|
+103. EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan … |
103. EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej: a. Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida huwa sostitwit b’dan …EBA/GL/2018/09 huwa emendat kif ġej:
“Dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li nħatru bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, u lill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar- Regolament (UE) Nru 1093/2010 li huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni skont ir- Regolament (UE) 2017/2402, inklużi partijiet terzi li jivverifikaw il -konformità STS ukoll f’konformità mal-Artikolu 2 (5), l- aħħar subparagrafu, tar -Regolament 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402 li ma jikkwalifikawx bħala awtoritajiet kompetenti skont l -Artikolu 4, il-punt (2) tar-Regolament Nru 1093/2010 huma mħeġġa japplikaw dawn il -linji gwida.”
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(10), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi għandhom jitqiesu li huma ta’ natura simili jekk tiġi ssodisfata waħda mill -kundizzjonijiet li ġejjin:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi speċifikati fil - punti (a) sa (c) ta’ dak il- paragrafu għandhom jinftiehmu bħala definizzjonijiet ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu. Ċirkostanzi possibbli oħra ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu li mhumiex imsemmija fil-punti (a) sa (c) għandhom jinftiehmu li huma esklużi minn dan ir - rekwiżit.”
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-debituri b’indeboliment fil-kreditu jew il- garanti ta’ skoperturi jenħtieġ li ma jitqisux li għandhom “valutazzjoni tal- kreditu jew punteġġ tal -kreditu li jindika li r-riskju li ma jsirux pagamenti miftiehma kuntrattwalment ikun ogħla b’mod sinifikanti minn dak għal skoperturi komparabbli ta’ debituri jew garanti oħrajn b’indeboliment fil - kreditu miżmuma mill - oriġinatur li mhumiex titolizzati” meta japplikaw iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
“Il-kundizzjonijiet fil- paragrafu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar- Regolament (UE) 2017/2402, avvanzi u ġbid ulterjuri f’termini ta’ skopertura waħda jew ristrutturar tal - istess skopertura għal ċertu mutwatarju ma għandhomx jitqiesu li jiskattaw rekwiżit ġdid ta’ ‘mill - inqas pagament wieħed’ fir -rigward ta’ tali skopertura.”
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- trasferiment maħsub ta’ skopertura separata differenti għall - istess mutwatarju għall - SSPE għandu jiskatta rekwiżit ġdid ta’ “tal- inqas pagament wieħed” fir -rigward ta’ tali skopertura.”
“Għall -finijiet tal-Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pagament imsemmi fir- rekwiżit li skontu ‘mill- inqas pagament wieħed’ kellu jsir fil - ħin tat - trasferiment għandu jkun pagament ta’ kiri, kapital jew imgħax jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pagament ordinarju speċifikat fil -ftehim kuntrattwali relatat mal-iskopertura.”
“Rekwiżiti ta’ ritenzjoni tar -riskju Għall -finijiet tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) ta’ dak ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2 sa 4, ta’ dak ir- Regolament jenħtieġ li jikk ooperaw mill- qrib f’konformità mal -Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, meta jkunu differenti.”
“Għall -fini tal-Artikolu 21(5) tar- Regolament (UE) 2017/2402, ladarba tiġi applikata r - riverżjoni tal - amortizzament għal pagament sekwenzjali, jenħtieġ li ma tkunx permessa riverżjoni ulterjuri lura għal amortizzament mhux sekwenzjali f’konformità mad -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni.”
Għall -finijiet tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it-terminu “skoperturi sostanzjalment simili” għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal skoperturi li għalihom jiġu sodisfati ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
“Għal titolizzazzjonijiet li joħorġu serje multipli ta’ titoli, inklużi fiduċjarji prinċipali, għandha tiġi kkompletata verifika ġdida qabel il - ħruġ fil - każijiet fejn tkun għaddiet sena mill - verifika preċedenti.”
Għall -finijiet tal-Artikolu 22(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, parti xierqa u indipendenti għandha titqies bħala parti li tissodisfa ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
“Għall -finijiet tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- verifika għandha titwettaq bl - applikazzjoni ta’ metodu statistiku xieraq u abbażi ta’ kampjun aleatorju ta’ skoperturi sottostanti estratti mill-iskoperturi sottostanti fit- titolizzazzjoni, filwaqt li d - daqs tal -kamp jun għandu jiġi ddeterminat sabiex jiġi żgurat li l - probabbiltà (livell ta’ fiduċja) li tiġi rrifjutata b’mod korrett l - ipoteżi li ma hemm l- ebda eċċezzjoni għar - rekwiżit fl -aggregazzjoni kollha tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni tkun mill- inqas 95 % (jiġifieri l -probabbiltà li dak l- hekk imsejjaħ żball tat -tip II li jiġi aċċettat b’mod falz stħarriġ sħiħ mingħajr eċċezzjonijiet għandha tkun ta’ 5 %). 80a. Fi kwalunkwe każ, in -numru minimu tal-iskoperturi sottostanti fil- kampjun għandu jkun 50. Għal titolizzazzjonijiet fejn l - aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti tikkonsisti f’inqas minn 50 skopertura sottostanti, il- kampjun għandu jikkonsisti mill -iskoperturi sottostanti kollha. 80b. Il- verifika għandha titwettaq fil -forma ta’ rapport dwar il- proċeduri li jkun sar qbil dwarhom.”
“Għall -finijiet tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, fejn il-mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet huwa żviluppat minn fornituri terzi, l - oriġinatur għandu jibqa’ responsabbli biex jagħmel l - informazzjoni disponibbli għall -investituri potenzjali.”
“Konformità mar- rekwiżiti ta’ divulgazzjoni skont l -Artikolu 7 Għall -finijiet tal-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) ta’ dak ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2 sa 4, ta’ dak ir- Regolament jenħtieġ li jikk ooperaw mill- qrib f’konformità mal -Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament, meta jkunu differenti.” 3 Dan huwa segwitu għall -ispjegazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni ta’ feedback fil- paġna 77 tal-linji gwida dwar titolizzazzjoni mhux ABCP, li skontha tali kjarifika jenħtieġ li tkun ġiet ipprovduta fit -test legali tal- linji gwida iżda tħalliet barra fit-test finali tal-linji gwida. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|