipendenti għandha titqies bħala parti li tissodisfa ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. ikollha l-esperjenza u l- kapaċità biex twettaq il -verifika;
  • b. ma tkun l- ebda waħda minn dawn li ġejjin:
  • i. aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal -kreditu;
  • ii. parti terza li tivverifika l-konformità mal-STS skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
  • iii. entità affiljata mal- oriġinatur, l -isponsor, l-investitur jew l-SSPE.”

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/